Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/228258
12 illum | Il-Ħadd 15 ta' Diċembru 2013 L-interess nazzjonali fi F 'temp ta' 24 xahar, Joseph Cuschieri sab ruħu minn estrem għal ieħor. Ftit aktar minn sentejn ilu kien għadu qed jissielet biex jidħol is-sitt siġġu Malti fil-Parlament Ewropew, filwaqt li issa mhux talli hu Membru Parlamentari Ewropew, imma wkoll il-kap tad-delegazzjoni Laburista filParlament. F'nofs il-bini tal-Parlament Ewropew fi Strasburgu, kelli x-xorti li dakinhar tal-intervista kienet ġurnata 'taħraq' għal Cuschieri. Dakinhar, ittieħed il-vot fuq proposta biex l-abort isir dritt fundamentali tal-omm, proposta li m'għaddietx għal seba' voti biss. Minkejja li l-grupp soċjalist ivvota favur, it-tliet MEPs Laburisti (għax John Attard Montalto ħadd ma jaf x'sar minnu) ivvutaw kontra dan. Fi triqitna lejn l-uffiċċju tiegħu, Cuschieri kien jaf x'se tkun ir-reazzjoni tas-soċjalisti sħabu. "Kieku vvutajtu magħna, ilproposta ma kinitx tgħaddi b'wieħed biss!" qaltlu MEP millAwstrija ftit irritata, wara li waqfitu f 'nofs kuritur. L-interess nazzjonali "Imma x'tagħmel, dan hu parti minn xogħolna," jgħidli Joseph "Il-Partit Laburista rnexxielu jinfetaħ aktar mill-Partit Nazzjonalista, li taħt Lawrence Gonzi kien partit konservattiv aktar minn dak ta' żmien Borg Olivier" Joseph Cuschieri dwar irrelazzjoni tiegħu mal-Partit Laburista, l-interess ta' Malta fil-Parlament Ewropew u l-kandidatura tiegħu. James J. Piscopo jpiscopo@mediatoday.com.mt Cuschieri kif naslu fl-uffiċċju tiegħu. Uffiċċju żgħir kemm joqogħdu żewġt imwejjed, miżbugħ abjad u karta waħda mwaħħla mal-ħajt: 'Servus et Humilis.' Imma dwar dan l-islogan nistaqsih wara, l-ewwel mistoqsija li ridt nagħmillu kienet fuq x'mitluba jagħmlu meta jkollhom kunflitt bejn dak li jrid ilPartit Laburista f 'Malta, u l-Partit Soċjalista Ewropew. "Fortunatament ma jkollnix ħafna minn dawn is-sitwazzjonijiet. Imma meta tkun MEP trid tħares lejn l-interess tal-gvern, tal-partit tiegħek, tal-grupp Ewropew, u tal-NGOs. Barra dawn trid tara x'pożizzjoni ħa tieħu d-delegazzjoni u anke l-opinjoni tiegħek. Wara li tiżen dawn is-sitt fatturi trid tasal għad-deċiżjoni," jirrispondini Cuschieri, li dlonk jiċċara li d-deċiżjoni fuq l-abort ma kinitx diffiċli għalih. "Fuq kollox ivvutajt skont il-kuxjenza wkoll. Imma ma ddejjaqna xejn nieħdu pożizzjoni kif għamlu delegazzjonijiet oħra matul iż-żmien. Rari jkunu l-kunflitti jew kontroversji għax dejjem nikkordinawhom. Dejjem ħarisna l-interess tal-gvern Malti, anke meta konna fl-Oppożizzjoni," jgħidli l-MEP. Iżid jgħid li l-Partit Nazzjonalista mhux jagħmel l-istess għax kwistjonijiet ta' interess nazzjonali ġabuhom fuq livell Ewropew, b'referenza għall-fatt li għadu kif ġie deċiż li l-programm taċċittadinanza issa se jkun diskuss fil-Parlament Ewropew f 'Jannar li ġej. Cuschieri jġib eżempji oħra fosthom meta David Casa prova jiġbor il-firem dwar l-immigrazzjoni. "Nittama li din mhux xi idea ta' Simon Busuttil, nispera li mhux hu ġab din l-attitudni u jmissu jiddikjara pubblikament li hu kontra dan l-atteġjament. Hu kien hawn, jaf li dan kollu jissarraf fi ħsara. Il-ħsara hawn faċli tagħmilha, diffiċli ssewwiha." Biex jikkonvinċini aktar, il-kap tad-delegazzjoni Laburista jfakkar ukoll fil-ħidma