Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/228258
SPORTSillum 30 illum Il-Ħadd 15 ta' Diċembru 2013 Il-Brażil joffri biżżejjed sigurtà u kumdità biex jospita t-Tazza tad-Dinja? F'DAWN l-aħħar jiem qed tinħass ċertu biża' fost diversi segwaċi tal-futbol mondjali speċjalment dawk li qed jinteressaw ruħhom li jivvjaġġaw sal-Brażil biex josservaw mill-qrib it-Tazza tad-Dinja. Fost dawn il-biżgħat partikolari nsibu livelli għoljin ta' kriminalità fil-pajjiż. U dan mhux biss hekk kif dan l-istess pajjiż enormi fl-Amerika ta' Isfel huwa kkaraterizzat minn traffiku enormi fit-toroq waqt li l-prezzijiet biex wieħed jalloġġja ruħu f 'xi waħda fillukandi fl-ibliet li se jkunu qed jospitaw il-logħob tat-Tazza tad-Dinja huma ferm għolja u żgur li mhumiex affordibbli għall-bniedem komuni. Hekk pereżempju l-prezz medja tal-aqwa lukandi f 'Rio de Janeiro għal-lejl wieħed biss huwa dak ta' xejn inqas minn 1500 sterlina kull lejl waqt li lukanda ta' 3 stilel Benidorm f 'Copacabana qed titlob il-prezz ta' 500 sterlina kull lejl. Madankollu dawn il-prezzijiet jistgħu jinżlu jekk l-awtoritajiet Brażiljani jaraw li s-segwaċi tal-futbol mondjali li beħsiebhom jivvjaġġaw sal-Brażil biex isegwu t-Tazza tad-Dinja qed jaqtgħu qalbhom milli jagħmlu dan minħabba dawn il-prezzijiet elettrifikanti. U barra li kif diġà semmejna dawn il-prezzijiet huma ferm għolja, jidher li l-lukandi li se jalloġġjaw lill-partitarji ta' diversi timijiet nazzjonali li se jkunu qed jieħdu sehem fit-Tazza tad-Dinja qed joffru ftit wisq kmamar disponibbli biex jospitaw lil dawn l-istess partitarji, u kif semmejna dawn il-ftit kmamar se jkollhom prezzijiet ta' barra minn din id-dinja. Kif semmejna problemi oħra li żgur se jkunu qed jolqtu lill-Brażil is-sena d-dieħla matul it-Tazza tad-Dinja, huma dawk tat-traffiku enormi li nsibu f 'dan il-pajjiż kif ukoll id-distanzi twal biex wieħed jivvjaġġa minn post għall-ieħor, fejn biex nagħtu eżempju, id-distanza millajruport ta' Rio għaċ-ċentru ta' din l-istess belt jew għall-belt viċina ta' Copacabana hija dik ta' iktar minn siegħa. Nieħdu l-eżempju tat-tim nazzjonali Ingliż li se jkun alloġġjat fillukanda ta' 5 stilel, Golden Tulip. Dawn, sabiex jivvjaġġaw għat-taħriġ tagħhom fil-belt Brażiljana ta' Urna se jkollhom bżonn mill-inqas siegħa u dan meta wieħed iqis li saħansitra huma se jkunu eskortati mill-pulizija Brażiljana! Jidher ukoll li s-sistema tat-trasport fosthom dik tal-Metro mhix waħda mill-iktar effikaċi u li wieħed jissuġġeriha bħala l-aqwa mezz tat-trasport possibbli! Xejn inqas minn 500,00 partitarju tal-futbol huma mistennija li jżuru l-Brażil matul is-sajf li ġej biex isegwu mill-viċin it-Tazza tad-Dinja li lkoll nafu kemm toħloq interess mhux biss maddilettanti tal-futbol iżda wkoll ma' min lanqas jinteressah il-futbol. Iżda minn dan kollu li qed nisimgħu jidher li dan l-ammont kbir ta' persuni li mistennija jżuru l-Brażil, jista' tabilħaqq jonqos b'mod drastiku matul ix-xhur li ġejjin, dejjem jekk dawn l-affarijiet kollha li semmejna Il-Brażil ma tantx qed jagħmel reklam tajjeb biex jospita t-Tazza tad-Dinja matul is-sena d-dieħla jibqgħu ma jitranġawx fosthom il-prezzijiet ferm għolja tal-lukandi, traffiku enormi, distanzi twal biex wieħed jivvjaġġa u anke nuqqas ta' sigurtà f 'dan ilpajjiż enormi li jammonta għal 200 miljun ruħ. Barra minn hekk bħall-prezzijiet tal-lukandi, jidher ukoll li l-prezzijiet tat-titjiriet waqt dan iż-żmien matul is-sena d-dieħla li fih se tkun qed tintlagħab it-Tazza tad-Dinja bejn il-Ħamis, 12 ta' Ġunju u l-Ħadd, 13 ta' Lulju huma wkoll ferm għolja waqt li l-ħinijiet li fihom se jkunu qed isiru dawn it-titjiriet ukoll mhumiex daqshekk komdi u appellabbli għall-pubbliku sportiv u mhux biss. U s-sigurtà tidher li mhix waħda adekwata mhux biss fittoroq iżda wkoll fil-grawnds