Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/234243
SPORTSillum 32 illum Il-Ħadd 29 ta' Diċembru 2013 Jasal Malta u dlonk jirbaħ żewġ unuri M'HEMMX dubju li fost l-iktar plejers li qed jiksbu suċċess liema bħalu filbaskitbol lokali, insibu lillplejer Amerikan Derek Elston li jilgħab maċ-champions Floriana Royce. Minn mindu ngħaqad ma' Floriana fis-sajf li għadda huwa rebaħ żewġ unuri konsekuttivi tal-You Shop We Ship Plejer tax-Xahar hekk kif rebaħ l-unur tal-plejer tax-xahar ta' Ottubru u ta' Novembru. L-unur ta' Ottubru kien l-ewwel wieħed għal Elston wara li għamel id-debutt tiegħu f 'pajjiżna fejn ħalla impatt ferm pożittiv. Ix-xahar ta' Ottubru kien wieħed pożittiv għall-Floriana speċjalment fil-logħob tax-Shield. Elston ikkontribwixxa għal dawn il-wirjiet meta skorja 72 punt biex spiċċa t-tieni l-aħjar skorer tal-irġiel f 'Ottubru fejn kellu wkoll sitt three pointers. Matul dan ix-xahar huwa kellu medja ta' 14.75 rebound kull logħba, 2.50 steals u 2.00 assists. U f 'Novembru, Derek Elston kiseb it-tieni suċċess personali konsekuttiv biex permezz ta' dan l-unur li rebaħ il-plejer Amerikan matul dan ix-xahar, issa huma erba' xhur konsekuttivi li dan l-unur intrebaħ minn plejer Furjaniż. F'Novembru, Floriana bdew jiddefendu t-titlu ta' champions u waslu wkoll sal-finali tax-Shield. Elston ikkontribwixxa għal dawn il-wirjiet meta skorja 124 punt biex spiċċa l-aħjar skorer tal-irġiel f 'Novembru fejn kellhu wkoll 4 three pointers. Huwa għandu wkoll medja ta' 13.75 rebound kull logħba, 3.00 steals u 2.50 assists. Dan il-ġurnal tkellem ma' Derek Elston innifsu fejn talbu jgħaddi l-kummenti tiegħu rigward il-livell tal-baskitbol f 'pajjiżna u x'differenzi ewlenin jara mil-livell tal-baskitbol li kien jilgħab f 'pajjiżu, l-Istati Uniti. Huwa saħaq li l-livell tal-baskitbol f 'Malta huwa differenti minn dak fl-Istati Uniti. Fil-kulleġġ fl-Istati Uniti jekk plejer ikun ikbar flistatura u iktar b'saħħtu minn kulħadd, allura huwa jkun l-aħjar plejer. Huwa afferma li f 'Malta, il-plejer għandu joħloq ix-xutt tiegħu u jrid jixxuttja iktar hekk kif huwa jara timijiet doppji u anki tripli. Elston afferma li waqt illogħob f 'pajjiżna jrid jara minn fejn u kif se jixxuttja, li huwa rwol kompletament differenti minn dak li kien jilgħab fih, fl-Istati Uniti. Martin Ferry jippreżenta l-unur tal-'You Shop We Ship' Player tax-xahar talewwel diviżjoni għal Novembru lil Derek Elston "Id-deċiżjoni li niġi Loughborough Il-MWA tagħlaq is-sena bil-pr biddlitni" – Tina De Martino TINA De Martino – plejer talbasketball femminili li ftit tażżmien ilu ħalliet pajjiżna biex tmur l-Ingilterra eżattament f'Loughborough biex tinkiteb f'kors li jispeċjalizza fix-xjenza tal-isport li ma kienx offrut fl-Università tà Malta, waqt li tkompli bil-karriera tagħha fil-basketball. Dan il-ġurnal għamel kuntatt ma' De Martino fl-Ingilterra fejn tlabniha tagħtina rendikont dettaljat ta' x'qed tinkorpora din l-esperjenza unika tagħha fl-Ingilterra. "Id-deċiżjoni li niġi Loughborough kienet ibbażata fuq il-fatt li l-Università hija magħrufa għas-suċċessi tagħha fl-isport u għaldaqstant inħossni fortunata li kelli l-opportunità li nistudja f'din li hi meqjusa bħala l-aħjar Università għall-istudji fl-isport fir-Renju Unit. Fil-fatt, l-Università ta' Loughborough rebħet it-titlu tal-Università tas-sena għall-isport tal-Good University Guide 2014 li jiġi ppubblikat minn The Times. Rebħet ukoll l-unur mogħti mill-BUCS ('British University and College Sport') ta' 'Overall Champions'. Dan it-titlu ntrebaħ għat-32 sena konsekuttiva. Il-kampus ta' din l-Università għandu l-akbar kollezzjoni talaqwa u l-aħjar faċilitajiet għallisport – l-aħjar f'dan