Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/228258
Gladjat Ir-rotta talġurnalist 10 illum | Il-Ħadd 15 ta' Diċembru 2013 minn John Busuttil Preżentatur tel Jerome Caruana Cilia Strada Rjali, il-Ħamrun Il-Ħamrun huwa wieħed mis-subborgi li nsibu fil-gżejjer Maltin madwar 52km biss 'il bogħod mill-Belt Valletta. Jinsab mibni fuq art watja, mħattba kemxejn lejn in-naħa Tas-Samra. Ittoroq tal-Ħamrun huma ta' wisa' normali u dritti bla tgħawwiġ, tneħħi xi żewġ toroq dojoq li jinsabu 'l isfel mill-Għassa tal-Pulizija. Il-Ħamrun ittieħed minn tliet parroċċi, dik ta' Ħal Qormi, ta' Birkirkara u tal-Furjana. Il-limiti tal-Ħamrun kienu wisq mifruxa milli huma llum, iżda meta Santa Venera u l-Marsa saru parroċċi dawn ħadu parti sewwa mill-Ħamrun. Il-motto talĦamrun huwa 'ProperaAugesco' li jfisser 'Dlonk Nikber'. Dan is-subborg dam żmien twil biex stabbilixxa ruħu imma wara kiber u żviluppa f'daqqa u sar magħruf bħala l-Ħamrun kif nafu. Illum m'għadux dak ta' li kien sittin jew sebgħin sena ilu billi bil-progress li għadda minnu b'ħeffa kbira, sar iħabbatha mal-Belt Valletta. Fost oħrajn fih insibu ħwienet ta' lussu u ta' ġeneri diversi. Filfatt il-ġurnalist żar Strada Rjali: it-triq prinċipali tal-Ħamrun. Il-Knisja Parrokjali ta' San Gejtanu Waħda mis-siti ewlenin tat-triq prinċipali fil-Ħamrun hi l-Knisja Maestuża ddedikata lil San Gejtanu. Meta l-Ħamrun kiber ħafna, iż-żewġ knejjes antiki li kien hemm, dik tas-Samra u dik ta' Nuzzu, ma kinux biżżejjed għall-ħtiġijiet tan-nies, u għalhekk bdiet tinbena knisja ġdida li, fuq xewqa tal-isqof ta' dak iż-żmien, Mons. Gaetano Pace Forno, ġiet iddedikata lil San Gejtanu ta' Thiene. Il-knisja bdiet tintuża fl-1875 u saret knisja parrokkjali 1881. Ġiet ikkonsagrata fis-26 ta' Settembru 1930. Tiżjin fit-toroq Strada Rjali fil-Ħamrun hija mżejna kif xieraq għal żmien il-Milied. Wieħed isib atmosfera akkoljenti li ċertament tħeġġeġ aktar persuni jmorru jixtru. Nuqqas ta' kontenituri taż-żibel Fit-triq prinċipali kien hemm ftit li xejn kontenituri taż-żibel. Fil-fatt sid ta' ħanut qalilna li s-sidien tal-ħwienet xebgħu bil-ħmieġ li jarmu n-nies. "Ħafna drabi l-problema hi li m'hemmx biżżejjed tankijiet taż-żibel. Nispiċċaw noħorġu xi kaxxi aħna sabiex in-nies jarmu fihom," kompla jgħid sid il-ħanut, filwaqt li nġabru numru ta' sidien tal-ħwienet li kollha bdew jaqblu miegħu. Traffiku mwaħħal Hekk kif iż-żmien qed jagħfas, bosta individwi jibdew iduru u jaraw x'rigali ser jixtru. Minbarra l-problema li jridu jagħżlu rigal li jintgħoġob, ser ikollhom jiffaċċjaw il-problema kbira tat-traffiku f'diversi lokalitajiet bħal Ħamrun. TITLU li ma jitwemminx. Kif jista' jkun tkun preżentatur fuq televiżjoni u ddejqek jew aħjar tbeżżgħek ilkamera? Iżda hekk qalli l-preżentatur popolari Roberto Francalanza li fil-fatt m'għadux jidher minħabba din il-fobja li għandu għal kameras tatteleviżjoni. Però dan ma jfissirx li Roberto mhux involut fit-televiżjoni, anzi. Francalanza li minn tfulitu dejjem ħolom li jaħdem fil-mezzi tax-xandir, irnexxielu jagħmel dan, f 'kull dipartiment. Ħadem bħala