Illum previous editions

illum 15 December 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/228258

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 35

turi tal-Ħajja Il-Ħadd 15 ta' Diċembru 2013 | illum 11 leviżiv li jibża' mill-kamera televiżjoni. U hawn ġejna għat-titlu ta' din l-intervista. "Jien t-televiżjoni ma jgħoġobnix. Niddejjaq quddiem il-kamera u tbeżżagħni. Nippreferi radju u dan il-fatt ġegħelni nieħu d-deċiżjoni li nieqaf nippreżenta." Allura staqsejtu mela kif kont tippreżenta? Pront weġibni, "l-ewwel ħaġa nippreferi nipproduċi, iżda talbuni nippreżenta u kien għalhekk li ħloqt sistema li l-kamera tiġri hi warajja u jien ninjoraha. Ma ridt lil ħadd jgħidli fejn inħares, tajt ordni li l-kamera tiġri hi lejn wiċċi. Il-ġimgħa l-oħra kelli nippreżenta award fuq ONE Tribute, kellhom itellgħuni fuq il-palk għax qabadni biża' kbir biex nitla' quddiem kamera. Emminni li qed ngħidlek. Ħafna jidħku bija meta nitkellem hekk, iżda din hi l-verità." "Wara t-telfa elettorali tal-2008, fejn jien kont ħdimt ħafna għaliha ma ridtx nibqa' fil- Kamra tal-Aħbarijiet u kont naf li f 'l-istazzjon ma kienx hemm dipartiment ta' full time Human Resources għalhekk tlabt li nieħu transfer u nibda mmexxi dan id-dipartiment. Kont deċiż li kieku ma ridux kont napplika għal carer mal-Gvern." Roberto meta kien spiċċa mill-iskola waqt li kien jaħdem fuq Smash kien beda jistudja bħala infermiera mat-telecare fis-sezzjoni tal-anzjani, iżda kien abbanduna din il-karriera meta ġie impjegat ma' Bay Radio. Kien determinat li jitlaq iżda l-ONE Productions aċċettawlu t-talba li jkun maniġer ta' Human & Corporate Resources. "Flistess waqt kelli fl-inkarigu li nieħu ħsieb it-trasferiment tal-kamra tal-aħbarijiet li dak iż-żmien kienet topera mill-kwartieri tal-Ħamrun għal kumpless tal-ONE filMarsa." Hawnhekk tkellimna dwar l-involviment tiegħu fil-politika fejn deher ċar li Roberto għandu ammirazzjoni kbira lejn l-eks Prim Ministru Alfred Sant. Fil-fatt kien permezz tal-politika ta' Alfred Sant li Roberto qaleb l-alleanza tiegħu min-Nazzjonalist "Kont Nazzjonalist u ma ħallewniex" wgħal Laburist. "Jien kont Nazzjonalist u ma bqajtx Nazzjonalist għax huma stess ma ħallewnix nibqa' Nazzjonalist. Il-mod kif bdew jaġixxu u jmexxu bdejt inħossni li ma kienx il-partit li kont nemmen fih jien. Sadattant bdejt nara l-politika ta' Alfred Sant li kienet aktar qrib dak li darba kont nemmen fiha jien. Kien il-bniedem li naddaf il-vjolenza millPartit Laburista u ħoloq ix-xandir tal-partit u kabbar li kien hemm. Kien permezz tiegħu li nbena l-kwartieri, li l-partit kellu ġurnal u litteleviżjoni tah aktar ħajja." Sadattant sirt naf li meta Roberto kien Assistent Editur tal-Aħbarijiet, b'Etienne St John ikun l-editur tal-aħbarijiet, filkamra tal-aħbarijiet kien jaħdem Joseph Muscat, illum Prim Ministru u staqsejtu jgħidli xi ħaġa dwar Joseph bħala ġurnalist. "Kien bniedem li jagħmel xogħlu u l-ħin li jibqa' flok joqgħod ipaċpaċ kien jużah għal xogħol ieħor. Fil-kitba tiegħu kien konċiż u jmur dritt għall-punt. L-aktar li kien jinteressa ruħu kien fil-politika internazzjonali u fil-finanzi." Staqsejtu jekk qattx kien ħolom li xi darba dak iż-żagħżugħ ta' quddiemu kien se jispiċċa Prim Ministru. "Lanqas qatt biss għaddietli minn moħħi." Niftakar li darba Roberto meta kien ħafna iżgħar kien kiteb ktieb dwar l-istorja tal-Floriana, u kont intervistajtu fuq il-gazzetta, 'Il-Mument'. X'kienet