il-pajjiż. Dawn jagħtu lilna l-istudenti u atleti l-aħjar opportunitajiet biex niżvolġu l-preparazzjoni tagħna fid-dixxiplini diversi possibbli. L-ebda università oħra ma kienet magħżula biex tkun is-sit fejn it-tim Olimpiku nazzjonali Ingliz kien jitħarreġ għal-logħob Olimpiku tal-2012. Inħossni kburija li jiena nattendi din l-università ta' prestiġju Tina De Martino ġġorr il-bandiera Maltija b'suċċess f'Loughborough, l-Ingilterra mhux biss minħabba it-taħriġ diviżjoni. Din l-opportunità t'eċċellenża li taf toffri imma ġiet meta r-Riders iddeċidew anki għax kelli l-opportunità li jissieħbu mal-kulleġġi u li nikkompeti għat-tim tall-universitajiet biex isibu plejers basketball fil-Kampjonat talġodda. Li tkun parti minn tim BUCS. Din l-organizzazzjoni hi bħal tar-Riders huwa unur l-awtorità li tiggverna l-isport kbir, imma anki jġib miegħu fl-edukazzjoni ogħla fl-Ingilterra dmirijiet bħal pereżempju taħriġ u timijiet minn universitajiet kuljum u anki taħriġ intensiv ta' minn madwar ir-Renju Unit Pre-Season f'Settembru. It-tim kollu jieħdu sehem. Il-logħob joffri ħafna appoġġ għall-plejers, tal-BUCS tal-basketball anki permezz tas-servizzi ta' jintlagħbu tradizzjonalment nutrizzjonista, psikologu u anki kull nhar ta' Erbgħa. It-timijiet kowċ apposta għal 'strength jitqassmu fi gruppi ta' sitta biex and conditioning training'. jikkompetu flimkien. Qatt ma Mar-Riders kelli l-opportunità li jien ser ninsa meta rbaħna nżur lokalitajiet u universitajiet l-logħbiet kollha ta' dan ildiversi madwar ir-Renju Unit. kampjonat is-sena li għaddiet. Kull logħba "away" tatni gost u Din kienet l-ewwel sena tiegħi ħafna esperjenzi imprezzabbli. hawnhekk fl-Ingilterra. Permezz Id-deċiżjoni li niġi ta' din ir-rebħa tlajna fl-League Loughborough biddlitni kemm ogħla (Midlands IA). bħala persuna u wisq aktar Minbarra li lgħabt fit-tim talbħala atleta. Din l-Università Università fil-League tal-BUCS, tispirak u ġġiegħlek tistinka biex jiena parti mit-tim tar-Riders twettaq dak li għan li bdejt bih. fil-League tal-EBL ('English Hawnhekk se nwettaq il-ħolma Basketball League') tat-tieni tiegħi." FIL-JIEM li għaddew, l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Weightlifting, il-MWA għalqet sena oħra ta' suċċess bis-Serata Annwali talPremjazzjonijiet ġewwa l-Kumpless Sportiv talKottonera. Waqt din is-serata, ġew imqassma l-premjijiet li l-atleti kisbu waqt ilKampjonati Nazzjonali li saru aktar kmieni din is-sena. Iżda l-qofol tas-serata ntlaħaq meta d-Direttur tal-Isport fi ħdan il-Kumitat Olimpiku Malti, is-Sur Mario Micallef, ippreżenta l-aktar premjijiet prestiġjużi lil dawk l-atleti li laħqu orizzonti ġodda filweightlifting matul l-aħħar sena. Uħud minn dawn il-premjijiet kienu l-'Most Promising Athlete' mirbuħ minn Martin Pisani, il-'Most Improved Newcomer' li ġie mirbuħ minn Eleanor Cumbo u Matthew Grech Marmara, il-'Most Improved Award' mirbuħ minn Ryan Agius u Jessica Ghigo, 'Most Achievement Award' mirbuħ minn Malcolm Camilleri u Nicole Gatt u fl-aħħar iżda mhux l-inqas, il-'Commitment Award' mirbuħ minn Kieran Mifsud u Owen Bugeja. Barra min hekk, l-Assoċjazzjoni ppreżentat unur speċjali lil tliet uffiċjali tekniċi nisa ġodda li naqqxu isimhom fl-istorja talweightlifting Malti fejn għall-ewwel darba din is-sena pparteċipaw f`kompetizzjoni internazzjonali, għalhekk Gayle Caruana, Ramona Borg u Rodienne Balzan ġew ippreżentati b'unur speċjali għall-impenn tagħhom. Fit-tmiem talpremjazzjonijiet ma setax jonqos li Jesmond Caruana, President tal-Għaqda, jagħmel kelmtejn ta' ringrazzjament waqt li ħeġġeġ lill-atleti u l-kowċis kollha biex ikomplu Mario Micallef jippreżenta il-'Most Improved Award' tan-Nisa lil Jessica Ghigo