Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/234243
Il-Ħadd 29 ta' Diċembru 2013 | illum 15 Britannia In-Nimrod jgharrex ... u l-Buzu jzekzek Tours tirbaħ 'Top Selling Agency for 2012/2013' Britannia Tours ġew ippremjati bit-'Top Selling Agency for the year 2012/2013' mill-Air Malta DAK li jaraw Britannia Tours permezz ta' din il-kisba huwa mod ieħor biex id-ditta turi l-impenn li tilħaq sezzjoni wiesgħa tal-popolazzjoni ta' Malta u tagħmel l-ivvjaġġar aktar aċċessibbli għal kulħadd. Firxa varjata b'tipi differenti ta' destinazzjonijiet jaħsbu għall-gosti u x'wieħed jistenna mill-btala tiegħu wasslu li jissarrfu f'bejgħ u qliegħ għall-Air Malta. Britannia Tours jaraw dan ilpremju bħala suċċess ieħor ġej minn wieħed mill-għanijiet li jappoġġjaw il-linja tal-ajru lokali u li jagħtu sehem biex tiżdied id-domanda u aktar appoġġ lejn il-linja millpubbliku Malti. Is-sur Noel Farrugia, il-kap maniġerjali u sid tal-marka Britannia Tours qal li "huma x'inhuma l-kundizzjonijiet ekonomiċi fil-pajjiż, id-ditta baqgħet b'saħħitha fil-passi tal-iżvilupp tagħha u rajna sena oħra ta' suċċess flammont ta' klijenti li ħadu vantaġġ mill-ġiti li offrejna speċjalment fiż-żmien tassajf." Il-vjaġġi li d-ditta offriet permezz tal-programm taxxitwa 2013-2014 huma kollha mibjugħin. Is-sur Farrugia żied jgħid li d-ditta ma kinitx tilħaq is-suċċessi li laħqet f'dawn l-aħħar tletin sena u fuqhom mingħajr l-istaff, itTour Leaders, dawk kollha li b'xi mod jew ieħor għandhom x'jaqsmu mad-ditta u l-bosta klijenti li nqdew matul is-snin b'valuri ta' onestà u servizz professjonali u personalizzat. Aktar kmieni din issena Britannia Tours ġiet inkluża bħala superbrand u ppreżentata bi premju speċjali li jissejjaħ 'Tourism Ambassador Award' (Ambaxxatur tat-Turiżmu), għall-kontribut li d-ditta tagħti fil-qasam tatturiżmu li jintbagħat lejn is-Slovenja minn madwar id-dinja. B'hekk is-suċċess professjonali tal-Britannia Tours qed jiġi rifless ukoll fuq livell internazzjonali. IL-MILIED għadda, qegħdin viċin il-bidu ta' sena ġdida u n-Nimrod se jibqa' jgħarrex u jien se nibqa' nzekzek għax jien mhux wieħed minn dawk li erbat ijiem jagħmluli differenza fil-ħajja. Lil min ħabbejt se nibqa' nħobbu, lil min ikkritikajt se nibqa' nikkritikah, lil min umbrajt se nibqa' numbrah. Jien ma nilbisx maskra għal erbat ijiem, nieħu erba' ritratti talokkażjoni, ngħannaq u nbus lil kull min jiġi quddiemi (basta jkun hemm tal-kamera faċċata tiegħi) u l-għada naqlagħlu l-ħama. Jien ma nikxifx snieni nagħti l-isbaħ xewqat u kif tibda s-sena nibda nara kif dawk ix-xewqat li xtaqtlek ma jsirux realtà. Jien ma nikolx miegħek u forsi anke nieħu grokk miegħek imbagħad ma nħallsekx ta' dak li ħdimt għalih. Dak mhux jien… Insomma jumejn oħra u l-aktar festi mimlija ipokrezija jgħaddu u nerġgħu nibdew nitfgħu t-tajn u ngħidu fuq dak u l-ieħor, niġbru għassuwed u noħduha kontra min iridhom hawn, niġbru għal min għandu bżonn u minn wara ngħidu li faqar ma jeżistix, nixorbu u ngħannqu lil gays u minn warajhom ngħajruhom pufta