din l-imħabba lejn il-futbol li spiċċa anke jikteb ktieb dwar Floriana FC? "Il-futbol kont insegwih. Iżda dak il-ktieb beda b'kumbinazzjoni. Kont tajt rigal lil ħabib tiegħi ffissat fuq Floriana ta' xi ritratti ta' Floriana li kont akkwistajt għax dejjem kien igerger li fil-klabb lanqas ritratti m'hemm. U komplejt niġbor ir-ritratti ta' kull tim Furjaniż għal kull sena. Weħilt fl-ewwel erba' ritratti tal-Kampjonati u minn hawn jew minn hemm irnexxieli nakkwistahom. Ġew minn Furjaniżi li jgħixu l-Awstralja, il-Kanada u l-Istati Uniti. F'daqqa waħda bdew ġejjin fuqi Furjaniżi li jridu kopji tagħhom. Bir- riċerki li kont għamilt għal dawn ir-ritratti rnexxieli nsib ħafna informazzjoni dwar Floriana u spiċċajt ktibt ktieb tal-istorja talfutbol Furjaniż. Il-grawnd m'għadnix immur iżda nsegwi r-riżultati u għadni supporter ta' Floriana." Illum Roberto m'għadux attiv ħafna fil-politika bħalma kien, għalkemm skont hu jsegwi kulma jkun għaddej. Xogħlu fil-preżent hu li jħabbat wiċċu malproblemi personali u umani tal-ħaddiema. Problemi li kultant il-ħaddiem aktar joħlomhom milli jkunu realtajiet. Hawnhekk Roberto sab in-niċċa tiegħu għax minn meta kien aktar żagħżugħ dejjem kellu dak il-leadership fih meta kien jattendi d-domus taż-Żejtun. "Xogħli propju llum hu li nsolvi l-problemi umani talħaddiema u li nagħmel ħajja aktar faċli għall-impjegati li jien insejħilhom kollegi." "L-importanti li tismagħhom u taġixxi millewwel, għax kultant affarijiet tant żgħar, ikunu jidhru tant kbar f 'għajnejn il-ħaddiem. Importanti li ssolvilhom din il-problema li tant tkun żgħira u għalihom tant tkun tidher kbira." Mistoqsi x'inhuma l-akbar diffikultajiet li jsib quddiemu, Roberto qal li l-etajiet differenti fil-ħaddiema huma diffiċli. "Illum il-ġurnata t-teknoloġija moderna tieħu post dik antikwata u mhux kulħadd ikun lest għattaqliba. Il-ħaddiem jaħseb li se jitlef postu. Il-ħaddiem żagħżugħ jifhimha iżda l-veterani jaraw stazzjon differenti minn dak li jkunu draw fih u jirreżistu il-bidla. U jkun iebsa sa ma tikkonvinċih li rridu nimxu mas-suq modern biex inkomplu ntejbu s-servizz." Iżda kif jaħsibha dwaru nnifsu Roberto, "jien bniedem li dak li nemmen fih inwettqu. Idejjaqni min igerger. Kull min hu pożittiv qiegħed fuq in-naħa tiegħi. Ma rridx ninvesti f 'ħajja mdawwar min-nies li jeqirdu. Ħobbni jew obogħdni iżda miegħi kulħadd jaf fejn qiegħed." Ħames snin ilu Roberto kien viċin il-Ħallieq aktar milli ħaseb hu. Dak li fil-bidu kien jidher li hi uġigħ ta' darsa kien demm magħqud u kien hemm mumenti li kien ħażin ħafna, tant li t-tabib Ġorġ Vella kien qallu li lanqas biss kien jaf kemm kien qrib il-mewt, kien qallu li d-determinazzjoni tiegħu biss li żammitu mad-dinja tal-ħajjin. "L-2008 kienet sena millaktar negattiva. Mietet ommi u domt ġimgħa sa ma żvugajt u bkejt bikja kbira. Kien hemm it-telfa elettorali li wkoll tatni ġewwa ħafna u wara kważi tlift ħajti. Minn dik is-sena tgħallimt iżjed minn qatt qabel li rrid ngħix b'mod mill-aktar pożittiv u nħares dejjem 'il quddiem għax kull minuta li titlef ma ġġibhiex lura." U dan hu l-messaġġ pożittiv li nisiltu minn dan il-gwerrier tal-ħajja li l-ġlieda tiegħu kienet li jwettaq il-ħolm li ħolom minn meta kien ċkejken u bid-determinazzjoni tiegħu wasal fejn xtaq u llum jaħdem bla heda biex jgħin lil ħaddieħor iwettaq il-ħolm tiegħu f 'xogħlu.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 December 2013