Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/234243
SPORTSillum Il-Ħadd 29 ta' Diċembru 2013 | illum 31 Iċ-ċans li Liverpool jirbħu l-Kampjonat Barclays... Puyol mhux se jirtira Puyol determinat li jkompli jilgħab fl-ogħla livelli tal-futbol mondjali Liverpool jistgħu jibqgħu jitqiesu bħala kontendenti ewlenin għar-rebħ tal-Kampjonat Barclays Premier? KIEN f'Diċembru tal-2008 meta Liverpool spiċċaw filquċċata tal-klassifika qabel jum il-Milied, staġun li fih Liverpool spiċċaw fit-tieni post tal-klassifika, 4 punti taħt it-tim ta' Manchester United. Dak kien l-istaġun li fih Liverpool vera resqu qrib li jirbħu d-19-il kampjonat fl-istorja tagħhom u l-ewwel kampjonat bil-format 'il-ġdid' tal-Premier League. Imma meta kull sapporter ħaseb li l-istaġun ta' wara kien se jkun l-istaġun tas-suċċess finali, il-forma ta' Liverpool marret mill-ħażin għall-agħar, b'Rafa Benitez jitkeċċa minn maniġer kif ukoll segwiet is-saga tal-Amerikani Hicks u Gillett. Minn hemm 'il quddiem Liverpool għaddew minn żmien ta' turbulenzi bit-tmexxija ta' Roy Hodgson u Kenny Dalglish sakemm flaħħar wasal Brendan Rodgers li donnu tefa' nifs ġdid filklabb l-aħmar ta' Merseyside. L-istaġun li għadda kien wieħed ta' tranżizzjoni, b'Liverpool jispiċċaw fis-seba' post tal-klassifika u barra minn kull kompetizzjoni Ewropea. Is-saga ta' Luis Suarez matul is-sajf li għadda kienet waħda li żammet lis-sapporters kollha ta' Liverpool fuq ix-xwiek, imma dan il-plejer Urugwajan qiegħed iservi bħala l-punt ta' riferiment għaliex Liverpool għaddejjin minn din il-forma brillanti. 17-il logħba sal-Milied 2013 u Liverpool jinsabu l-ewwel b'36 punt, punti daqs Arsenal imma qabilhom minħabba d-differenza ta' gowls. U għalkemm l-għan ewlieni fil-bidu tal-kampjonat kien dak li Liverpool jerġgħu jsibu posthom fil-UEFA Champions League wara nuqqas ta' erba' snin mill-aqwa kompetizzjoni tal-klabbs Ewropej, jidher li dan l-għan bil-mod il-mod qiegħed jinbidel. Kien Brendan Rodgers stess li qabel il-logħba kontra Arsenal qal li anke jekk kemmil darba Liverpool jitilfu (kif filfatt għamlu), xorta waħda kienu biċ-ċans li jirbħu l-kampjonat. U din it-tama mhux biss nibtet fil-maniġer tar-Reds imma anke fis-sapporters madwar id-dinja kollha. Donnu f'daqqa waħda kulħadd qiegħed jikkunsidra li Liverpool jinsabu b'ċans kbir li jirbħu l-kampjonat wara 24 sena. Imma fil-verità, Liverpool għandhom ċans jirbħu l-kampjonat? Personalment naħseb li wieħed irid ikun ottimist iżżejjed biex jikkunsidra li tim li jkun spiċċa l-kampjonat ta' qabel fis-7 post, imur fl-istaġun ta' wara u jirnexxielu jirbħu. Dan meta tqis li Liverpool qegħdin jikkompetu ma' timijiet bħalma huma Arsenal, Chelsea, Manchester City, kif ukoll Manchester United, li għalkemm kellhom bidu xi ftit kajman fil-kampjonat, xorta waħda se jkunu ma' ta' fuq f'Mejju li ġej. Li hu żgur hu li jekk kemm-il darba Liverpool iridu jiġġieldu bis-serjetà sabiex jirbħu l-kampjonat, il-maniġer Brendan Rodgers irid jagħmel akkwisti ġodda fis-suq ta' trasferimenti f'Jannar. Waħda mill-aktar żoni li Rodgers irid jagħfas fuqha hija l-attakk. Sallum jidher li m'hemmx daqstant problemi, għax meta fil-bidu tal-istaġun Suarez kien sospiż wara l-gidma-ġennata fuq Ivanovic ta' Chelsea fl-istaġun ta' qabel, Daniel Sturridge ħadlu postu u mhux l-ewwel darba li l-gowls tiegħu taw rebħa lir-Reds. Meta Suarez daħal lura fit-tim, it-tandem bejnu u bejn Sturridge kien wieħed li