Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/228258
18 illum | Il-Ħadd 15 ta' Diċembru 2013 MEDIASPOT MINN MARIO AZZOPARDI Roll on Christmas! JINGLE bells. Jingle all the way. Bil-frivolità kulurita tal-profeti foloz, tal-lokazzjonijiet mimlijin rigali bl-aħmar jirkaċċja u mużika li toħloq sens qawwi ta' illużjoni u anestesija. Wieħed mill-aħjar artikli għal dawn l-aħħar ġranet ta' qabel il-festa tal-Milied, jasal mingħand Jim Bright, professur tal-Edukazzjoni u l-Karrieri f 'Università Awstraljana, ippubblikat filġurnal The Age. It-tifsira vera ta' dawn ilġranet, josserva l-professur Bright, titkaxkar malilmijiet tal-kummerċ u l-flus. Id-divertiment isir dejjem aktar estravaganti u n-nies tikkompeti biex turi li tifforma parti mill-kju ta' dawk li jimpressjonaw: trid tidher li int winner, mhux loser. U biex tappartjeni, trid tonfoq. Fuq il-mezzi taxxandir hemm jittambar suġġett wieħed: kulħadd qed jiddeverti. U int m'għandekx tibqa' barra minn dax-xenarju propost mit-televiżjoni, mir-radju, bl-internet bl-ispam, bilbanner adverts u tweets u messaġġi fuq Facebook. IL-BARRANIN U mbagħad hemm dawk li jidħlu fil-kategorija talbarranin, tal-esklużi, talikkundannati, fil-marġni. Dawk li m'għandhom xejn jew li għandhom ftit ħafna. Lil dawn ħadd ma jistedinhom għall-festi l-kbar. Qatt ma tegħmu xampanja. Dawn huma l-esklużi, il-qxur tal-art, konxji b'mod akut taliżolament soċjali tagħhom, DOWNLOAD THE MALTATODAY APP NOW anki tal-"istramberiji" tagħhom. Għall-Milied, il-weġgħat tagħhom huma akbar, aktar punġenti u jinfdu aktar fil-fond. Kull ma jistgħu jagħmlu hu li josservaw mingħajr ma jieħdu sehem, isostni l-professur Bright: Jistgħu biss josservaw l-eċċessi filfesti tal-Milied. Jingle bells. Jingle all the way. IL-PAPA: FIL-MIRA TAL-MAFJA Papa Francesco ħa l-fama tal-X Factor il-ġdid fi kwistjonijiet globali. Miljuni ta' persuni, Kattoliċi u mhumiex, qed jaraw fih l-aġent ta' trasformazzjoni radikali, riformatur filqalb u fl-ispirtu. L-aħħar aħbarijiet dwaru jgħidu li ta struzzjonijiet lill-isqfijiet tiegħu biex ifasslulu pjan ta' azzjoni dwar l-affari tattraffikar uman. L-istatistiċi huma tal-biża'. Mill-inqas, 27 miljun ruħ huma maqbudin f 'forom moderni ta' skjavitù, fil-fabbriki, briedel, oqsma agrikoli u anki residenzi privati. Il-każ ta' tliet nisa maqfulin għal 30 sena sħaħ f 'dar fil-qalba ta' Londra jivvendika l-messaġġ tal-Papa Arġentin. Skont il-Papa, din l-inumanità u esplojtazzjoni qed jimplikaw lil kulħadd, anke lilna, li napprofittaw ruħna, pereżempju, millkonsum ta' oġġetti rħas li nafu li huma prodotti f 'pajjiżi sottożviluppati, fejn il-ħaddiema huma mħallsin dollaru jew tnejn kuljum. Francesco daħal ukoll biex jikxef il-korruzzjoni finzanzjarja tal-Vatikan u hemm min qed javża li qed ipoġġi lilu nnifsu fil-mira tal-Mafia. Il-kampanja tiegħu kontra l-korruzzjoni ekonomika tal-Vatikan qed tirrendi lill-parrini tal-'Ndragheta "nervużi" u jekk jistgħu jsibu mod kif jeħilsu minnu, mhux se jaħsbuha wisq. Skont ir-Religion News Service, 'Ndragheta hu l-aktar grupp Res Pubblic TONI ABELA mafjuż perikoluż, l-aktar magħqud u l-aktar diffiċli biex jippenetrawh il-forzi tal-Ordni." KENNEDY: ILLEĠĠENDA U L-APTIT SESSWALI L-anniversarju talassassinju ta' John F. Kennedy f 'Dallas offra lill-mezzi tax-xandir opportunità wara l-oħra biex jisfruttaw l-leġġenda tal-bniedem li ħafna jarawh bħala statista-eroj u ħafna oħrajn bħala manjaku sesswali, b'aptit voraċi għan-nisa u s-sess. Fost in-nisa li affaxxinawh kien hemm dawk famużi bħal Angie Dickinson jew Marilyn Monroe. Imbagħad kien hemm parata sħiħa ta' nisa li l-President Amerikan kellu l-okkażjoni "jilgħab magħhom" fil-pixxina jew f 'sessjonijiet sesswali "imgħaġġlin" fil-lift; nisa li Kennedy kien jużahom bħala lollipops. U dan ix-xenarju ta' infedeltajiet kien hemm tosserva kollox mart il-President, Jacqueline. Nies qrib tal-White House isostnu li Jacqueline (Jackie) Kennedy ma kienx jimpurtaha min-nisa li