Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/234243
20 illum | Il-Ħadd 29 ta' Diċembru 2013 MEDIASPOT MINN MARIO AZZOPARDI TAGĦLAQ SENA OĦRA 2014: TKOMPLI L-KONFUŻJONI Is-sena 2013 għalqet bilkunflitti u d-demm iċappas il-mappa dinjija. U l-ġdida se tkompli bil-konfużjoni. Il-klixè dwar l-awguri għassena t-tajba tibqa' klixè, għax jidher li din il-pjaneta ma tistax issib il-paċi magħha nnifisha. Bosta żoni għadhom żoni ta' kunflitt, qtajjiet jaħarbu minn pajjiżhom bilgzuz biex jintlaqgħu b'ostilità u reżistenza etnika. Hemm taħwid sħiħ dwar l-hekk imsejħa Rebbiegħa Għarbija. Anzi, f 'inħawi bħall-Eġittu hemm dittatura ġdida li baqgħet iżżomm liġijiet li kienu hemm qabel, fosthom li l-militar għandu dritt jipproċessa nies ċivili fi qrati militari. Daqstant ieħor ħadd ma jaf fejn jinsab il-poplu Libjan, instigat bla heda millIstati Uniti u n-NATO biex jeħles minn Gaddafi. IN-NEIGHBOURHOOD WATCH L-iskandlu sensazzjonali li se tiftaħ bih is-sena l-ġdida hu kumpless, b'tant pajjiżi jispjunaw fuq xulxin, xi ħaġa li diġà bdiet therri l-prospetti ta' ftehim u kooperazzjoni bejn pajjiżi ġirien. Tant hu sensazzjonali l-ispjunaġġ, li mexxejja politiċi saħansitra qed jużaw il-mezzi soċjali bħal Twitter biex iwasslu messaġġi pwerili. Hemm messaġġi dwar tradiment, avvelenar, antagoniżmu u l-bqija. Fi spirtu ta' parodija, il-ġurnalisti bdew jirreferu għall-fenomenu bħala Neighbourhood Watch -ispjunaġġ fuq innies qed jerġa' jirxoxta dak il-klassiku famuż ta' George Orwell, 1984, fejn l-istat polizjesk jgħasses iċ-ċittadini kontinwament. Edward Snowden, f 'messaġġ alternattiv għall-Millied lillpubbliku Brittaniku, wissa dwar l-għassa pervażiva kontra l-individwi permezz tat-teknoloġija. F'Malta dan il-fenomenu qed isib ruħu spekulat l-aktar fil-mezzi taxxandir elettroniċi. U BILĦAQQ: IS-SIRJA U hemm is-Sirja. Straġi f 'kull sens. U issa, il-politika fraġli tal-Libanu sabet ruħha taħt pressjoni hekk kif grupp ta' ġellieda għal Allah wassal il-gwerra sa Beirut. Il-bumbardament salvaġġ talAmbaxxata Iranjana f 'Beirut ifisser aktar tensjoni li tnisslet matul it-tliet snin tal-gwerra ċivili fis-Sirja. IL-KOKAINA U S-SESS TAS-SINDKU Hemm dawk il-politiċi li kapaċi jgħaddu lil bosta nies minn għajn il-labra u jibqgħu jeżistu. Anzi, jgħaddu bħala intelliġenti jew smart, biex nużaw l-ekwivalent Amerikan. Rob Ford talKanada hu wieħed minn dawn il-politiċi "brillanti". Il-mezzi tax-xandir jinfexxu f 'eċitament kbir meta jirreferu għal dan is-Sindku ta' Toronto bħala crack smoking and alleged sexual harasser. Kif qalet Zi-Ann Lum talHuffington Post, illum saret ħaġa assurda tgħid li int Kanadiż/a: "Bniedem wieħed irnexxielu jibdel il-kunċett ta' pajjiżna quddiem id-dinja." Ford kompla l-kummiedja fl-intervisti li ta lill-mezzi tax-xandir internazzjonali. U jkun żbaljat min jaħseb li din hi storja out-dated jew li m'għandhiex aktar news value. Il-korruzzjoni dejjem għandha news value, talinqas fejn jidħlu