Illum previous editions

illum 29 December 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/234243

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

SPORTSillum Il-Ħadd 29 ta' Diċembru 2013 | illum 33 L-ebda problema għal Mourinho fuq il-kuntratti ta' Lampard, Terry u Cole IL-KOWĊ ta' Chelsea, l-Ispecial One, Josè Mourinho xejn mhuwa nkwetat li t-tliet stilel talklabb John Terry, Frank Lampard u Ashely Cole qegħdin jersqu lejn tmiem ilkuntratt tagħhom mal-Blues fi tmiem dan l-istaġun. Niftakru li dawn it-tliet plejers internazzjonali Ingliżi kienu fundamentali fl-unuri li rebħu Chelsea fl-ewwel esperjenza ta' Mourinho ma' dan il-klabb minn Londra bejn l-2004 u l-2007. Għalkemm dawn il-plejers għad iridu jilħqu ftehim ġdid rigward ilkuntratt tagħhom mal-klabb, Mourinho saħaq li dan kollu remjazzjonijiet jagħmlu l-almu tagħhom biex flimkien ikomplu jtejbu l-livell ta' dan l-isport f'Malta. Tul din is-sena, din l-għaqda rat il-parteċipazzjoni ta' 56 atleta minn kull qasam - 24 minnhom atleti femminili. Barra minn hekk, l-assoċjazzjoni kellha żieda ta' 35 atleta attiv. Dawn l-atleti kellhom l-opportunità li jipparteċipaw f'seba' kompetizzjonijiet u erba' esebizzjonijiet organizzati mill-MWA. Madankollu, l-aħjar 15-il atleta Maltin kellhom ukoll l-opportunità li jirrappreżentaw lil gżiritna f'14-il kompetizzjoni internazzjonali u x'uħud minnhom saħansitra pparteċipaw f'sitt kompetizzjonijiet diversi. Għaldaqstant ma jistgħux jonqsu s-suċċessi li saru fix-xena internazzjonali bħall-midalja tal-Fidda fil-Kampjonat tal-Pajjiżi ż-Żgħar, il-Midalja talBronż fil-Kampjonati Youth tal-Commonwealth u l-kwalifikazzjonijiet fil-logħob tal-Mediterran u dawk tal-'Universiade'. Tajjeb ukoll li nsemmu li din is-sena nkisru 89 rekord nazzjonali, 24 minnhom f'kompetizzjonijiet internazzjonali. Madankollu, dawn ir-riżultati ma setgħux ikunu possibbli mingħajr l-impenn tal-President talMWA, Jesmond Caruana, kif ukoll l-għajnuna kbira tal-Kumitat Olimpiku Malti (MOC), il-Kunsill Malti għall-iSport (KMS) u istituzzjonijiet internazzjonali oħra li dejjem għenu u emmnu f'din l-Għaqda. se jkun ittrattat fiż-żmien li ġej. F'kummenti li għadda lillmezzi tax-xandir, Mourinho kompla li din hija sitwazzjoni li ma tinkwetax la lilu, la lillklabb u skond il-fehma tiegħu anqas lill-plejers. Huwa afferma li ma jeżisti l-ebda dubju rigward ixxewqa ta' dawn it-tliet plejers li jibqgħu jilagħbu ma' dan il-klabb waqt li Chelsea jridu li dawn il-plejers iħossuhom liberi biex jesprimu u jkunu kuntenti jilagħbu l-aħħar snin tal-karriera tagħhom ma' Cheslea. Mourinho stqarr li kollox jinsab kalm ħafna u fi tmiem l-istaġun u probabilment anki qabel, il-klabb se jkun qed jiltaqa' ma' dawn l-imsemmija plejers u jpoġġi l-offerta tagħhom għalihom fuq il-mejda. Il-captain ta' Cheslea, John Terry li għandu 33 sena kif ukoll il-plejer ta' nofs ilgrawnd offensiv Lampard li Mourinho mhux inkwetat rigward il-kuntratti ta' Terry, Lampard u Cole llum jgħodd il-35 sena kienu żewġ plejers integrali minn meta Mourinho rritorna ma' Chelsea mingħand Real Madrid f 'Ġunju li għadda iżda d-difensur ta' 32 sena Ashley Cole ma tantx qed ikun fl-azzjoni mal-Blues f 'dawn l-aħħar ġimgħat hekk kif qed jeħodlu postu l-plejer Cesar Azpilicueta. Fl-istaġun li għadda, Lampard sar l-aqwa skorer ta' kull żmien għal Chelsea, iżda Mourinho afferma li l-istess plejer internazzjonali Ingliż kien viċin li jingħaqad mal-klabb Amerikan li miegħu kien jilgħab David Beckham, LA Galaxy qabel ma fil-fatt iffirma estensjoni ta' sena kuntratt ma' Chelsea. Mourinho qal li probabilment l-affarijiet għal Chelsea rigward Terry u Lampard kienu iktar ikkumplikati milli huma matul dan l-istaġun. U dan minħabba li Terry ma kienx qed jilgħab, Lampard kien kważi se jiffirma kuntratt ma' LA Galaxy u ma kienx qed iħossu importanti fit-tim. B'kuntrast ma' dan Mourinho saħaq li f 'dan il-mument issitwazzjoni hija ferm differenti u ħafna iktar ċara, hekk kif Lampard, Terry u Cole għandhom fiduċja fil-klabb u l-klabb għandu fiduċja fihom. L-Ispecial One kkonkluda li m'għandux dubju li se tkun qed tittieħed l-aħjar deċiżjoni mingħajr kunflitti kemm għal Chelsea kif ukoll għal dawn it-tliet plejers. Barra minn hekk