Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/234243
Il-Ħadd 29 ta' Diċembru 2013 | illum 21 internazzjonali finanzjarja u kif popli sħaħ qegħdin jiftaqru minħabba r-regħba kapitalista ta' istituzzjonijiet monitarji li qegħdin ikomplu jkissru l-vittmi minflok jikkontrollaw lillaggressur. Dak li qegħdin jibżgħu jgħidu l-Partiti Politiċi minħabba l-konvenjenza ta' arranġamenti, pattijiet u koalizzjonijiet strambi, qiegħda tagħmlu l-Knisja. Fejn dari kienet il-Knisja li tirreżisti l-istatus quo, issa saret it-tarka mhux biss spiritwali iżda anke politika ta' dawk li huma vittmi ta' Wall Street u boroż oħrajn li jilagħbu bl-investimenti ta' dawk li jkunu qalgħu dik ix-xi ħaġa bl-għaraq ta' ġbinhom. Flok il-politiċi jikkumbattu l-iprokezija ekonomika, qegħdin isostnuha jekk mhux ukoll jipproteġuha. F'dan ix-xenarju l-forma rebħet fuq is-sustanza u nħolqu sistemi ta' kejl mhux wisq biex naraw x'inhu l-aħjar li għandu jsir iżda x'irid il-poplu. Fost dawn itteknika tal-istħarriġ li qatlet għal kollox deċiżjonijet li jkun hemm bżonn jittieħdu għaliex kollox sar prevedibbli. Għalhekk mhux wisq importanti x'għadu jsir iżda xi jridu n-nies, bilkonsegwenza li min suppost isegwi jispiċċa jmexxi. Apparti minn dan mhux kull ma jrid il-poplu huwa bilfors tajjeb. Jekk ma tridux temmnuni staqsu lil Pilatu. F'pajjiżna x'ġara? Il-forma rebħet fuq is-sustanza? Malta ma kinitx eċċezzjoni għar-regola ġenerali, iżda lanqas min-naħa l-oħra ma nistgħu ngħidu li ma kienx hemm deċiżjonijet ta' sustanza. Fost l-ewwel liġijiet li saru kien hemm dawk li neħħew ħafna mill-arja żejda tal-politiku. Tneħħiet il-preskrizzjoni f 'każijiet ta' abbużi u korruzzjoni. Mhux biss għal dak li għad irid jiġri iżda għal dak li diġà ġara. Għandna l-Wistleblower Act li żgur ser tqiegħed f 'posthom lil min sa ftit ilu kien jaħseb li ħadd ma jista' jagħmillu xejn. Iżda tema politika u soċjali li spikkat kienet dik talemanċipazzjoni li sa ftit ilu kienu għadhom jgħixu emozzjonijiet. U għalkemm il-kuntrasti tad-djalettika politika ma jonqsux, jalla dejjem tisseddaq it-tolleranza u titkattar il-maturità politika sabiex ħadd ma jħossu eskluż jew fi żvantaġġ minħabba t-twemmin politiku tiegħu jew in-nuqqas tiegħu. Ħolma forsi wieħed jgħid minħabba l-karattru ferm klijentari tas-sistema politika tagħna. Imma pajjiżna jista' jimxi biss 'il quddiem jekk iħaddan politika li tinkoraġixxi l-meritokrazija u kwalunkwe gvern ibati l-konsegwenzi tal-għażliet tiegħu li ma jsirux fuq kriterji strettament meritokratiċi. Dak illi kien jgħodd għall-gvern Nazzjonalista, jgħodd għal dak attwali. Wara s-suċċess tal-Istrina illi fiha nġabret is-somma rekord ta' € 3.4 m, ilPresident semma wkoll issens ta' kburija illi huwa ħass bħala Malti quddiem din itturija ta' ġenerożità tal-poplu tagħna inġenerali. Imma dan is-sentiment wieħed irid jikkuntrastah ma' dak li kien qal ftit jiem qabel meta ħeġġeġ lill-Maltin u lillGħawdxin sabiex dejjem juru rispett lejn id-dinjità umana tal-immigranti irregolari u "nibdew inqisuhom aktar bħala riżors u anqas