jew li ma nifilħuhomx… ma ġara xejn l-aqwa li morna l-quddiesa ta' nofsillejl u mxejna wara l-bambin u dawwarna numru u tajna sehemna fl-Istrina… Is-sena t-tajba ħbieb. Xi tfakkarni s-sena 2013 minn raġel jinbidel f'mara… u għal min jikteb kotba dwar iżżobb... Tfakkarni wkoll dwar kif awla tal-qorti tista' tfisser ħabs għal xi qaħba jew sala tal-parties għal ħaddieħor… Tfakkarni fik u fija ħabib li dak li konna f'dissena se nerġgħu nkunu f'dik li ġejja... Riżoluzzjonijiet għassena 2014 X'se nagħmel jew x'nistenna s-sena li ġejja... li nibqa' naqra l-ġurnali… dawk li jwassluk sal-infern… dawk li joħduk kuljum il-ġenna… u dawk li jmorru skont kif jaqbel lil min imexxihom… li nibqa' nara l-ħmerijiet fuq il-fejsbuk... li nibqgħu niddiskutu l-politika... li nibqa' nara s-suwed jgħerqu fil-Mediterran... li nibqa' niżloq fiż-żejt... li nibda nisma' kantaliena kontra t-trasport pubbliku l-ġdid... li nerġa' nibda nara ritratti ta' sħab iswed, qawsalli, xemx u baħar sabiħ fuq fejsbuk... li nerġa' nisma' l-kantaliena fuq Xarabank għaliex ma rbaħniex Tfakkarni fit-tkaxkira tal-ostra li bela' Wenzinu... Tfakkarni fil-ħatriet bil-meritokrazija u mhux għax taf liz-zija... Tfakkarni kif minn fuq bord fit-toroq tista' tispiċċa fuq Bord tal-gvern... Tfakkarni fl-istamperija li nbidlet f'kafeterija... Tfakkarni fid-diska 'In my Żarbun' ta' Chiara… Ġej, arawh, għal passaport Tfakkarni f'xi nofs tużżana programmi ta' Xarabank dwar Ġiġa... fil-BBQs tal-Arriva… fit-tislib tal-qtates Mostin… fil-qalziet oranġjo ta' Jeffrey... fil-ġlieda għand tal-pastizzi bejn Jeffrey, il-kummissarju tal-Liġi u mpjegat tal-PN bi tliet xhur lura paga… fil-libsa ta' Michelle bis-salib ta' Malta… fil-ftuħ tal-istazzjon tat-televixin 'state of the art' Xejk… fl-isparixxar ta' Wistin u Delia u warajhom sparixxiet l-Arriva… Tfakkarni kif lil dawk taż-żejt kixfilhom sormhom Salvu (u għadu mikxuf sal-lum)... Tfakkarni kif il-passaport tiegħi spiċċa fuq ebay... Tfakkarni kif il-kjuwijiet tal-isptar spiċċaw għal ġurnata u rduppjaw għad-disa' xhur ta' wara… Tfakkarni fl-Isqof li ma jridx jaf bil-gays… u fil-Papa li jrid jilqagħhom fi ħdanu… Tfakkarni f'Ġieħ ir-Repubblika għal min jaf ikanta… għal min Mela mhux tablets kellu jqassam? Il-flotta l-ġdida lesta għax-xogħol il-Eurovision... li nerġa' nara xi programm ieħor dwar Ġiġa... li nerġgħu nisimgħu diskussjonijiet kemm kien tajjeb u ħażin il-baġit… U bil-ħaqq jerġa' jkollna sitt deputati Ewropej li jissagrifikaw ruħhom fi Brussell għalija u għalik... u jkollna president ġdid... min irid lil Gonzi... min irid lil martu... min irid raġel... min irid mara... u nsomma jkun min ikun... jinbidel minn kulur wieħed għal kull kulur... l-aqwa li jdur dawra tajba maddinja f'ħames snin... u jiġbor ġabra għall-Istrina u jgħid dak li jiktbulu... Viva l-President... u r-rota tibqa' ddur... fost xi urugan, vulkan, terremot jew xi tsunami, daqqa ta' karozza 'l hawn u oħra 'l hemm… inġustizzja miegħi u ġustizzja miegħek… fejn l-ixkubetta fiha l-grillu u kulħadd jagħmel li jaqbillu TATA