hekk kif ftit tal-ġimgħat ilu kkollassa krejn li kien qed jintuża fil-bini ta' stadium bl-isem ta' Corinthians Arena li sewa l-ħajja ta' żewġ persuni. Barra minn hekk, ħafna millistadia fil-Brażil għadhom mhux lesti u 75 % ta' dawn l-istadia li huma ppjanati li jintużaw matul it-Tazza tadDinja, mhux se jkunu lesti sa Marzu li ġej! Ukoll min se jkun qed isegwi t-Tazza tad-Dinja minn barra l-Brażil minn pajjiżi Ewropej fosthom Malta, se jkollu jagħmel dan ħafna drabi bil-lejl fejn ilkoll nafu li l-logħba li l-iktar qed tissemma' u tiġbed interess mill-poplu Malti jiġifieri dik bejn l-Italja u l-Ingilterra li lkoll nafu kemm din illogħba toħloq spettaklu u rivalità f 'pajjiżna se tkun qed tintlagħab f '12am u dan wara li ċċaqalqet mill-ħin tat-3am wara talba li saret minn dawn iż-żewġ timijiet nazzjonali. Qamet kontroversja wkoll fuq il-polza li saret fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet l-iktar għal dik li rrigwardjat littim nazzjonali Franċiż fejn bosta sostnew li daru xi affarijiet biex jakkomadaw lil dan it-tim u jidħlu fi grupp faċli. Però kien hemm min irribatta li anki pajjiż kbir bħall-Arġentina se jkunu qed jilagħbu u fi grupp pjuttost faċli fejn fost l-oħrajn huma se jkunu qed jilagħbu kontra pajjiż bi ftit kalibru fil-futbol mondjali bħal mhuwa l-Iran. Finalment, kull min iħobb il-logħba sabiħa tal-futbol, jistenna b'ħerqa liema bħala u jittama bis-sħiħ li dawn il-fatturi u kundizzjonijiet xejn pożittivi li qed jaffronta l-Brażil bħalissa bi tħejjija għat-Tazza tad-Dinja u li xejn ma jindikaw b'mod pożittiv, jitranġaw mill-iktar fis possibbli għall-akbar ġid talfutbol mondjali u mhux biss! Futur mill-isbaħ għal Andreas Galea fil-waterpolo FTIT tal-ġimgħat ilu, il-plejer żagħżugħ talwaterpolo, Andreas Galea li tajjeb ngħidu, jiġi t-tifel tal-plejer veteran ta' Ta' Xbiex, Toni Galea, rebaħ l-unur prestiġjuż tal-BOV Plejer tas-Sena tal-Ewwel Diviżjoni tal-waterpolo lokali. Rimarkabbli huwa l-fatt li fl-aħħar staġun, mat-tim ta' Ta' Xbiex kellna missier u iben jilagħbu mal-istess tim, xi ħaġa ferm rimota li tista' tiġri kemm fil-waterpolo kif ukoll f 'kull sport immaġinabbli. Il-plejer ta' San Ġiljan, Andreas Galea li fl-aħħar staġun kien misluf ma' Ta' Xbiex, għalaq l-ewwel staġun tiegħu mat-tim tal-kbar tal-istess tim birrebħ tal-unur tal-aqwa plejer fl-Ewwel Diviżjoni. Iż-żagħżugħ lagħab ma' Ta' Xbiex, it-tim nazzjonali ta' taħt is-17-il sena u kien parti mill-iskwadra ta' taħt l-20 sena ta' San Ġiljan li rebħet il-kampjonat tal-kategorija tagħha. Andreas kien figura prominenti tat-tim ta' Ta' Xbiex u kważi dejjem spiċċa fuq il-lista tal-iskorers tat-tim waqt li kien xewka fid-difiża avversarja. Matul l-istaġun li ġej, Andreas qed jittama li jilgħab mat-tim mid-Diviżjoni Premier li fl-aħħar staġun tilef il-kampjonat biss fiddeċisiva, San Ġiljan. ILLUM tkellmet ma' Andreas Galea nnifsu fejn talbitu jtina iktar dettalji fuq l-aħħar staġun tiegħu ma' Ta' Xbiex u x'fisser ir-rebħ ta' dan l-unur personali fil-karriera tiegħu. Il -BOV Waterpolo Plejer tas-Sena tal-Ewwel Diviżjoni saħaq li: "Naħseb li din is-sena għenitni ħafna biex nikber bħala plejer waqt li għenitni ħafna wkoll għall- karriera tiegħi. Ovvjament, ħafna nies kienu parti kbira f 'din l-esperjenza. Nirringrazzja Andreas Galea jimpressjona fil-waterpolo lokali minn ta' età żgħira lil San Ġiljan u Ta' Xbiex talli tawni din l-opportunità u lill-kowċis Sergio Afric, Karl Izzo u Anthony Farrugia, talli jgħallmuni affarjiet ġodda ta' kuljum u b'hekk nikber bħala plejer waqt li kien hemm missieri fl-istess tim miegħi li seta' jgħinni wkoll. Imma, l-iktar li nixtieq nirringrazzja huwa lin-nannu tiegħi, Ronnie Gruppetta, li ta' kuljum kif diġà jafu ħafna nies, jieħu paċenzja enormi bija - nirringrazzja lilu u lillfamilja tiegħi kollha!"