Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/234243
turi tal-Ħajja Il-Ħadd 29 ta' Diċembru 2013 | illum 13 -Pajs… Il-Kappuċċin li jgħix għal glorja 'u huma telqu jippritkaw ma' kullimkien bil-Mulej jaħdem magħhom u li kkonferma l-kelma bis-sinjali tiegħu.' Kien l-ewwel raġġ ta' dawl u wara ħadni quddiem il-komunità biex ntarraf l-aħbar lill-komunità kollha. Dawn ukoll talbu fuqi u talbuni niftaħ il-Bibbja tiġi fejn tiġi u reġa' ġie l-istess vers. Dan kien is-sinjal għalija. "F'daqqa waħda ġie fuqi patri Salesjan u qalli li kif kont miexi għal fuq l-artal rani bil-libsa ta' kappuċċin u jien ħadtlu b'idu filwaqt li għidtlu li dik kienet il-konferma għalija. L-għada mort għand il-Kappuċċini u aċċettawni. U aċċettaw ukoll li nagħmel sena novizzjat u nibqa' naħdem sa ma nagħlaq għal kollox in-negozju tiegħi għax ridt inħallas xi djun li kelli u niġbor flusi." Skont l-istess Karmenu fl-iskola ma kienx jibrilla. Fil-fatt hu kien jattendi l-iskola tas-snajja Umberto Kalosso u għamel sa Form II mingħajr ebda O' jew A' levels. Iżda biex jidħol għal kors tat-teoloġija fl-Università ried bilfors dawn l-eżamijiet. Għalhekk beda jmur il-privat, "Iżda xahrejn qabel qgħadt għall-eżamijiet, il-provinċjal talabni mmur l-Ingilterra u tlift l-eżamijiet. Wara xahrejn ġejt mill-Ingilterra u rnexxieli nidħol l-Università mingħajr eżamijiet fejn wara sena ġibt riżultati sodisfaċenti. Iżda hawn il-provinċjal talabni biex inkompli nistudja l-Italja. Jien ma kontx naf kelma bitTaljan u tlabtu jibgħatni xahrejn nitħarreġ fil-lingwa Taljana fl-Italja. Minn hemm dħalt l-Università ta' Viterbo fejn domt erba' snin u fl-eżamijiet ġibt 27.8 minn 30. U hawn rajt il-qawwa ta' Alla li mlieni b'għerf li qatt ma kelli qabel." Għal dawn l-aħħar 3 snin u nofs serva fil-parroċċa ta' San Ġwann u Patri Karmenu qalli li hu mhux saċerdot tassagramenti. "Il-ħajja ta' patri hi aktar minn hekk. Inħobb biss nagħmilha man-nies." Fil-fatt Patri Karmenu jieħu ħsieb iż-żgħażagħ ta' San Ġwann fejn meta jitkellem fuqhom għajnejh jixgħelu. "Iż-żgħażagħ mhux vera li huma mkissrin. Għandhom ħafna x'joffru. Iridu l-avventura u jagħmlu sew." Karmenu jagħmel ukoll parti mill-Kummissjoni Missjoni fejn anke ħa gruppi ta' żgħażagħ il-Kenja, hu l-viċi tal-parroċċa li skont hu pożizzjoni li ma tantx tinteressah u jieħu ħsieb iż-żona tal-Mensija. Il-fatt li kien għarus u jaf x'issarraf id-dinja aktar minn saċerdoti oħra, jgħinu biex jagħti pariri aħjar lill-membri talKomunità? "Nammetti li nista' nifhem x'inhi mara għax kont għarus u għandi ħuti nisa. Però għallmitni ħafna l-esperjenza li kont immexxi garaxx u t-tip ta' nies li ltqajt magħhom. Jien bniedem li għandi intuwizzjoni kbira ta' dak li hemm wara l-persuna li jkolli quddiemi u din l-ebda Università m'għallmithieli iżda l-Università ta' San Niklaw (tat-toroq tasSiġġiewi)." Patri Karmenu hu d-direttur spiritwali ta' 'Suret il-Bniedem' li jmexxu tlett idjar għal dawk bla saqaf. Dar Leopoldu tal-irġiel, Dar Tereża Spinelli tan-nisa bla saqaf u li jkunu għaddejjin minn vjolenza domestika u Dar Vittorja ta' nies bi problemi mentali. Iżda l-aktar dar għal qalbu hi dik ta' Tereza Spinelli. "Ma jfissirx li l-oħrajn m'għandhomx bżonn għajnuna tafux. Iżda f'din id-dar inħabbat wiċċi wisq ma' tbatija. Tbatija ta' nisa li ma ġabux is-sitwazzjoni fuqhom huma. Iżda ġew imkeċċija mid-dar minn żwieġhom jew mill-familjari tagħhom. Ġew imsawta u mkasbra u jinsabu magħna b'uliedhom b'kollox għax tħallew bla saqaf. Magħna hemm tfajla ta' 14-il sena li tkeċċiet mid-dar għax inqabdet tqila. Għandna 14-il-mara f'din id-dar iżda hawn ħafna iżjed li qed ibatu u jissaportu fissilenzju u qed jgħixu ħajja ta' tbatija kbira." Id-djalett ta' patri Karm jiżboq fuq kulħadd u jattirak fl-istess ħin. "Dejjem hekk kont nitkellem, kont saħansitra niġi msawwat l-iskola għax nitkellem bid-djalett. Iżda s-swat aktar kabbarli l-ħeġġa li nibqa' nitkellem b'dan il-mod. Meta dħalt patri kienu jagħmlu minn kollox biex ma nibqax nitkellem hekk u għidtilhom li ma nistax ninbidel. Kienu se jġennuni