ġurnalist fuq ir-radju u t-televiżjoni, produttur ta' programmi, preżentatur u llum Human Resources and Corporate Manager ma' ONE Productions. Roberto hu bniedem pożittiv, ma jaqta' qalbu minn xejn u minn meta kien ġie wiċċ imb wiċċ malmewt aktar u aktar ħass li jdawwar lilu nnifsu bilpożittività. Roberto għandu 42 sena. Twieled, trabba u jgħix iżŻejtun iżda fil-futbol isegwi lil Floriana. Iben Marija Konsilja, Żejtunija li mietet 5 snin ilu u bin Emanuel minn Birżebbuġa. Għandu oħtu l-kbira Jane u ħuh Patri Ray Francalanza li għadu kif laħaq il-provinċjal talAgostinjani f 'Malta. Roberto ilu f 'relazzjoni għal dawn l-aħħar tliet snin. Iltqajt miegħu fl-uffiċċju tiegħu fl-ewwel sular talONE Productions. Uffiċċju kulurit u arredat fuq stil modern. Fil-fatt Roberto qal li meta daħal jaħdem mal-ONE fil-kariga li għandu bħalissa mill-ewwel kellu f 'moħħu li jibdel il-kuluri ta' dan il-bini, li skont hu l-kuluri kienu orrendi. Bi tbissima qalli li kien bajjad l-uffiċċju abjad b'ħajt blu "kien l-ewwel darba li daħal il-kulur blu f 'dan il-bini. U qlajt botti ta." Iżda jidher li l-istil intgħoġob u wara kulħadd beda jitolbu jiddisinjalu l-uffiċċju tagħhom u spiċċa biex iddisinja l-post kollu u llum il-bini kollu tal-ONE għandu stil modern u ferm ikkulurit. Skont Roberto, "dan jagħti dehra żagħżugħa lill-post." Roberto beda joħlom li jinvolvi ruħu fil-mezzi taxxandir minn età ċkejkna. Minn meta kien kapaċi jaqra. "Kont insegwi kull gazzetta u dejjem kont ngħid lil ommi li rrid nibda nikteb fil-gazzetti meta nikber." Xi ħaġa fil-fatt li ma rnexxilux jagħmel sa barra għax spiċċa jaħdem fix-xandir imxandar milli miktub. Hu attenda l-kulleġġ ta' Santu Wistin u meta spiċċa kienet is-sena 1992 meta f 'Malta kienet daħlet il-liġi tal-pluraliżmu fix-xandir. Roberto kien iħobb jisma' l-Ismash Radio u darba kien bagħat nota kemm kien jgħoġbu l-istazzjon li kien kollu mużika mingħajr wisq kliem. Kien irċieva mingħand Paul Grech (li llum jaħdem ma' Radju ONE fejn Roberto hu wieħed mill-amministraturi) u dan talbu biex jibda jaqra l-aħbarijiet u aċċetta. Iżda wara sena kien ingħaqad ma' Bay Radio jmexxi ilKamra tal-Aħbarijiet flok Joe Mifsud li kien se jitlaq. "Miegħi dak iż-żmien kien hemm klikka li kollha għamlu suċċess fix-xandir: Manwel Delia, Ivan Delia, Engelbert Grech, Josianne Camilleri u Chris Cauchi fost l-oħrajn." Roberto fl-1998 kien ipproduċa u ppreżenta programm fuq PBS 'Palumba' għal tliet xhur. "Kien l-uniku darba li Xarabank kien waqaf u floku kien hemm il-programm tiegħi, nhar ta' Ġimgħa filgħaxija." Fl-istess żmien kienet ħarġet sejħa għallapplikazzjonijiet għal Assistent Kap tal-Aħbarijiet mas-Super One u kien applika u rnexxielu jidħol hemm. Dam jokkupa din il-kariga għal 10 snin. Flistess żmien kien jipproduċi u jippreżenta l-programm 'Str82dpoint', programm ta' diskussjoni taż-żgħażagħ. Għal disa' snin kellu l-programm 'Qribna', spot kuljum qabel l-aħbarijiet, "kien programm li litteralment ġenninni bixxogħol li kien fih, xogħol ta' riċerka li jeħodlok ħinek kollu." Mill-2008 'l hawn, Roberto sparixxa minn fuq it-