Illum previous editions

illum 29 December 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/234243

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

€0.90 Call us on 99860983 Or visit our website www.tadernis.com Il-proġett White Rocks għas-sena d-dieħla 29 ta' Diċembru 2013 • Nr 376 IL-GVERN ta' Joseph Muscat bi ħsiebu jistieden kumpaniji Maltin u barranin biex jagħmlu proposti konkreti għall-proġett tal-White Rocks fil-bidu ta' 2014. Il-gvern mhux ser jirrestrinġi l-brief tal-proġett bħal ma kien għamel il-gvern preċidenti. Fis-sejħa pubblika li kien għamel il-gvern preċedenti kien oġġezzjona għal suġġerimenti ta' bini residenzjali. Dan kien waqqaf ħafna kumpaniji Maltin milli jidħlu għal dan il-proġett għax kienu jafu li b'residenzi biss setgħu jagħmlu l-flus. Il-White Rocks huwa kumpless estensiv b'veduti stupendi fuq il-baħar Mediterran u fuq il-ġżira ta' Għawdex u mdawwar b'kampanja sabiħa. Kien jospita kumpless tal-familji tal-forzi armati Ingliżi. Illum jinsab mitluq u żdingat, wirt ta' nuqqas ta' viżjoni ta' gvernijiet Laburisti u Nazzjonalisti. Waħda mill-ħafna ntoppi li kien ikkrea l-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi meta kien nieda l-proġett talWhite Rocks, kien li eskluda Il-proġett White Rocks ser jerġa' jinfetaħ għal sejħa minn investituri Clyde Puli li kien ftaħar mhux ftit fuq il-proġett fantażma fl-2010 Lou Bondi kien għamel il-PR għal proġett fantażma l-inklużjoni ta' residenzi filproġett. Dan kien irrabja ħafna negozjanti kbar inkluż dawk Nazzjonalisti. Jitkellem fuq l-istazzjon talPN, Radio 101, fl-2010, kien ftaħar li dan il-proġett kien ser iġib investiment minn barra u impjiegi ta' kwalità għolja. Ilftaħir ta' Gonzi spiċċa fix-xejn. Imbagħad fl-2012 issegretarju Parlamentari Clyde Puli kien ftaħar ukoll li d-diskussjonijiet dwar il-White Rocks kienu fl-eqqel tagħhom, għalkemm dan ma kienx minnu. Il-proġett tal-White Rocks kien wieħed mill-proġetti li kien nieda l-Prim Ministru Lawrence Gonzi u s-Segretarju Parlamentari għall-isports ta' dak iż-żmien Clyde Puli. Puli jibqa' mfakkar għal kliem bombastiku li kien uża biex jiddeskrivi dan il-proġett li kien ser jinkludi 'family park', Dar għall-isports, Ċentru xjentifiku għall-isports, faċilità b'saqaf għall-15 il-sport differenti, trakka għall-BMX, grawnd talfutbol, kumpless għat-tennis, grawnd għar-rugby u faċilitajiet mal-baħar. L-intenzjoni ta' dak iż-żmien kien kumpless kbir sportiv ta' klassi internazzjonali. Il-proġett spiċċa sfuma fix-xejn minkejja l-wegħdiet li kienu saru li ħafna assoċjazzjonijiet sportivi mill- Prim Ministru Gonzi. Il-proġett li kien intqal li ser jiswa 200 miljun. U għallproġett il-Gvern ta' Gonzi kien nefaq mal-500,000 f 'konsulenzi. Fost il-persuni li kien għamel il-marketing għallWhite Rocks kien hemm Lou Bondi ta' Where's Everybody. Li llum reġa' ntefa' biex jagħmel marketing għal rasu wara li l-programm tiegħu BondiPlus ma ġiex aċċettat fuq il-PBS. Waqt in-negozjati għallproġett, il-kumpanija Ingliża li kienet interessata tinvesti kienet ikkritikat il-gvern Nazzjonalista għall-intoppi burokratiċi. Ħaġa li kienet tispikka matul it-tmexxija ta' Lawrence Gonzi, li jibqa' mfakkar għan-nuqqas ta' attenzjoni għal dettal. Kelliem għall-gvern ta' Muscat qal li l-proġett fih innifsu bi ħsiebu jiġġenera mhux anqas minn investiment ta' 120 miljun. "Qed inkunu kawti, imma din id-darba dan il-proġett ser iseħħ, u miegħu ser ikun hemm impjiegi u opportunitajiet ġodda. M'aħniex ser nistiednu n-nies biex jinvestu mbagħad inħalluhom isaffru l-ajda!" L-aħjar kittieba ssibhom fil-gazzetta ILLUM Immanuel Mifsud | Mario Azzopardi | Joe Ellis | Toni Abela Bronk Productions tippreżenta Pantomima għal żmien il-Millied Post: Sir Temi Zammit Hall, Universita' ta' Malta Online booking: www.bronk.org Is-Sibt 21 ta' Diċembru 2013 - 7.30pm Bronk Productions 21223347/27223347 Il-Ħadd 22 ta' Diċembru 2013 - 5pm Il-Ħamis 26 ta' Diċembru 2013 - 3pm/7pm Bar tal-Istitut Kattoliku Floriana 21242551 Tereza Bazaar - Żabbar 21892730 Is-Sibt 28 ta' Diċembru 2013 - 7.30pm Lion King G'Manġa 21240007 Il-Ħadd 29 ta' Diċembru 2013 - 4pm Gelardu Kiosk il-Belt 21220151 Is-Sibt 4 ta' Jannar 2013 - 7pm Viris Take Away Kalkara 21802993 Il-Ħadd 5 ta' Jannar 2013 - 5pm NEWSPAPER POST Koreografija u Żeffiena: Keith Dance Studio Lirika: Vince Fabri Kitba u Direzzjoni: Tonio Vella

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 December 2013