l-implikazzjonijiet għaċ-ċittadin komuni. L-ISPIRTU TAL-ARKTIKU Diġà rreferejt darba oħra għall-enċiklika ambjentalista li l-Papa Franġisku se joħroġ din is-sena. Id-dokument se jkollu relevanza partikolari mhux biss minħabba t-tħaffir idroloġiku fl-Arġentina, iżda anki fid-dawl tal-aħbar li r-Russja qed taċċellera kemm tiflaħ il-moviment biex tiżviluppa l-Arktiku. Il-mossa, jgħidu l-esperti, taf iġġib katastrofi ekoloġika. Jgħidu li l-Arktiku hu l-aħħar fruntiera għall-esplorazzjoni tar-riżorsi. RIGALI U INTERVISTI L-intervisti fit-triq dwar ir-rigali tal-istaġun fuq l-istazzjon nazzjonali kienu kważi identiċi bħal dawk ta' snin mgħoddija. X'injezzjoni kreattiva teħtieġ biex tidħol ftit enerġija inventiva? GĦAL LI JISTA' JKUN Teħodha minn fejn teħodha, il-perspettiva globali għall2014 tibqa' opaka daqs qatt qabel. Imma għal li jista' jkun, is-Sena t-Tajba… Sena ta' Sustanza TONI ABELA G ħadni kemm spiċċajt naqra ktieb ta' Terry Eagleton jismu 'Why Marx Was Right'. Ħafna jgħiduli li naħli ħini naqra dawn ix-xorta ta' kotba għaliex li l-ideoliġiji l-kbar mietu. Meta jkunu qegħdin isostnu dan, għalkemm jużaw il-plural ir-referenza tkun għas-Soċjaliżmu, għaliex il-kapitaliżmu huwa fl-aqwa forma tiegħu. Terry Eagleton jinsisti li sakemm jibqa' jeżisti l-kapitaliżmu mhux possibbli li ma jkunx hemm soċjaliżmu. Terry jgħid li dak li qiegħed jiġri issa jkompli jikkonferma dak li qal Marx fl-analiżi tiegħu tas-soċjetà: li l-kapitaliżmu jġib miegħu l-kontradizzjoni għaliex filwaqt li jippretendi li jkun hemm suq ħieles u kompettitiv il-ġid jispiċċa fi ftit idejn. Għalhekk il-ħtieġa ta' ideoloġija oħra biex trażżnu. Din l-ideoloġija hija dik soċjalista. Iżda fid-dinja ġrat traġedja kbira. Il-ħlieqa li żmien is-soċjaliżmu spiċċa ħalliet ideoloġija tgħaffeġ fuq kulħadd. Anke l-istess Partiti Soċjalisti waqgħu f 'din in-nassa tant biex isalvaw politikament lesti li jidħlu f 'koalizzjonijiet politiċi ma' partiti li kienu l-enġiniera politiċi ta' sistema li wasslet lid-dinja fit-tarf ta' preċipizju b'għadd kbir ta' dawk li jaqilgħuha u jikluha jitilfu kull ma għandhom. F'panorama politiku fejn għandek vojt li tħalla battal mill-politiċi l-Knisja sabet irwol importanti. BilPapa preżenti, li ġej minn Kontinent li mifni bil-faqar u inġustizzji soċjali, il-Knisja sabet interpretu tajjeb għażżminijiet. Ma joqgħodx lura milli jikkundanna s-sistema Awgurju għal Sen I l-ġenesi ta' artiklu huwa proċess interessanti. Ġieli jkolli ħsieb ta' fuqhiex ser nikteb għal żmien. Imma mbagħad jiġri xi avveniment u niddeċiedi illi nikteb dwaru minflok. Ġieli jkolli bosta ideat f 'moħħi imma nkun indeċiż liema triq ser nieħu. Xi daqqiet inkun għamilt xi ftit riċerka sabiex nikteb dwar xi suġġett u nispiċċa l-artiklu mingħajr ma nużaha. Imma l-akbar sodisfazzjon illi nsib hu illi wieħed jitgħallem u jimmatura l-ħsieb tiegħu. Imma tiskanta kif meta wieħed jibda jikteb, ilkliem jibdew ġejjin bħaċċirasa u l-artiklu jieħu