Illum previous editions

illum 15 December 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/228258

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 35

SPORTSillum Il-Ħadd 15 ta' Diċembru 2013 | illum 31 "Hemm bżonn li Inter jissaħħu" – Erick Thohir, is-sid ta' Inter IS-SID ta' Inter, ilbiljunarju Indoneżjan li qed ikun imlaqqam bħala l-Berlusconi tal-Indoneżja, Erick Thohir saħaq li kulma jmur qed jinħass il-bżonn li Inter jissaħħu waqt li kkonferma li huma se jkunu ferm impenjati fis-suq ta' trasferimenti ta' Jannar. Inter jinsabu xejn inqas minn 12-il punt taħt dawk fil-quċċata, Juventus u għandhom tliet punti inqas minn dan l-istess żmien is-sena l-oħra. B'hekk jidher li l-problema tas-sena l-oħra ma kienx il-kowċ Stramaccioni iżda l-għażla ta' plejers li jippossjedu Inter. F'kummenti li għadda lill-mezzi tax-xandir iktar kmieni matul din ilġimgħa huwa saħaq li mhux se jkun qed jiddependi minnu biss lil min jiffirmaw Inter iżda kull deċiżjoni se tkun diskussa mal-istaff kollu ta' Inter. Huwa kompla li hemm ċans kbir li matul ix-xahar id-dieħel, Inter jiffirmaw lil xi plejers waqt li xi plejers mill-iskwadra preżenti se jintbagħtu fuq self lil xi timijiet oħra. Iżda Thohir saħaq li dawn huma affarijiet li se jiddiskutihom mal-kowċ ta' Inter, Walter Mazzarri, iktar ma joqrob iż-żmien. Sadanittant Thohir stqarr li l-istess kowċ Taljan irid jixtri attakkant ġdid f 'Jannar. U f 'dawn l-aħħar jiem, fost il- plejers li l-iktar qed jissemmew li jistgħu jingħaqdu ma' Inter tul ix-xahar id-dieħel insibu lill-attakkant prolifiku ta' Paris Saint-Germain li ngħaqad ma' dan it-tim wara ħames staġuni mill-aqwa ma' Napoli, l-Arġentin, Ezequiel Lavezzi. Thohir afferma li Mazzarri kien talbu biex jixtri attakkant u huwa kien iddiskuta dan mad-direttur sportiv u eks plejer ta' Inter, Marco Branca. Thohir stqarr li llum il-ġurnata d-deċiżjonijiet fi klabb isiru b'mod kollettiv iżda Inter mhux se jkunu qed jixtru plejers ibbażati fuq l-oriġini tagħhom, lanqas b'self iżda biss plejers li jservu lil dan it-tim u li jaqgħu taħt ir-rekwiżiti tal- Thohir jisħaq li huwa neċessarju għal Inter li jagħmlu akkwisti importanti fissuq tat-trasferimenti ta' Jannar kowċ. Il-biljunarju Indoneżjan afferma li l-bżonn huwa l-kriterju prinċipali u l-finanzi mhumiex problema. Huwa kkonkluda li huwa impossibbli li klabb jixtri ħafna plejers jew li jakkwistawhom permezz ta' self hekk kif dawn jispiċċaw ma jilagħbux jekk ikun hemm plejers oħra ta' kwalità superjuri fl-istess klabb. Il-kick-boxer Malti jissielet Il-Malta Futsal School għall-ewwel post fl-Ewropa tkompi tikseb suċċess Brandon 'Bogon' Borg, kickboxer Malti li f 'dawn l-aħħar snin kiseb suċċessi liema bħalhom f 'erba' kategoriji differenti li huma l-Boxing, Kickboxing, K1 u Muai Thai. Bħalissa huwa qiegħed ikklassifikat fir-raba' post fl-Ewropa u pass pass qed jiġġieled biex ikun fl-ewwel post. Borg kien għadu mhux megħlub fil-boxing fejn kien biss ftit tal-ġimgħat ilu li huwa sofra l-ewwel telfa fil-karriera tiegħu. ILLUM tkellmet mal-istess kickboxer fejn talbitu jtina iktar dettalji fuq l-esperjenza tiegħu sa issa f 'dawn l-erba' kategoriji differenti tal-arti marzjali. Borg saħaq li "bażikament, il-karriera tiegħi bdiet minn mindu kelli 10 snin. Tista' tgħid li minn dak iż-żmien 'l hawn ma waqaft qatt inħares 'il quddiem u li nilħaq il-mira professjonali tiegħi. Dan kollu huwa grazzi għall-kowċ tiegħi Simon Chetcuti li bħalissa nista' ngħid li huwa l-uniku Malti li għadu mhux megħlub f 'erba' dixxiplini differenti: Boxing, Kickboxing, K1 u Muai Thai. Dawn kollha nikkompeti fihom u m'għandi l-ebda telfa fihom! Bħalissa r-rekord tiegħi huwa ta' 16-il ġlieda kickboxing li rbaħthom kollha, K1 irbaħt 3 u 2 Muai Thai. Tista' tgħid li 'l quddiem il-kowċ tiegħi laħħaqni assistent kowċ tiegħu għax ra li d-dixxiplina qiegħda fija u kapaċi nieħu ħsieb klassi ta' 10 snin. Irbaħt l-ewwel titlu mondjali tal W.U.M.A (World United Martial Arts) fejn tikkompeti ma' ġellieda minn madwar id-dinja kollha. Ikkompetejt ma' Ingliżi, Taljani, Messikani, Marokkini, Skoċċiżi, Sqallin u issa anki Olandiżi. Fl-2011, 2012 u 2013, sirt iċ-champion taddinja fit-2 tyles kickboxing u Muai Thai fejn tista' tgħid li kont l-iżgħar atleta li ġġilidt bħala Muai Thai u full contact fil-boxing. Bħalissa, qiegħed ikklassifikat fir-raba' post fl-Ewropa u qiegħed nissielet pass pass biex niġi fl-ewwel post." IL-MALTA Futsal School tinsab fir-raba' staġun mill-ftuħ tagħha hekk kif fetħet il-bibien tagħha lura f'Settembru tal-2010. L-iskola li hija miftuħa għas-subien u l-bniet kollha ta' bejn il-5 u l-15-il sena torganizza sessjonijiet ta' taħriġ kull nhar ta' Ġimgħa fil-Kulleġġ ta' San Alwiġi f'Birkirkara. Bl-interess f'dan l-isport kull ma jmur jikber, din l-iskola toffri l-opportunità għat-tfal li jattendu fi ħdanha biex jitgħallmu iktar rigward dan l-isport li iktar ma jgħaddi ż-żmien, iktar qed jikber filpopolarità f'pajjiżna waqt li toffrilhom taħriġ speċjalizzat biex jiżviluppaw il-ħiliet bażiċi ta' plejer tal-futbol. X'inhu l-futsal? Il-futsal huwa logħba tal-futbol eċitanti u veloci li tintlagħab minn eluf ta' adulti u tfal madwar id-dinja. Waqt li l-futsal huwa sport fih innifsu, huwa ma jikkompetix mal-futbol iżda jservi biex jissapportjah billi jiżviluppa ħiliet li jagħmlu lit-tfal plejers aħjar, kemm fil-grawnd Aspettattivi sbieħ għal Brandon 'Bogon' Borg klassifikat fir-raba' post fl-Ewropa tal-futbol kif ukoll fil-'court' tal-futsal. Il-benefiċċji tal-futsal għallplejers żgħażagħ Il-futsal jinkoraġġixxi plejers żgħar biex isiru iktar aġli, veloċi, b'saħħithom waqt li jkollhom bilanċ aħjar fillogħba. Dan l-isport jgħin ukoll biex it-tfal isiru iktar komdi bil-ballun waqt li jtihom ħafna opportunitajiet biex jipprattikaw kif iqassmu, kif iduru bil-ballun u kif jixxuttjaw waqt li jkunu taħt pressjoni fil-logħba. Dan kollu jiġi pprattikat fil-Malta Futsal School. X'irid jagħmel wieħed biex jingħaqad mal-Malta Futsal School? L-applikazzjonijiet huma disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-iskola www. maltafutsalschool.com. Wieħed jista' jibgħat email fuq l-indirizz elettroniku info@ maltafutsalschool.com jew inkella jċempel fuq 99457101 jew 79016016 biex jibbukkja prova mal-iskola li tkun mingħajr ħlas. L-iskola Maltija tal-futsal tkompli żżid fil-membri u fil-popolarità

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 December 2013