Illum previous editions

illum 29 December 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/234243

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 35

L-2013 għall-partit 16 illum | Il-Ħadd 29 ta' Diċembru 2013 Bejn rebħiet storiċi u bidliet radikali L-2013 kienet is-sena fejn il-leġislatura mmexxija minn Lawrence Gonzi ġiet fi tmiemha, anke jekk l-elezzjoni b'farka ma saritx is-sena ta' qabel, wara l-waqgħa tal-gvern fl-aħħar jiem tal-2012. Wara waħda mill-itwal kampanji elettorali f'pajjiżna, Marzu wasal u l-bidla mistennija fil-gvern waslet ukoll. Iżda l-elezzjoni ta' Marzu kienet biss il-bidu għal aktar bidla li seħħet fil-partiti politiċi. F'eżerċizzju ta' botta u risposta, James J. Piscopo tkellem mal-presidenti taż-żewġ partiti ewlenin, Daniel Micallef (PL) u Paula Mifsud Bonnici (PN) u maċ-ċermen tal-Alternattiva Demokratika, Arnold Cassola. Sena 'storika' Laburista L-elezzjoni ġenerali ovvjament kienet l-akbar avveniment politiku tas-sena. X'effett ħalliet fuq il-Partit? Il-Partit Laburista jinsab f 'kuntest ġdid; kuntest ta' Partit li qiegħed fil-Gvern wara ħafna snin, li iżda wara rebħa storika, iddeċieda li jkompli jiġġedded b'numru ta' uffiċjali ġodda fi ħdan l-Amministrazzjoni li qed naħdmu flimkien sabiex inkomplu nsaħħu l-ħidma ta' dan il-Partit. X'reputazzjoni taħseb li ngħatat lil Joseph Muscat wara r-riżultat elettorali? Aktar milli reputazzjoni, ir-riżultat elettorali ta fiduċja massima lil Joseph Muscat biex imexxi dan il-pajjiż bħala Prim Ministru, fiduċja li qed irodd lura lill-poplu f 'ħidma ma taqta' xejn b'risq pajjiżna. li ħallew ta' qabilna. Minn 1 sa 10 x'marka tagħti lill-kampanja elettorali talpartit tiegħek bejn Jannar u Marzu 2013? 11 X'tinvolvi l-ħidma politika issa li l-elezzjoni ġenerali għaddiet u l-elezzjonijiet Ewropej faddlilhom ftit? Il-ħidma politika f 'partit ma tiqafx; il-kalendarju politiku taqta' ftit millġimgħat tas-sajf jibqa' għaddej, anke jekk ma jkunx hemm elezzjonijiet fuq bażi nazzjonali. Fil-każ tal-Partit Laburista rajna l-elezzjonijiet tal-Kumitati Lokali kif ukoll, il-preparamenti li huma għaddejjin kemm għal Konferenza Ġenerali tassena d-dieħla kif ukoll għal appuntamenti politiċi oħrajn. Għaddejjin ukoll proċessi ta' tiġdid fi ħdan l-istrutturi talpartit. Forsi ma daqqejniex wisq trombi dwarhom għax m'hemmx għalfejn, iżda żgur li bħala partit minkejja l-bidliet kbar li għamilna fl-aħħar ħames snin, irridu nkomplu niġġeddu sabiex inkomplu nkunu l-akbar u l-aktar forza politika relevanti f 'pajjiżna. Fuq kollox, komplejna nkunu qrib in-nies b'mod kontinwu. X'kienu l-prijoritajiet talPartit Laburista fix-xhur ta' wara l-elezzjoni? Il-prijoritajiet kienu li nsaħħu l-istrutturi interni mingħajr ħafna daqq ta' trombi u nippreparaw għallappuntamenti politiċi li għandna quddiemna. X'sehem kellu fir-rebħa elettorali l-ħatra ta' Louis Grech ftit xhur qabel? Naħseb li Louis Grech kellu rwol kruċjali li bin-nomina tiegħu bħala Deputat Mexxej f 'mument delikat għall-Partit Joseph Muscat iżanżan l-ewwel darba Kastilja Daniel Micallef Laburista rnexxielu jgħaqqad lil kulħadd warajh u kompliet il-mixja għal rebħa elettorali Laburista. Il-kredenzjali