Illum previous editions

illum 29 December 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/234243

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 35

12 illum | Il-Ħadd 29 ta' Diċembru 2013 Il-poodle Jekk tara xi ħaġa interessanti ibgħatuhieli. Jekk tara lil xi ħadd interessanti ibgħatli ritratt bilmobajl. Ibgħat lil poodle@mediatoday.com.mt Casa jitkaża Skużawni li kont assenti f 'dawn l-aħħar ġranet imma kont qed niġġerra barra u ma kellix moħħ il-politika. Ikolli ngħid li meta kont barra nieħu pjaċir iltqajt maddeputat parlamentari mill-Ewropa, is-sur David Casa. Ommi ma, ma kontx naf tafux. Iva, jiena jkolli nammetti li ħadt pjaċir li s-sur Casa kien qed jiddeverti kif għandu jkun. Ħadt ukoll l-opportunità li nistaqsih jekk kienx ser jiżżewweġ jew aħjar jintefa' f 'unjoni ċivili s-sena d-dieħla. U rrispondieni li ma kienx jaf fuq xiex qed nitkellem. Għax David mhux dak li qed naħseb jien! Itterter bil-bard Mela tafux kont qed naqsam it-triq hawn viċin l-uffiċċju tagħna meta lmaħt ir-reġina nfisha. Ħadt qatgħa. Aħħ, xi kruha. Bejnietna ma għaraftiex. Kienet qisha saħħara, ħaġa moħġaġa, kreatura minn dinja talvampiri, oġġett misterjuż, protozoa. Imma mbagħad ħarist lejn dak l-imnieħer kbir li għandha – qisu ta' Rudolfu the red-nosed reindeer u għidt, iva ħija 'that's the girl.' U kemm hi sports, issuq dik is-Suzuki antik, kulur aħmar, mikxuf qisha sejra xi safari tara lil sħabha x-xadini. Jaħasra ħassejt għaliha ssuq f 'dik il-kesħa… all alone. Miskina! Lino f 'dinja għalih Lino Farrugia ilu fil-federazzjoni tal-kaċċaturi kemm ili f 'din id-dinja. Qed jilmenta li hu minsi u mitluf. Qed jargumenta li l-kaċċaturi huma speċi rari u li għandhom bżonn l-għajnuna tagħna u tagħkom. Imsieken tafux. U trid tifhem li d-dritt li huma jaqbdu grillu u jisparaw għal dak kollu li jtir jew ma jtirx huwa dritt fundamentali talbniedem li ma jistax jitneħħa. Li hija raġuni oħra għalfejn għandna nargumentaw li Lino huwa persuna uniku u indispensabbli. Orrajt! George viċin Ġesù Kemm ħadt pjaċir nisma' li George Farrugia kien viċin Ġesù daqs kemm kien viċin Austin. Mela wieħed kien imur jadurah fil-knisja u l-ieħor fil-każini. Imma jidher li fil-każ ta' super Austin, George ma kienx jiftakar jekk kienx imur għax kumbinazzjoni jew inkella għax kien jibagħtu ħuh. George ovvjament qed jiġi meqjus bħal giddieb prim u ovvjament jekk ma ndunax hemm bżonn li xi ħadd li qed jilgħab bin-nar. Fenech of Henley Jekk ma kienx, kien viċin li jispiċċa konsulent ta' Henley, dik id-ditta barranija li kienet u għadha responsabbli mill-iskema taċ-ċittadini. Iva taċċittadini. Tant hu hekk li meta l-gvern tal-ġurnata kien qed jiddiskuti l-iskema taċ-ċittadinanza mal-Partit Nazzjonalista hu kien il-perċimess min-naħa tal-PN li beda jindika li kollox sew. Ħeqq, imbagħad ġara dak li ġara. Eħħ, Tonio, dejjem imqareb tafux! Premju tal-bass Jekk ma kienx, kien viċin li jispiċċa konsulent ta' Henley, dik id-ditta barranija li kienet u għadha responsabbli mill-iskema taċ-ċittadini. Iva taċċittadini. Tant hu hekk li meta l-gvern tal-ġurnata kien qed jiddiskuti l-iskema taċ-ċittadinanza mal-Partit Nazzjonalista hu kien il-perċimess min-naħa tal-PN li beda jindika li kollox sew. Ħeqq, imbagħad ġara dak li ġara. Eħħ, Tonio, dejjem imqareb tafux! Gladjat minn John Busuttil Il-konverżjoni talgħan-nies u mhux IL-PAJS mhu ħadd ħlief Kappuċċin li min imur ilquddiesa tiegħu f'San Ġwann se jinnotah bilfors. Jinnutah għas-sempliċità tiegħu, għal mod kif jipprietka bi djalett tas-Siġġiewi, jinnutah għal għerf sempliċi tiegħu, jinnutah għal altruwiżmu tiegħu. Għax Patri Karmenu Aquilina magħruf fis-Siġġiewi bħala l-Pajs ma jridx jaf bi glorji iżda li jagħti ħajtu