l-ħajja awtonoma tiegħu independentament ħafna drabi mill-intenzjoni oriġinali ta' min jiktbu. Din il-ġimgħa qed nikteb taħt ir-riħ tal-Etna b'vista maestuża ta' din il-muntanja formidabbli. Kull darba li għajnejja jaqgħu fuqha, nistħajjilni bħal Richard Dreyfus kif wasal filmuntanja illi fiha kellu jiltaqa' mal-aljeni fil-film Close Encounters of the Third Kind. Mongbello jsejħulha l-Isqallin u hi tassew muntanja sabiħa. Għadni niftakar meta l-ewwel darba mort Sqallija bħala student. Kien għall-ħabta tal-Milied u ħadt il-ferrovija li ddur mal-Etna: bqajt imbellah bil-pajsaġġ lunari ffurmat mil-lava sewda li toħroġ bl-iżbruffar regolari talvulkan illi fih ma jikber xejn ħlief għal bajtar tax-xewk. JOE ELLIS L-aspett surreali tal-pajsaġġ tal-vulkan iseddaq bis-silġ illi kien waqa' fuqu. Xena li bqajt niftakarha sal-lum. Inħares dalgħodu lejn l-Etna mgħottija bis-silġ u bid-duħħan ħiereġ millquċċata, ftakart fi ġrajja illi żmien twil ilu kont smajt fuq ir-radju. Xi storiku li llum insejt ismu rrakkonta kif ilMaltin fi żmien il-Kavallieri kienu jżommu frisk fis-sajf bis-silġ tal-Etna illi kien jiġi impurtat fiż-żavorra tal-vapuri. Madankollu, kien ikun hemm żminijiet illi fihom il-Kavallieri kien ikolllhom problemi finanzjarji u ma kinux ikunu jistgħu jimpurtaw is-silġ mill-Etna. Il-Maltin ħoll xagħrek u ġib iż-żejt u tgħidx kemm kienu jgergru. Dan minkejja li l-viżitaturi fl-epoka lejn xtutna tgħidx kemm kienu jiskantaw bil-livell ta' għixien talMaltin illi kien bil-bosta superjuri għal dak talIsqallin. Il-Kavallieri investew bil-kbir f 'pajjiżna f 'opri infrastrutturali. Kienu għadhom ma jafux b'Keynes imma din ilpolitika ċertament stimulat l-ekonomija u tat lok għal żieda qawwija filpopolazzjoni. Imma dan l-episodju juri kemm is-sindromu li l-Ingliżi kienu jirriferu għalih bħala Maltese Gemgem għandu oriġini storika antika. Rari nieqfu u nirriflettu fuq il-miraklu ta' kuljum li din il-blata bla ebda riżorsi naturali tgħajjex 'il fuq minn 400,000 ruħ li fil-maġġoranza tagħhom jgħixu ħajja komda sew. Qed ngħixu f 'pajjiż fejn min irid jitgħallem, jitgħallem, fejn min irid jaħdem, ser jaħdem u fejn għandna kura medika diċenti li mirakolożament għadha "b'xejn". U għalkemm in-nies igergru bl-iffullar fil-faċilitajiet pubbliċi, dan l-iffullar huwa l-konsegwenza tal-eċċellenza tal-faċilitajiet mediċi. Kieku dawn il-faċilitajiet huma skadenti kif inhuma f 'pajjiżi oħra, kieku dan l-iffullar ma jeżistix. Din il-ġimgħa, il-President ta' Malta Ġorġ Abela kellu diversi okkażjonijiet sabiex jitkellem. Fil-messaġġ tal-Milied ikkummenta dwar il-laqgħa illi kellu ftit jiem wara l-elezzjoni illi fiha attendew l-eks Prim Ministru Gonzi u s-suċċessur tiegħu Muscat. Il-President sellem ilmaturità politika illi ntweriet kemm fil-kampanja elettorali kif ukoll fittranżizzjoni tal-poter. Ċertament kellna bidla flamministrazzjoni mill-aktar trankwilla kif imdorrijin naraw f 'demokraziji avvanzati, kważi kważi bla