bħala theddida. Irridu nifhmu aħjar illi l-integrazzjoni ta' kulturi differenti li jġibu magħhom dawn in-nies u oħrajn li jgħixu fostna, huwa riżors li jagħmel aktar għanja l-identità tagħna għax jagħmilha poplu multikulturali." Kliem tassew imqit u floku. Il-valur ekonomiku talimmigrazzjoni ntwera minn bosta studji. Studju riċenti wera illi l-immigrazzjoni lejn ir-Renju Unit mill-2000 inkontribwixxiet £25biljun lill-finanzi pubbliċi u li l-immigranti talbu anqas benefiċċji soċjali millIngliżi propja. Skont studju ieħor tan-National Institute of Economic and Social Research, il-wegħda li kien għamel il-Prim Ministru Cameron qabel l-elezzjoni tal-2010 illi jnaqqas l-immigrazzjoni li fil-preżent tammonta għal 200,000 fis-sena għal ftit għexieren ta' eluf jkollha konsegwenzi koroh. Skont dan l-Istitut indipendenti, jekk l-immigrazzjoni titnaqqas bin-nofs sal-2060, il-Prodott Domestiku Gross jonqos bi 11% u bi 2.7% ras imb ras. Barra minn hekk, it-taxxa tad-dħul ta' min jaħdem trid tiżdied bi 2.2% u s-salarji netti jkunu 3.3% anqas. Mhux ta' b'xejn illi pajjiżi bħall-Istati Uniti, il-Brażil u l-Arġentina ffjorixxew blimmigrazzjoni massiċċja illi kellhom. Bħalma l-Ingilterra skopriet illi l-immigranti għandhom edukazzjoni aħjar minn niesha stess, għal-liema edukazzjoni ma tkun nefqet xejn, kif nistgħu ninjoraw il-fatt illi bosta minn dawk illi jiġu fostna għandhom edukazzjoni tajba u jkun ferm aktar utli illi jagħtu daqqa t'id fil-bini ta' pajjiżna flok ma jissakkru bla ħniena f 'xi ċentru ta' detenzjoni fejn ma jistgħu jagħtu l-ebda kontribut. Xi ftit ġimgħat ilu l-Prim Ministru Muscat semma illi fost l-immigranti Sirjani illi kienu għadhom kemm waslu, kien hemm kirurgi tal-moħħ. Tajjeb illi wieħed isaqsi x'sar minnhom dawn il-kirurgi u għaliex kellhom jirriskjaw ħajjithom biex jaslu hawn Malta? Qegħdin iħarsu f 'xi kamp ta' detenzjoni jew marru f 'xi pajjiż ieħor? U l-politiċi jonqsu illi jgħidulna li meta jkun hemm xi immigranti illi jintbagħtu lejn pajjiżi oħra fil-famuża burdensharing illi tant jisħqu fuqha, il-probabilità hi illi l-pajjiżi illi jilqugħhom qed jagħżlu l-krema fost l-immigranti irregolari u jħallulna min hu anqas kapaċi. Daqshekk hija mijopika l-politika nazzjonali dwar l-immigrazzjoni irregolari kkundizzjonata mill-qabda semi-illiterati illi jinvadu l-bloggs kull meta tasal fostna xi dgħajsa b'dawn l-immigranti, u speċjalment jekk ikunu suwed. Verament tistona illi l-poplu tagħna ma jiddejjaqx idaħħal idejh fil-but sabiex jgħin lil nies illi ma jafhomx imma mbagħad hawn faxxa sostanzjali tiegħu illi tħossha mhedda bil-wasla tagħhom. Jekk hemm qasam fejn hemm ħtieġa ta' kunsens nazzjonali fejn l-ebda partit ma jipprova jagħmel kapital a skapitu tal-ieħor, dan hu l-qasam tal-immigrazzjoni irregolari. Sfortunatament, il-klassi politika minflok ma qiegħda tmexxi l-poplu, tħalli t-tgemgim spiss irrazzjonali tal-poplu na Ġdida fil-kantina soċjali. Mara li ħliet saħħitha tissielet biex tkun rikonnoxuta li hija mara fl-aħħar ingħatat dan ir-rikonnixximent u hekk oħrajn