għax aktar bdejt naħseb kif se nitkellem milli x'se ngħid. Min jismagħni nipprietka għallewwel darba jkun hemm speċi ta' reazzjoni iżda n-nies illum aċċettawni kif jien u jħobbuni kif jien. Il-fatt li nitkellem bi djalett joħroġ is-sinċerità tiegħi għax ifisser li ma ninbidel għal ħadd u għall-ebda okkażjoni biex nidher aħjar. Is-sinċerità hi l-isbaħ virtù li bniedem jista' jkollu." Il-Pajs ma jħobbx karigi u lanqas pożizzjonijiet u l-uniku sodisfazzjon li jieħu fil-ħajja, meta jiltaqa' ma' xi persuni li jkunu għexu f'xi dar li jieħu ħsieb u jarahom kuntenti u integrati. "Ma rridx grazzi iżda jinteressani r-riżultat ta' dak li nkun ħdimt għalih. Għalkemm meta jgħiduli grazzi nieħu gost ukoll għax jien bniedem bħal kulħadd." Minn meta kien tfajjel kien ħobb jgħin lil sħabu l-iskola biex jistudjaw flimkien, kien iħobb ilvolontarjat u kien anke membru tal-M.U.S.E.U.M. sa meta kellu 15-il sena. Kien anke jaħdem in-nar tas-Siġġiewi. F'Patri Karm stajt nara t-tagħlim ta' Papa Franġisku jieħu l-ħajja u dwar dan ilPapa, hu qalli hekk: "Hu Papa li jolqotni għas-sinċerità tiegħu għax hu Papa li mhux jipprietka biss iżda jagħmel dak li jgħid." Qalli wkoll li jweġġa' meta jisma' fiex waqgħu ċerti membri tal-kleru matul iż-żmien u li tant għamlu ħsara lill-Knisja. Iżda qalli wkoll li jweġġgħu aktar li l-poplu jitfixkel il-kleru mal-Knisja. "Il-Knisja hi aħna lkoll, il-kleru magħmul millbniedem. Tmur il-Knisja mhux għal membri tal-kleru iżda tmur għalik u għal Alla. Il-Knisja ma weġġgħet lil ħadd, huma l-persuni li weġġgħu lil Knisja." Patri Karm meta kien jaħdem għal rasu kien komdu bil-flus. Illum m'għandu xejn għax il-flus huma tal-komunità. Hawnhekk daħakli u qalli, "Daqs kemm m'għandi xejn għandi kollox. Żgur li m'għandix inkwiet. Il-fatt li ma taħsibx fuq flus tagħtik paċi kbira fil-ħajja. Il-faqar mhux miżerja għax l-akbar sinjur hu dak li jkollu l-libertà." Il-Pajs ma jbiddel xejn millħajja li għex. "Jien frott ta' dak kollu li għaddejt minnu. Anke l-mumenti ta' disfatta nixtieq nerġa' ngħixhom għax huma dawn il-mumenti li jkabbruna." Qalli wkoll li jixtieq inaqqas ftit mix-xogħol li għandu bħalissa għax jixtieq ftit ħin aktar għalih, "nixtieq ukoll insib ħin biex nitlob għax ma baqagħlix ħin." Qabel temmejna din l-intervista staqsejtu kif kienu ħaduha l-familjari tiegħu u ħbieb meta qalilhom li se jsir saċerdot. "Is-Siġġiewi kont fuq fomm kulħadd u l-ħbieb tiegħi bdew jagħmlu mħatri li l-Pajs ma jsaddadx. Missieri ma riedx jemmen. Hu kien viċin il-mewt u meta kont immur xi weekend ta' talb kien jaħseb li sejjer ma' xi mara weekend break. Iżda fuq is-sodda tal-mewt tiegħu kont għidtlu meta eżatt dieħel patri u tani l-barka tiegħu. Hu miet eżatt waqt li jien dħalt nagħmel it-test tal-psikoloġija u kif dħalt ħassejt li missieri miet u nemmen li mort tajjeb għax kien hu li waqt mewtu berikli l-vokazzjoni tiegħi." Is-sinċerità u s-sempliċità talPajs tefgħetni ġo dinja għalija. Fl-istess ħin talabni nidħol fiċ-ċella tiegħu. Ċella ċkejkna li fiha kollox, skrivanija, xkafef mimlijin kotba, PC, karti mxerrdin kullimkien, kamra oħra b'sodda tal-wieħed mhux magħmulha "skużani għax jien ftit traskurat" qalli, u kamra ċkejkna tal-banju nadifa tazza (għax kienet għadha kif naddfithielu s-seftura). Minn hemm ħadni filkamra tal-pranzu fejn diversi voluntiera kienu qed ilestu biex it-tmien patrijiet li hemm fil-kunvent jippranzaw u jiċċelebraw il-Milied flimkien mal-ġenituri tagħhom (min baqagħlu). Dewwaqni diversi ħlewwiet 'home made' magħmula mill-voluntiera u tazza kafè filwaqt li komplejna niddiskutu l-Bibbja kif għandha tiġi interpreteta maż-żminijiet moderni. Tkellimna fuq gays, koppji separati u divorzjati u anke l-użu tal-kontraċettivi. Tani l-opinjonijiet tiegħu u ta' kif jaħsibha hu. Ikolli nammetti li din kienet l-aktar intervista li laqtitli l-ispirtu tiegħi. Intervista li laqqgħetni ma' gladjatur favur Knisja moderna, favur Knisja liberali, favur l-imħabba, favur issempliċità, favur il-libertà u bogħod mis-saċerdot klassiku. Il-Pajs tani ħafna iżjed milli tajtu jien.