Illum previous editions

illum 29 December 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/234243

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 35

10 illum | Il-Ħadd 29 ta' Diċembru 2013 fl-Air Malta għad hemm il-problemi. Allura ma nistax ngħid li jien kuntent bilħidma ta' Peter Davies. Helena Dalli, 30 ta' Ġunju Dwar id-drittijiet ċivili u l-każ tat-Transgender Joanne Cassar Joanne Cassar tirrappreżenta lil dawk kollha li għaddew minn tbatija għas-sempliċi raġuni li huma dak li huma. Isimha jfakkarni fi gvern li żammna lura fil-qasam tallibertajiet ċivili għal ħafna snin; gvern li kien maqtugħ mir-realtajiet li jgħixu n-nies ta' kuljum. Arnold Cassola, 7 ta' Lulju Dwar id-deċiżjoni li jerġa' jieħu t-tmexxija talAlternattiva Demokratika f 'idejh La ma kkontesta ħadd, xi ħadd kellu jieħu r-responsabbiltà, almenu bħala pont bejn ilpreżent u l-futur. Dak il-pass ħadtu jien. Marlene Farrugia, 28 ta' Lulju Dwar it-tneħħija ta' Norman Vella u l-programm tiegħu Il-Gvern għandu mandat b'saħħtu biex jgħaqqad dan il-pajjiż darba għal dejjem. Dan bl-ebda mod ma jfisser li inġustizzji kbar li saru fil-leġislaturi ta' qabel jiġu injorati, iżda jfisser li t-triq mhux li noħolqu aktar inġustizzji. Nindirizzaw l-inġustizzji b'mod li ma nweġġgħux aktar nies. Il-Mara tal-imnieħru, 28 ta' Lulju Mona Camilleri dwar kif ħuha qatlilha lir-raġel u littifel Wara li ħeles mir-raġel u mittifel, ried jeħles minni wkoll biex jgħid li aħna emigrajna. Ħija kien il-moħħ wara dan il-qtil għax lill-akkużat l-ieħor lanqas biss konna nafuh. Irraġel kien jaf li ħija ried jeħles minnha, u kien iwissi lit-tifel biex ma jafda lil ħadd. Joe Borg, 11 ta' Awwissu Dwar kif ir-relazzjoni tiegħu ma' Lawrence Gonzi ddeterjorat Meta niltaqgħu m'għadniex kif konna qabel. Forsi għax ir-responsabbiltà politika ħalliet l-effetti tagħha. Mażżmien timmatura u tixjieħ, u forsi ma tibqax l-istess anke wara li taffaċċja ċertu problemi tal-pajjiż. Ma jfissirx li sirna għedewwa, u meta niltaqgħu nitkellmu ftit. Iżda l-fervur ikun naqas. Marlene Mizzi, 1 ta' Settembru Wara li saret l-ewwel MEP mara Ifisser ħafna għalija u jfisser ukoll li għamilt l-istorja. Iżda jfisser ukoll li ftaħt il-bibien għal nisa oħra f 'din il-karriera. Ma nħossx li għandu jkun hemm sistemi preferenzjali biex aktar nisa jiġu eletti: għandi fiduċja fil-kapaċitajiet tagħhom mingħajr ebda mbuttar artifiċjali. Alfred Sant, 8 ta' Settembru Dwar kif iħares lejn l-Unjoni Ewropea u l-kandidatura tiegħu għal MEP Dejjem rajt l-UE bħala fattur pożittiv. Qist li l-Unjoni Ewropea tfisser kemm vantaġġi kif ukoll żvantaġġi. Fl-2003 kont tal-opinjoni li kien ħa jkollna aktar żvantaġġi milli vantaġġi. Nemmen li ż-żmien tani raġun, li l-aħjar triq għal Malta kienet li jkollna relazzjoni privileġġjata, partnership konna nsejħulu. Però issa l-mistoqsija m'għadhiex ta' favur jew kontra, iżda li tagħmel