jwerwer lil kull difiża, tant li kien hemm opinjonisti li bdew jgħidu li kien l-aqwa attakk li kien hemm filPremiership fil-mument. U meta Sturridge weġġa', Suarez donnu li laħaq l-aħjar forma tiegħu, bil-gowls jibdew jaslu wieħed wara l-ieħor, kultant skurjati bi klassi liema bħalha u kultant skurjati għall-gost. Skurjati kif inhuma skurjati, kollu jgħoddu u sal-kitba ta' dan l-artiklu Suarez kien diġà tefa' l-ballun fix-xibka avversarja 19-il darba. Imma jekk kemmil darba Suarez iweġġa' jew ikun sospiż Liverpool pjuttost m'għandhomx attakkant ta' stoffa fuq min iduru u jekk ma tiskurjax huwa impossibbli li tirbaħ fil-logħba tal-futbol. Dipartiment ieħor li Rodgers għandu bżonn isaħħaħ f'Jannar huwa nofs il-grawnd speċjalment meta wieħed iqis li l-aqwa ta' Steven Gerrard donnu għadda u ċ-ċans li jweġġa' qiegħed jiżdied dejjem aktar. L-akkwist ta' Victor Moses b'self donnu mhux iħalli l-effett mixtieq tant li aktar qed jispiċċa jsaħħan il-bank milli jilgħab fil-grawnd u probabbli Rodgers se jkun qiegħed iħares lejn plejer laterali matul is-suq tat-trasferimenti. Fid-difiża jidher li hemm il-plejers adattati imma l-maniġer donnu għadu jrid isib is-sinsla tal-aħjar difensuri f'ċirkustanzi differenti għax mhux l-ewwel darba li Liverpool sofrew gowls pjuttost minħabba nuqqas ta' attenzjoni fid-difiża. Jekk f'Mejju li ġej Liverpool ma jgħollux it-tazza talKampjonat Barclays Premier, żgur mhux se tkun spiċċat id-dinja! Jekk jiġu mal-ewwel erbgħa, ukoll se jkun pass kbir fid-direzzjoni t-tajba wara l-istaġun li għadda. Żgur imma li fil-preżent ma tagħti l-ebda tort lill-partitarji ta' Liverpool li jħossuhom ottimisti, li jħossu li dik l-istennija forsi se tasal fi tmiemha, li dak id-19-il kampjonat tant mistenni jasal matul dan l-istaġun f'Anfield. B'aktar logħob sabiħ kif qed jilagħbu, bi ftit fortuna u bi ftit għajnuna mit-timijiet l-oħra, min jaf, forsi f'Mejju, fil-mużew ta' Anfield Stadium tiżdied tazza li ilha mistennija xejn inqas minn 24 sena! IL-KOWĊ ta' Barcelona, Gerardo Martino, ċaħad xnigħat u spekulazzjonijiet li dehru fil-mezzi taxxandir f 'dawn l-aħħar ġimgħat rigward rapport li ssuġġerrixxa li l-captain Spanjol, Carles Puyol, kien qed jikkunsidra li jirtira fl-aħħar ta' dan l-istaġun minħabba serje ta' injuries. Il-gazzetta Spanjola ta' kuljum Mundo Deportivo matul din il-ġimgħa qalet li Puyol kien qal lil diversi plejers sħabu li hu seta' jtemm il-karriera tiegħu sentejn qabel jintemm il-kuntratt tiegħu fl-2016 jekk kien se jibqa' jaffronta problemi f 'irkopptu l-leminija. Id-difensur ċentrali ta' 35 sena li ilu jilgħab ma' Barcelona sa minn meta ngħaqad mal-akkademja tagħhom 20 sena ilu u huwa ferm popolari mal-partitarji tat-tim Katalan, ilu barra mil-logħob għal dawn l-aħħar 18-il xahar minħabba li sofra ksur fl-għadma ta' geddumu kif ukoll f 'minkbu. F'kummenti li għadda lill-mezzi tax-xandir f 'dawn l-aħħar jiem, il-kowċ Arġentin ta' Barcelona saħaq li l-unika ħaġa li għandu xi jgħid rigward dan kollu hija li Puyol ma kienx tkellem miegħu rigward din il-possibbiltà li jirtira matul dan l-istaġun. Huwa kompla li l-plejer Spanjol qed jitħarreġ b'mod normali u qed jagħmel millaħjar li jista' biex jirritorna flogħla livelli tal-logħob tiegħu. Martino afferma li huwa jaf li Puyol qatt ma qal li kien qed jippjana biex jirtira u għalhekk ma kienx hemm għalfejn li joħroġ fil-pubbliku u jiċħad l-ispekulazzjonijiet li dehru fil-mezzi tax-xandir.