li huma bħala. Koppji, kemm jekk eterosesswali u kemm jekk tal-istess sess ser jingħataw id-dritt li jkollhom unjoni ċivili bid-drittijet u obbligi legali. Mhux ser jibqgħu jgħixu fl-eżilju soċjali barra mil-liġi daqs li kieku kienu "fuori legge". Żgħażagħ ta' 16-il sena ser ikollom l-ewwel opportunità li jlissnu l-opinjoni tagħhom bil-vot. Dawn kollha kienu drittijet ta' sustanza. Fil-fatt minn dan l-aspett pajjiżna spikka ħdejn pajjiżi oħrajn. Dak li ġara l-Kroazja u fir-Russja anke jmexxiha. Din mhux tmexxija responsabbli imma ggranfar mas-siġġu tal-poter minħabba l-biża' illi l-poplu juri d-diżapprovazzjoni tiegħu fl-urna. Il-prinċipji mhumiex dawk illi għandhom x'jaqsmu mad-drittijiet ċivili talomosesswali biss. Pajjiżna xeba' jiġi umiljat b'sentenzi tal-qrati tagħna u tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u rapporti ta' orġaniżmi internazzjonali dwar il-kundizzjonijiet xejn aċċettabli fil-kampijiet ta' detenzjoni. U lanqas jagħmel ġieħ lil pajjiżna t-tip ta' mistoqsijiet illi qed isiru dwar l-intervent tal-Forzi Armati fil-11 t'Ottubru li għadda, intervent li għalkemm salva 200 ruħ, seta' evita telf ta' mijiet ta' ħajjiet oħra kieku saret koordinazzjoni aktar f 'waqtha ma' mezzi navali Taljani u vapuri kummerċjali li kienu qed ibaħħru fil-qrib. f 'xi pajjiżi oħrajn ma ġarax f 'pajjiżna. Ma ħallejniex il-forma tirbaħ dejjem fuq is-sustanza. Ma rridx ngħid li qiegħed inbassar iżda konvint minni nnfisi li ftit tas-snin oħra jerġa' jiġi moda dak li llum qiegħed ikun deskritt bħala anakronistiku u li ma għadux żmienu. Kieku jista' x-xitan jipprova jikkonvinċi lil kulħadd li Alla ma jeżistix. Iżda meta jagħmel hekk ikun qiegħed jinnega l-eżistenza tiegħu stess. Ma hemmx xitan mingħajr Alla daqs kemm ma hemmx kapitaliżmu mingħajr soċjaliżmu. Nawguralkom is-sena t-tajba mimlija b'aktar drittijiet u sustanza. L-għala dan ma sarx għadna ma nafux għax il-Forzi Armati ta' Malta waqgħu f 'muta totali minkejja l-insistenza tal-ġurnalisti. Dan kollu mhux aċċettabbli u wieħed jawgura illi s-sena d-dieħla ġġib bidla radikali filpolitika nazzjonali dwar l-immigrazzjoni irregolari kif awgura l-President. Barra l-benefiċċju ekonomiku illi tali bidla tista' ġġib, ma ninsew qatt il-ħtieġa illi ngħożżu d-dinjità umana, dinjità illi kull ma tmur qed tittappan minħabba l-pressjoni kostanti illi s-sistema ekonomika illi nħaddnu tpoġġi fuqna lkoll. U fuq kollox il-ħajja umana illi m'għandha tiġi kompromessa flebda ċirkustanza f 'soċjetà ċivilizzata. Is-Sena t-Tajba lil kulħadd. ERRATA CORRIGE FL-ARTIKLU li deher il-ġimgħa l-oħra ta' Joe Ellis is-sentenza b'referenza għas-Segretarju Parlamentari Owen Bonnici, inħarġet bil-kelma "oġġezzjonabbli" minflok il-kelma "ineċċepibili." B'hekk is-sentenza kellha tkun: "Din il-kolonna taqbel ma' dan il-ġudizzju u jidhrilha illi s-Segretarju Parlamentari Owen Bonnici kkomporta ruħu f 'dan l-inċident b'mod ineċċepibili kif fuq kollox qed jikkomporta ruħu fit-tmexxija taddikasteru fdat f 'idejh." YOUR FIRST CLICK OF THE DAY www.maltatoday.com.mt