l-aħjar miċ-ċirkostanzi kif evolvew. Nathaniel Attard, 22 ta' Settembru Dwar kif il-problema finanzjarja tal-PN affetwat lill-ħaddiema Hu żmien iebes ħafna. Ilħaddiema fehmu s-sitwazzjoni u għamlu ħafna sagrifiċċji, kienu ftit dawk li telqu u qatt ma żammejna lil ħadd. Hu żmien ta' tensjoni wkoll għax ħadd ma jieħu pjaċir jara kollegi jitilqu jew jitkeċċew. Jason Azzopardi, 6 ta' Ottubru L-Awtorità ta' Malta dwar ir-Riżorsi (MRA) tixtieq tavża li l-iskema ta' Għoti fuq xiri ta' Sistemi Fotovoltaiċi fis-settur domestiku taħt il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, qed tiġi estiża sal-31 ta' Marzu 2014 Għal aktar informazzjoni, idħol fuq il websajt www.mra.org.mt Programmi Operattiv I-Politika ta' Koeżjoni 2007-2013 Ninvestu fil-Kompetittività għal Kwalitá tà Ħajja Aħjar Progett parzjalment kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea Fond Ewropew Għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) Rata ta' kofinanzjament: 85% Fondi UE; 15% Fondi Nazzjonali Ninvestu fil-futur tiegħek Dwar meta l-Oppożizzjoni ħarġet mill-Parlament wara ruling tal-iSpeaker Qbilt mija fil-mija li noħorġu, kien ġest ta' diżapprovazzjoni kontra s-sarima li għamel il-gvern ma' ħalq l-Oppożizzjoni aktar milli r-ruling innifsu. Ma kinitx over-reaction, kienet l-unika triq li fadal peress li ruling ma tistax tikkontestah dak il-ħin. Mark Montebello, 3 ta' Novembru Dwar kif il-Knisja lokali qed teqred lilha nfisha Kif inhuma sejrin l-affarijiet, il-Knisja se tibqa' miexja fil-mogħdija tal-estinzjoni. Qed teqred lilha nfisha u ma tafx kif għandha ddawwar il-korsa. L-Arċisqof Pawlu Cremona kien ġab miegħu ħafna tama li se jdawwar it-tmun iżda dan ma seħħx. Il-Knisja lokali trid tinża kull pretensjoni, tinsa l-privileġġi politiċi li kisbet u sservi flumiltà. Tonio Fenech, 17 ta' Novembru Dwar il-baġit 2014 Il-baġit se joħloq it-taxxi, iżid id-dejn u jinkludi miżuri li m'għandux flus għalihom. Fuq kollox, mhu ser jagħmel xejn dwar il-foqra ħlief li offrilhom White Paper u Green Paper. Kulħadd se jħallas għall-wegħdi li għamel Joseph Muscat. Reno Bugeja, 24 ta' Novembru Wara li nħatar kap talaħbarijiet ta' PBS Li toqgħod tgħid li qed inkun inġust mhux biżżejjed, trid tippruvah. Sal-lum qatt ma tlift każ quddiem l-Awtorità tax-Xandir. In-nies jgħidu ħafna affarijiet. Għandi l-fama li ma nħares lejn wiċċ ħadd u rrid niddefendiha. Marie-Louise Coleiro Preca, 1 ta' Diċembru Dwar l-adozzjoni ta' tfal wara l-introduzzjoni talunjoni ċivili Il-liġijiet diġà qegħdin hemm. L-unika differenza hi li llum ħa nkunu nafu minn qabel u li l-proċess ħa jkun aktar trasparenti, mhux qisu l-adozzjoni ta' koppji tal-istess sess qed isir b'mod klandestin. Li żgur mhux se jinbidel hu li d-drittijiet tat-tfal mhux se jintmessu. L-interess tagħhom se jibqa' jiġi l-ewwel.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 December 2013