Illum previous editions

illum 29 December 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/234243

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 35

SPORTSillum Karriera ta' suċċess 34 illum | Il-Ħadd 29 ta' Diċembru 2013 CRISTIAN ANTONY MUSCAT John Soler – il-plejer ta' suċċess liema bħalu fil-waterpolo. Dejjem lagħab ma' Sliema u stabilixxa lilu nnifsu bħala wieħed mill-aqwa plejers ta' kull żmien fil-waterpolo lokali. L-unuri li rebaħ kemm personali kif ukoll ma' Sliema u mat-tim nazzjonali tal-waterpolo jitkellmu waħedhom. Kif nibtet l-imħabba tiegħek lejn il-waterpolo? Missieri kien jilgħab kemm ma' Sliema kif ukoll ma' Malta. X'unuri prinċipali rbaħt fil-karriera tiegħek kemm personali fosthom ilPlejer tas-Sena kif ukoll ma' Sliema? Tmien kampjonati, 5 knockouts, midalja tal-bronż fil-Kampjonati Ewropej B mat-tim nazzjonali, waqt li kont parti mit-tim tas-sena ma' Sliema u rbaħt 3 darbiet il-Plejer tas-Sena. M'hemmx dubju li int fost l-aqwa plejers li pproduċa l-waterpolo lokali f 'dawn l-aħħar snin jekk mhux ta' kull żmien. X'inhuwa s-sigriet għal dan is-suċċess kbir li ksibt fil-karriera tiegħek ma' Sliema kif ukoll mat-tim nazzjonali? Xogħol iebes u dedikazzjoni totali. L-isport għandu jkun parti essenzjali mill-ħajja. X'sagrifiċċji u impenji partikolari jinvolvi l-fatt li tkun plejer professjonali tal-waterpolo? Il-ħajja tiegħek għandha ddur madwar l-isport li tkun tipprattika fejn tkun trid tiċċaħħad minn ħafna attivitajiet soċjali u vaganzi. L-aħħar unur tal-Plejer tasSena li rbaħt kien propju tliet snin ilu. Hawnhekk qamet xi ftit tal-kontroversja meta kien hemm xi segwaċi tal-waterpolo li kienu tal-fehma li ma kienx jimmeritak li int tirbaħ dan l-unur fosthom minħabba li Sliema f 'dik is-sena ma kinux rebħu l-kampjonat, bilkampjonat finalment intrebaħ mirrivali Neptunes. Kif tirribatti dawn il-kummenti li kienu saru minn ċerti persuni f 'dak iż-żmien partikolari? Kien hemm xi plejers oħra li rebħu dan l-unur mingħajr ma rebħu l-kampjonat. Matul dak l-istaġun kont influenti fil-fatt li għent lil Sliema jaslu sal-finali waqt li kelli staġun tajjeb mat-tim nazzjonali. Induru għall-istaġun li għadda fejn m'hemmx dubju li bħala Sliema kellkom staġun ferm diżappuntanti. Kien hemm stennija kbira li stajtu tisfidaw bis-sħiħ għar-rebħ talkampjonat hekk kif propju kontu qed tiċċelebraw il-100 sena anniversarju mit-twaqqif tal-klabb, waqt li ngaġġajtu żewġ plejers ta' klassi mondjali fosthom l-Ungeriż Gergely Kiss u l-Kroat Samir Barac. Però "Jien ma rtirajtx minn mat-tim nazzjonali. Ġiet maħluqa sitwazzjoni li jien ħassejt li ma stajtx inkompli nagħmel parti minnha." inqtajtu mit-taqtiegħa għar-rebħ talkampjonat mill-bidu tiegħu? X'mar ħażin għal Sliema fl-aħħar staġun? U temmen li dan kien l-agħar staġun għal Sliema minn kemm ilek tilgħab int? Sfortunatament għal Sliema l-affarijiet ma marrux skont kif ippjanajna u konna barra mit-tiġrija għar-rebħ tal-kampjonat sa minn kmieni. Possibbilment l-aħħar staġun kien wieħed mill-iktar staġuni diżappuntanti li lgħabt fih. Tħoss li bħala tim ġejtu affetwati b'xi mod mir-riżenja ta' Afric minn kowċ fil-bidu tal-istaġun li eventwalment ingħaqad ma' San Ġiljan, biex finalment ħadu t-tmexxija tat-tim, Peter Decesare u Paul Privitera? It-tluq ta' Sergio Afric kien minħabba l-wirjiet ħżiena tagħna, u taħt il-gwida ta' Peter Decesare u Paul Privitera rnexxielna nirbħu