f 'aħbar oħra relatata ma' Chelsea, jidher li Mourinho jixtieq li fix-xhur li ġejjin jakkwista liż-żewġ plejers ta' Inter, Guarin u Rannocchia. L-ASMK tiġbor €2,406 b'risq l-Istrina NHAR il-Ħadd 22 ta Diċembru l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi organizzat l-attività speċjali annwali b'risq ilMalta Community Chest Fund li llum hija msejħa l-Istrina. Din hija l-20 edizzjoni għall-Għaqda li qed torganizza din l-attività ta' Motorsport bilKarozzi Autocross, Muturi Motocross u Demolition Derby. Il-ġurnata bdiet bit-tiġrijiet mis-Sezzjoni Autocross fejn b'kollox ħadu sehem 33 karozza bejn sewwieq Maltin u Għawdxin. Ħarsa lejn il-ġurnata fejn fis-sezzjoni sewwieqa Maltin rajna kompetizzjoni qawwija minn Chrsitian Galea fuq Fiat Ritmo li rnexxielu jirbaħ ilHeats kollha tal-ġurnata b'27 punt. Dan kien segwit minn ħames sewwieqa kollha b'24 punt li kienu Vince Farrugia fuq VW Polo, Matthew Borg u Philip Vella t-tnejn fuq Vauxhall Nova, Malcolm Borg fuq Opel Corsa u Melo Zammit fuq Ford Escort. Dawn is-sewwieqa kollha jieħdu posthom fuq l-iStart Line tal-finali Klassi A. Għall-finali Klassi B ikkwalifikaw Josef Abela fuq Vauxhall Nova, Kurt Sammut fuq Ford KA, Lennie Cortis fuq Fiat Uno, Gordon Johnson fuq Peugeot 205, Andrew Pisani fuq Vauxhall Nova u Josef Grech fuq Ford Fiesta. Minħabba li kien sar il-ħin biex tibda d-demolition iż-żewġ finali Autocross ġew posposti għal data oħra li mistennija titħabbar fil-mezzi tax-xandir aktar tard. Fil-Klassi tas-sewwieqa Għawdxin rajna lil Domenic Zammit fuq Alfa Sud jagħmel ħruġ tajjeb segwit minn Marvin Grima fuq Opel Corsa u Joseph Agius fuq Ford Fiesta. Grima malewwel beda jagħmel pressjoni fuq Zammit tant li fit-tielet dawra Grima rnexxielu jissupera lil Zammit. Tul din it-tiġrija ġie ammonit Agius fuq azzjoni anti-sportiva. Ir-riżultat finali ra lil Grima rebbieħ segwit minn Zammit u Agius rispettivament. Il-ġurnata kienet impenjattiva wkoll b'numru kbir ta' 20 mutur li ħadu sehem maqsuma fi tliet klassijiet: il-Motocross Open Race, Enduro Cross u Vintage/Junior. FilKlassi Vintage / Juniors rajna lil Kyle Camilleri fuq Suzuki RM 85cc li ddomina l-ġurnata u rebaħ din il-klassi segwit minn żewġ sewwieqa Għawdxin Etienne Bigeni fuq Honda CR85cc li spiċċa l-ġurnata fit-tieni post u fittielet post spiċċa Joseph Hili fuq Honda CR85cc. Fil-Klassi Motocross Open iddomina ċ-champion Clayton Camilleri fuq KTM SFX 250cc li rnexxielu jirbaħ il-heats kollha tal-ġurnata biex b'hekk kien iddikjarat rebbieħ tal-klassi. Dan kien segwit mill-aħwa Muscat. Fit-tieni post spiċċa Paul fuq KTM SXF 250cc u fit-tielet post spiċċa Trevor Muscat fuq Honda CRF 250cc. Fil-Klassi Enduro Cross rajna lil Edward Ciantar fuq KTM EXC 300cc jiddomina l-ġurnata bir-rebħ tiegħu fit-tliet heats tal-ġurnata u b'hekk ġie ddikjarat rebbieħ tal-ġurnata segwit minn Matthew Gauci fuq KTM EXC 300cc li spiċċa fit-tieni post. Andrew Cassar fuq KTM EXC-F 520cc għalaq il-ġurnata fit-tielet post. Għal ħabta tal-4pm kien wasal il-ħin biex tibda d-Demolition bit-titlu: 'Inħabbtuhom għall-Istrina'. Fl-edizzjoni ta' din is-sena rreġistraw 18-il karozza. Din is-sena folla numeruża attendiet biex tara din ilfamuża Demolition Derby li bis-saħħa ta' din u l-bqija tal-programm ta' matul il-ġurnata, l-Għaqda ġabret €2406 li marru kollha għall-fond tal-Istrina. Mattluq ta' din id-Demolition kellna diversi azzjonijiet ta' spettaklu u spikkaw numru ta' ħabtiet li mhux imdorrijin naraw fil-ħajja ta' kuljum. Għall-edizzjoni ta' din issena Larkin Butler b'karozza fuq Hunter irnexxielu jirbaħ id-Demolition li damet sejra 33 minuta. L-Assoċjazzjoni tistqarr li minkejja li ġie ppremjat Leo Butler fuq BMW, fit-tieni pożizzjoni ġie nnutat minn diversi filmati li għandha l-Assoċjazzjoni li kien hemm ksur ta' regolamenti u għaldaqstant mistennija tittieħed deċiżjoni ulterjuri fuq din il-pożizzjoni fil-jiem li ġejjin fejn dan jista' jwassal għall-bidla fir-riżultat finali. L-Attivitajiet tal-ASMK f 'Ta' Qali jirritornaw nhar il-Ħadd 12 ta' Jannar 2014 bis-sitt attività tal-Kampjonat ASMK Pasta Poiatti. Aktar informazzjoni tinsab fis-sit elettroniku www.asmk.org.mt

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 December 2013