jorqod magħhom żewġha, sakemm ma jkunux ħbieb tagħha u sakemm ikun jaf li qed jagħmel ħażin: "xi ħaġa li jien persważa li jaf." Jackie aċċertat li Kennedy jibqa' magħruf bħala president kbir, anki nobbli. Sogħbieha li nqatel minn "biċċa komunist stupidu" u mhux b'konnessjoni mal-kwistjoni taħraq tal-jeddijiet ċivili. Riedet funeral kbir, impressjonanti, u qabbdet lir-riċerkaturi jfittxu kif kien espress il-lutti filWhite House meta nqatel Washington. Baqgħet tidher quddiem il-kameras billibsa u l-ingwanti mċappsin bid-demm tal-President, għax riedet lid-dinja tagħraf sew x'kien seħħ. Irnexxielha tkompli toħloq il-mit. YOUR FIRST CLICK OF THE DAY www.maltatoday.com.mt I l-Ġimgħa ċċelebrajna Jum ir-Repubblika. Dan huwa l-uniku Jum Nazzjonali fejn tassew kien hemm qbil kważi totali politiku fil-Parlament. Huwa jum li tassew nistgħu ngħidu li jixhed l-għaqda nazzjonali. Inkitbu u għad iridu jinkitbu ħafna kotba dwar x'ġara dakinhar. Dwar x'kienu l-manuvri li kienu qegħdin isiru kemm millGvern u anke fil-Partiti. Iżda hemm dettal wieħed li għandu tifsira importanti. Dettal li jmur xi sentejn qabel il-Kostituzzjoni tal-1964. F'waħda mill-okkażjonijiet li kien hemm fiddiskussjonijiet li bdew isiru bejn il-Partiti Maltin u l-Gvern Ingliż, kien hemm laqgħa bejn Dom Mintoff u Duncan Sandys li kien is-Segretarju għall-Kolonji tal-Gvern Ingliż. Il-Partit Laburista kien qiegħed jinsisti fuq diversi punti fosthom li Malta jkollha Ejjew nerġgħu M 'hawn l-ebda demokrazija f 'saħħitha jekk ma jkunx hemm kontrolli xierqa fuq l-operat tal-gvern. Dwar dan ktibna diversi drabi fil-kitbiet tiegħi f 'dan il-ġurnal f 'dawn l-aħħar ħames snin. Irrispettivament minn min hemm fil-gvern u mill-intenzjonijiet tiegħu, huwa essenzjali illi jkun hemm strumenti istituzzjonali sabiex jissorveljaw fuq l-operat taddetenturi pro tempore talinkarigi pubbliċi. L-istampa għandha rwol importanti x'tilgħab f 'dan irrigward kif ilkoll nafu. Mhux ta' b'xejn illi spiss l-istampa titqies bħala "ir-Raba' Stat", ir-raba' fergħa li xogħolha hu illi tikkontrolla l-friegħi l-oħra tal-istat: il-gvern, il-parlament u l-ġudikatura. Imma anke l-istampa għandha n-nuqqasijiet tagħha u jista' jkollha problemi ta' kontabilità demokratika kif rajna fliskandli fl-imperu Ingliż ta' Rupert Murdoch li wasslu sabiex jingħalaq il-ġurnal ta' nhar ta' Ħadd Inġliż, 'News of the World', Barra minn hekk, żewġ esponenti importanti ta' dik li kienet tissejjaħ News International , Rebekah Brooks u Andy Coulson, l-eks-direttur tal-komunikazzjoni ta' David Cameron, għaddejjin ġuri illi fih huma akkużati illi wettqu interċettazzjonijiet telefoniċi illegali u li mmanipulaw il-kors tal-ġustizzja. Dawn il-perikli jistgħu jkunu dovuti kemm għall-pressjoni kummerċjali kif kien il-każ Ingliż kif ukoll għall-aġendi moħbija illi jista' jkun hemm, bħalma kien il- JOE ELLIS każ meta nkixef illi l-'Corriere della Sera' kienet immexxija minn imsieħba tal-loġġa masonika sigrieta "P2". Kontroll importanti ieħor jiġi eżerċitat mill-ġudikatura. Fuq dan tkellimna kemm-il darba u għad nerġgħu nitkellmu. Illum biżżejjed ngħidu illi l-interpretazzjoni illi l-istess ġudikatura tagħti lill-Artiklu 6 tal-Kostituzzjoni mhija xejn sodisfaċenti u qed toħloq inċertezzi kbar. Qegħdin f 'sitwazzjoni li ma titwemminx illi jekk il-Qorti Kostituzzjonali jew il-Qorti Ewropea tadDrittijiet tal-Bniedem issib illi xi liġi tilledi l-Kostituzzjoni jew il-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, qisu ma jkun ġara xejn u l-liġi tibqa' tiġi applikata bħal qabel. Invarjabbilment, il-Parlament ma juri l-ebda għaġla jew ħeġġa sabiex ibiddel il-liġi li tkun ġiet iddikjarata illi tmur kontra l-kostituzzjoni u l-konvenzjoni u l-istess qrati jibqgħu japplikawha bħal qabel. Anzi jista' jkollox pronunzjamenti li jikkonkludu l-kuntrarju illi ma kienx hemm vjolazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem! Sfortunatament, hawn akkademiċi bħal professur Raymond Mangion illi qed