tagħhom biex Tonio Borg kien approvat millParlament bħala Kummissarju Ewropew, minkejja li kienu għadhom fl-Oppożizzjoni. "Kont iddeċidejt li nċedi s-siġġu parlamentari qabel ma kien ġie elett Muscat … kellna partit maqsum biċċiet u ma ridniehx li jkompli jinqasam" Il-kandidatura tibqa' misteru Fil-kuntest li bosta kandidati Laburisti għall-Parlament Ewropew diġà nehdew il-kampanji elettorali tagħhom, nitolbu biex jikkonferma uffiċjalment l-interess tiegħu li jikkontesta. Però jidher li kellu r-risposta preparata fil-komma, anke wara li dan il-ġurnal kien bgħatlu diversi mistoqsijiet simili fl-aħħar ġimgħat. "Dan hu suġġett għaddiskrezzjoni tal-partit. L-ewwel ikun hemm id-diskussjonijiet mattmexxija dwar in-nomina tiegħi, u wara jsiru pubbliċi l-kandidaturi." Nirrimarka li biex tibda d-diskussjoni jrid ikun issottometta n-nomina tiegħu lil partit, xi ħaġa li għadu m'għamilx. Ma jidhirx sorpriż b'din l-informazzjoni; jitbissem u jerġa' jtenni r-risposta diplomatika tiegħu. In-nostalġija tal-Parlament Matul iż-żmien, il-Parlament Ewropew donnu kien sar magħmudija għall-politiċi Maltin qabel ma jittantaw xortihom filParlament Malti. Minn Joseph Muscat għal Simon Busuttil mingħajr ma tinsa lil Edward Scicluna u Louis Grech, dawn kollha vvjaġġaw minn Brussell għal Malta. Iżda Cuschieri huwa wieħed mill-ftit li għamel il-vjaġġ bilkontra, li mill-Parlament tal-Belt telaq għal dak Ewropew. Fil-Parlament Cuschieri serva għal għaxar snin, u waqaf meta rriżenja biex postu jittieħed minn Joseph Muscat, li kien għadu kif sar mexxej Laburista. "Fir-realtà, kont iddeċidejt li nċedi s-siġġu lil partit qabel ma kien ġie elett Muscat. Konna qed nippruvaw nidentifikaw il-persuna addattata biex tmexxi l-partit, għax kellna partit maqsum biċċiet u ma ridniehx li jkompli jinqasam. Peress li jien kont tlajt b'elezzjoni każwali, is-siġġu tiegħi seta' jintgħażel direttament mill-partit," jispjega hu, filwaqt li jsostni li meta rriżenja ma kellux ħsieb li jagħmel dan biex jikkontesta għallParlament Ewropew. Mistoqsi jekk xi darba jirritornax lura fil-parlament Malti, Cuschieri m'eskludiex dan fil-futur qrib. "Ma nistax neskludiha għax il-parlament għalija hi xi ħaġa nostalġika. Fl-għaxar snin li għamilt inħoss li kont attiv ħafna. Inkun fejn inkun lest li nikkontribwixxi, mhux bilfors f 'istituzzjonijiet. L-aqwa li s-servizz tiegħi ikun utli." Laburist mit-tfulija u l-identità tal-PL Joseph Cuschieri għandu relazzjoni tajba mal-għeruq talpartit, anke għaliex ilu attiv mittfulija fil-partit. Jiddeskrivi l-attiviżmu politiku bħala wirt tal-familja, u malli kiber evalwa l-ideoloġiji politiċi u kompla jikkonferma l-valuri soċjalisti tiegħu. B'mod partikolari ħallew effett fuqu r-riformi soċjali ta' Dom Mintoff fis-sebgħinijiet. Riċentament, il-kandidaturi fi ħdan il-PL forsi kienu ddominati minn 'star candidates' aktar minn politiċi li ilhom attivi mit-tfulija u ġejjin mill-klassi tal-ħaddiema. Dan hu sinjal li l-partit kellu jibdel l-identità tiegħu fl-aħħar snin? "Il-partit iġġedded mhux tilef l-identità. Il-partiti ħarsu aktar lejn iċ-ċentru, iżda l-għeruq tradizzjonali għadhom jaffettwaw. L-unika differenza hi li l-Partit Laburista rnexxielu jinfetaħ aktar mill-Partit Nazzjonalista, li taħt Lawrence Gonzi kien partit