ta' Louis Grech huma indiskutibbli. Wara l-elezzjoni kien hemm bidla sostanzjali flamministrazzjoni tal-partit, fosthom int li bdejt isservi bħala President. Tħoss li dan kien proċess ta' tiġdid jew ta' kontinwazzjoni? Ftit mit-tnejn; kellek, nazzarda ngħid fost l-aktar bidliet kwieti iżda radikali li qatt ra partit politiku f 'pajjiżna, bil-maġġoranza talAmministrazzjoni tinbidel ftit wara riżultat elettorali storiku. Nies ġodda, speċjalment t'età żgħira bħal ma huma ħafna mill-membri l-ġodda, iġibu magħhom ideat ġodda u jservu sabiex il-Partit ikompli jiġġedded. Min-naħa l-oħra, il-preċedessuri tagħna għamlu xogħol tajjeb ħafna, u għalhekk kienet it-triq ovvja li naħdmu u nibnu fuq it-tajjeb Sena pożittiva għal ħodor L-elezzjoni ġenerali ovvjament kienet l-akbar avveniment politiku tas-sena. L-Alternattiva Demokratika kif ħarġet mill-elezzjoni 2013? Stajna morna aħjar (bħal dejjem) imma nfakkar li fl-2008 tlajna għal 3800 u issa ġibna 5500 vot. Żidiet li jqawwulna qalbna għall-futur. Arnold Cassola It-tluq ta' Michael Briguglio minn ċermen kif affettwat lil AD? Naturalment kienet telfa għaliex Michael hu persuna żagħżugħa kapaċi, ta' intelliġenza fina u ħeġġa. Li tkun ċermen b'mod volontarju kienet qed ittellfu minn dmirijiet Kif tiġġudika t-tmexxija talpajjiż f 'dawn id-disa' xhur ta' gvern Laburista? Niġġudikaha b'mod pożittiv; Gvern li daħħal enerġija ġdida fit-tmexxija tal-pajjiż wara snin bi Gvern moħħu biss kif ħa jżomm ruħu granfat mas-siġġu tal-poter. Kollox perfett mhuwiex, u naħseb l-umiltà oħra fil-ħajja privata u akkademika. 1 sa 10 x'marka tagħti lill-kampanja elettorali tal-partit tiegħek bejn Jannar u Marzu 2013? Meta tikkkunsidra l-mezzi finanzjarji limitati għaddispożizzjoni tagħna, 7. tal-Gvern li ma jiddejjaqx jgħid fejn naqas, jew fejn seta' ħadem aħjar, tiddistingwih minn Gvernijiet preċedenti. Naħseb li l-baġit preżentat għas-sena 2014 kien ukoll messaġġ importanti ta' Gvern li mhux ser jistenna sa lejliet l-elezzjoni biex jibda jwettaq dak li wiegħed lill-poplu. Wara kollox, Gvern li qed iwettaq dak li wiegħed. Kif tiġġudika l-attitudni talOppożizzjoni taħt tmexxija ġdida f 'dawn id-disa' xhur? Sfortunatament, negattiva. Bħala partit tħossukom preparati għal meta tiddaħħal il-liġi talfinanzjament tal-partiti? Bħala partit it-tmexxija tal-finanzi tittieħed b'serjetà kbira, fejn anke kull sena, jiġu pubblikati l-accounts tagħna bħala partit. Hija kwistjoni li taddatta għal kuntest ġdid, kuntest li fih ser nibdew naraw regolarizzazzjoni li tant hija meħtieġa biex tiġi assigurata t-trasparenza. X'dejqek l-aktar millpolitika lokali matul din is-sena? Dak li probabbli huwa l-akbar skandlu politiku li qatt ra pajjiżna; qed nirreferi għall-iskandlu taż-żejt. Jitfa' dell aktar ikrah fuq il-politika. Kelma waħda li tiddeskrivi l-2013 għall-Partit Laburista? Storika. X'taħseb li kien l-akbar sodisfazzjon/rebħa għal Partit tiegħek din is-sena? Bla dubju, l-empowerment liċ-ċittadini li ser iġib miegħu r-referendum abrogattiv dwar il-kaċċa fir-rebbiegħa bħalma, filfatt, ġa ġara bir-referendum dwar id-divorzju.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 December 2013