n-knockout. Iżda, finalment kif għidt int irnexxielkom tirbħu t-tieni l-ogħla unur li joffri l-waterpolo lokali meta rbaħtu n-knockout wara finali drammatika kontra Neptunes li ntemmet bl-għoti tal-penalties. X'fisser għalik personali u għalikom bħala tim dan l-unur prestiġjuż? Għal Sliema li tirbaħ in-'knockout' mhuwiex ta' konsolazzjoni għal li titlef il-kampjonat, iżda tal-inqas irbaħna t-tieni l-iktar tazza importanti filwaterpolo lokali. Qatt kont temmen li San Ġiljan setgħu tabilħaqq jaslu fejn waslu flaħħar staġun? Iva. Taħseb li Jerome Gabaretta għad ikun il-John Soler il-ġdid għal Sliema fil-futur? Iż-żmien għad itina parir! Minn mindu bdejt tilgħab int, x'tibdil rajt fil-waterpolo lokali? Illivell żdied jew naqas? Il-livell tjieb grazzi għall-kowċis barranin tajbin u l-preżenza ta' plejers barranin tal-ogħla livell. Induru għat-tim nazzjonali fejn fl-aħħar xhur irtirajt mill-istess tim. Ikolli ngħid li plejer tal-kalibru tiegħek kien għad fadallu ħafna x'jagħti lit-tim nazzjonali talwaterpolo. Għaliex irtirajt? Jien ma rtirajtx minn mat-tim nazzjonali. Ġiet maħluqa sitwazzjoni li jien ħassejt li ma stajtx inkompli nagħmel parti minnha. Din issitwazzjoni definittivament setgħet tiġi evitata. M'hemmx dubju li f 'April li għadda għalkemm it-tim nazzjonali kiseb suċċess liema bħalu fid-Danimarka, l-istess tim ħass in-nuqqas tiegħek. Għaliex ma kontx inkluż f 'dan it-tim nazzjonali? Ma naqbilx miegħek. FidDanimarka tlifna punti kontra timijiet li huma inqas b'saħħithom minna. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-waterpolo? Nimxu sena b'sena minħabba "Jien dejjem disponibbli għattim nazzjonali, imma nippretendi li niġi ttrattat birrispett li ħaqqni wara dawn is-snin twal ta' servizz." l-familja u impenji ta' xogħol. Għad naraw lil John Soler kowċ ta xi age group min-nursery tasSliema jew saħansitra tat-tim tal-kbar fil-futur? Jew min jaf forsi kowċ tat-tim nazzjonali? Tikkunsidra dawn il-possibbiltajiet fil-karriera tiegħek fil-waterpolo? Ikun sabiħ li ngħaddi lill-oħrajn dak li tgħallimt fil-waterpolo, iżda ma ngħidx x'għad iseħħ fil-futur! X'kienet ir-relazzjoni mal-plejers sħabek kemm domt timmilita fittim nazzjonali? Tajba ħafna – waħda ta' rispett reċiproku! U dik ma' Karl Izzo? Qatt ma ngħatajt iċ-ċans li nilgħab taħtu bħala kowċ. X'tikkummenta fuq l-ASA mmexxija mis-Sur Joe Caruana Curran? Ikun aħjar li fl-ASA ikun hemm iktar nies li jifhmu iktar fil-logħba tal-waterpolo. Taħseb li hemm bżonn li jinbena 'indoor pool' f 'Malta? Iva Għandek nostalġija tat-tim nazzjonali? Jien dejjem disponibbli għat-tim nazzjonali, imma nippretendi li niġi ttrattat bir-rispett li ħaqqni wara dawn is-snin twal ta' servizz. X'tikkummenta fuq l-aħħar wirjiet u riżultati tat-tim nazzjonali inklużi dawk miksuba fidDanimarka f 'April kif ukoll dawk miksuba ftit tal-ġimgħat ilu filPortugall? Sfortunatament ma morniex aħjar bħala tim nazzjonali fl-aħħar logħbiet li dan it-tim kien impenjat fihom! Qed inbatu biex nirbħu ma' timijiet li fil-passat konna nirbħulhom faċilment u waqajna lura fir-rankings. Għaddi messaġġ lejn dawk it-tfal u / jew żgħażagħ li jixtiequ jagħmlu karriera fil-waterpolo kemm f 'pajjiżna u min jaf forsi anki barra minn Malta. Tħarrġu ħafna minħabba li huwa biss permezz ta' ħafna xogħol li tistgħu tabilħaqq tilħqu l-għanijiet tagħkom!

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 December 2013