għannies, għal min hu fil-bżonn u ċaħad il-JIEN. Sentejn u nofs ilu sar saċerdot wara 12-il sena ta' appostolat iżda qabel kien mekkanik għal rasu, għarus, għamel żmien qas bi Knisja ma ried jaf fejn id-dagħa kien parti mill-vokabolarju tiegħu. Meta tilef l-imħabba talgħarusa tiegħu kien mument li weġġgħu ħafna. Iżda dak li kien jaħseb li hi l-imħabba ta' ħajtu inbidel f'imħabba kbira lejn Alla u l-poplu tiegħu. Din hi l-istorja ta' dan l-eżempju ħaj ta' diversi qaddisin li tant qrajna dwarhom. FilPajs stajt nara fih lil Santu Wistin (li kellu ħajja frivola qabel beda jemmen), lil San Franġisk (sempliċi, umli li għex għal ħaddieħor) u anke l-konverżjoni ta' San Pawl (li b'raġġ ta' dawl sab id-dawl f'ħajtu u minn persuna bla skola sab l-għerf). Dan hu Patri Karmenu kif pinġejtu jien għax hu ma jħobbx ikun fil-'limelight' u aċċetta li jagħtini din l-intervista għax jemmen li biha stajt inwassal messaġġ ta' ġid u kuraġġ u mhux għal glorja tiegħu. Ftehmna li niltaqgħu filkunvent biswit il-parroċċa ta' San Ġwann. Kien hemm ħafna attività għaddejja fil-kunvent minħabba l-festi tal-Milied. Dħalna f'kamra b'mejda żgħira mdawra b'erba siġġijiet fejn bdejna nitkellmu ftit dwar ilħajja. Meta bdejt insemmilu xi patrijiet li jien naf mill-ewwel qalli, "Jien mhux patri tal-kleru, iżda patri li naħdem man-nies." Patri Karmenu Aquilina OFMCap hu mis-Siġġiewi. Għandu 46 sena. Magħruf bħala l-Pajs, qabel daħal patri kien jaħdem bħala mekkanik ta' gafef u inġenji kbar. Barra hekk għamel sitt snin għarus blengagement. Kien meta spiċċat din ir-relazzjoni ta' mħabba li rrealizza min kien eżatt. "Kienet telfa kbira għalija u ħassejt ħafna n-nuqqas tagħha. Iżda minn hemm irrealizzajt li ħajti kienet mibnija biss fuq il-JIEN. F'daqqa waħda reġa' nibet it-tagħlim ta' ċkuniti, li hemm xi ħadd akbar minni li għandu bżonni. Kont għamilt sitt snin qas biss ridt naf bi Knisja u lanqas kont nersaq 'l hemm." F'daqqa waħda ħajtu nbidlet mil-lejl għan-nhar. "Mort laqgħa ta' talb f'Ta' Kerċem, Għawdex u malli ftaħt il-bieb tal-knisja ħassejt il-preżenza t'Alla. Filwaqt li l-kant u t-talb affaxxinani." Karmenu li dak iż-żmien kellu 30 sena kien għadu joħroġ maleks maħbuba tiegħu 'on and off' (skont hu) meta ddeċieda li jagħti ħajtu għal Alla. Xejn ma kien intiż tal-Knisja tant li qas kien jaf x'inhuma l-Kappuċċini. Iżda l-istorja li rrakkuntali ta' kif għażel li jingħaqad f'din l-Ordni ħallietni bla kliem. "F'lejl minnhom f'Novembru kelli ħolma partikolari fejn kont qiegħed f'kuritur ma' diversi gruppi ta' nies. F'dan il-kuritur kien hemm taraġ b'żewġ bibien, wieħed fuq u l-ieħor isfel. Ġiet persuna li ma nafx min hu, talabni biex nagħżel bieb minnhom u jien għażilt il-bieb ta' fuq. U dan qalli biex nitlob lil Santa Kjara biex tinterċedi għalija. Il-misteru hu li jien ma kontx naf min hi din Santa Kjara. Minn dakinhar bdejt immur l-Għar tal-Madonna tad-Dumnikani r-Rabat u kont inqatta' ħafna ħin nitlob lil Santa Kjara u lil Madonna. "Kont qsamt il-ħsibijiet tiegħi ma' direttur spiritwali li ma ridnix nitkellem dwar ix-xewqa tiegħi li nsir patri u ħeġġiġni biss biex inkompli nitlob. Kont mort anke l-Art Imqaddsa iżda ġejt idi f'idi ma ħassejtnix imnebbaħ. Kif id-direttur spiritwali qalli li kien wasal iż-żmien li ngħid dak li qed inħoss jien mort fil-komunità tat-talb li kont nattendi regolari u lillmexxej tal-komunità għidtlu li nixtieq insir saċerdot. Dan baqa' ssummat għax fl-istess ġurnata dan kien se jkeċċini mill-komunità ma' grupp li kien keċċa għax ma kienx qed jaqbel magħhom. Tlabna flimkien u qalli biex niftaħ il-Bibbja u quddiemi tfaċċa Kap 16 San Mark l-aħħar żewġ versi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 December 2013