Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/234243
ti politiċi Il-Ħadd 29 ta' Diċembru 2013 | illum 17 Uġigħ ta' ras finanzjarja wara dik elettorali L-elezzjoni ġenerali ovvjament kienet l-akbar avveniment politiku tas-sena. X'effett ħalliet fuq il-Partit Nazzjonalista? Wara kważi 25 sena fil-Gvern għajr it-22 xahar ta' Gvern Laburista, it-telfa elettorali tal-PN kienet waħda kbira madankollu nemmen li wara din it-telfa il-PN, filwaqt li rnexxielu jibni lilu nnifsu mill-ġdid, analizza sewwa r-raġunijiet kollha għat-telfa li ġarrab. Il-PN qed jaħdem kuljum biex jerġa' jiġi fuq saqajh u jkun Oppożizzjoni serja, pożittiva u kostruttiva. X'reputazzjoni taħseb li ngħatat lil Lawrence Gonzi wara r-riżultat elettorali? Għalkemm it-telfa kienet waħda kbira, nemmen li r-reputazzjoni ta' Lawrence Gonzi hija waħda tajba ħafna kemm f'Malta kif ukoll madwar l-Ewropa kollha. Lawrence Gonzi jibqa' magħruf għad-deċiżjonijiet iebsin imma għaqlin li rnexxielu jieħu waqt il-kriżi finanzjarja u ekonomika li ħakkmet lid-dinja kollha. F'dawn l-aħħar ħames snin, Gonzi rnexxielu xorta waħda joħloq ix-xogħol, iġib l-investiment lejn pajjiżna filwaqt li jtejjeb l-edukazzjoni u jsaħħaħ saħħitna. Fil-kriżi tal-Libja, Gonzi wera li l-kapaċitajiet tiegħu ta' veru statesman li ftit personaġġi oħra kienu kapaċi jaffrontaw sitwazzjonijiet simili. Minn 1 sa 10 x'marka tagħti lill-kampanja elettorali talpartit tiegħek bejn Jannar u Marzu 2013? Meta wieħed iħares lura, jinduna li l-kampanja elettorali tal-PN setgħet kienet ferm aħjar. Il-finanzi tal-partit ma kinux jippermettu li jkollna kampanja bħal tal-Partit Laburista u din waħedha Kif tiġġudika t-tmexxija talpajjiż f'dawn id-disa' xhur ta' gvern Laburista? Jidhirli li nies bħal Owen Bonnici mexjin tajjeb; Manuel Mallia u l-qasam tas-saħħa falliment kważi totali, waqt li fil-politika umanitarja u barranija l-gvern irnexxielu jħammrilna wiċċna blinsensittività tal-pushbacks, il-proposta oriġinali dwar iċ-ċittadinanza u n-nuqqas ta' u diġà sar ħafna progress. Bħal kull entità jew kumpanija oħra, id-dejn u l-finanzi jibqgħu ta' importanza kbira għallPN u ser ikun qed jagħmel minn kollox sabiex itaffi din il-problema filwaqt li jibqa' jopera tajjeb ħalli jkun jista' jwassal il-messaġġ politiku tiegħu. Paula Mifsud Bonnici kienet diġà ta' żvantaġġ għall-PN. Madankollu xorta nemmen li l-kampanja elettorali tal-PN setgħet kienet aktar pożittiva u dan primarjament għaliex Gvern Nazzjonalista kellu storja warajh li setgħet biss tagħmel ġid lill-PN, madankollu l-PN għażel aktar li jiffoka fuq l-iżbalji u n-negattiviżmu talPL u din ma ħadmitx. Allura nagħti 5 għall-kampanja elettorali tal-PN. X'kienu l-prijoritajiet talPartit Nazzjonalista fix-xhur ta' wara l-elezzjoni? Wara l-analiżi tat-telfa elettorali, sar proċess sħiħ għall-għażla tal-Kap, ViċiKapijiet u l-uffiċjali kollha tal-partit. Il-Kap tal-partit Simon Busuttil ħatar diversi kummissjonijiet li l-biċċa kbira minnhom diġà qegħdin jiffunzjonaw. Bħalissa, il-PN qed jiddiskuti wkoll l-emendi kollha għall-istatut tiegħu. Tħoss li l-problema ta' dejn u finanzi se tkompli fl-2014? Il-PN għandu sfida finanzjarja quddiemu li qed jiffaċċja kuljum. Madankollu nemmen li l-PN diġà wettaq ħafna mid-diversi rakkomondazzjonijiet li saru risposta qawwija għall-akkużi Taljani ta' responsabbiltà flgħarqien ta' 270 Sirjan. Kif tiġġudika l-attitudni tal-Oppożizzjoni taħt Simon Busuttil f 'dawn id-disa' xhur? Kontraddittorja. Nies bħal Jason Azzopardi u Claudette Buttigieg attivi ħafna, oħrajn lanqas taf li jeżistu. Dwar kwistjonijiet, Wara l-elezzjoni kien hemm bidla sostanzjali fit-tmexxija tal-partit. Tħoss li kien hemm biżżejjed bidla biex il-PN jerġa' jappella għall-elettorat? Il-PN għamel bidliet radikali fi ħdanu u dawn ġabu magħhom ċerta pożittività li sfortunament kienet xi ftit jew wisq intilfet matul is-snin. X'tinvolvi l-ħidma politika issa li l-elezzjoni ġenerali għaddiet u l-elezzjonijiet Ewropej faddlilhom ftit? L-Oppożizzjoni għandha rwol importanti ħafna li fil-fatt nemmen li l-Oppożizzjoni qiegħda tagħmel xogħolha sew. Filwaqt li tfaħħar dak li hu tajjeb, l-Oppożizzjoni qiegħda tikkritika l-Gvern fejn dan jiżbalja. Il-PN qed ikun proattiv tant li qiegħed ukoll iressaq il-proposti tiegħu bħalma pereżempju sar fil-kwistjoni kollha talbejgħ taċ-ċittadinanza. Meta l-Gvern ressaq din il-liġi fil-Parlament, l-Oppożizzjoni għamlet il-pożizzjoni tagħha ċara imma ressqet ukoll ħafna emendi sabiex din l-iskema tkun waħda tajba. Kien il-Gvern li baqa' għaddej minn fuq l-Oppożizzjoni bil-konsegwenza li saret ħafna u ħafna ħsara lir-reputazzjoni internazzjonali ta' Malta u ġabet l-istmerrija tal-poplu Malti u Għawdxi kollu. L-2013 kienet is-sena fejn Simon Busuttil wiret il-PN minn Lawrence Gonzi Partit Laburista li neħħa l-maskra li kien libes qabel l-elezzjoni. Sfortunament, qabel l-elezzjoni wiegħed l-ilma jiżfen u issa li qed jiggverna nduna li ma jistax iżomm kelmtu bilkonsegwenza li għandek nies li verament għandhom bżonn l-għajnuna tal-Gvern li qegħdin isofru u dan l-aktar fil-qasam tas-saħħa. F'dawn id-9 xhur, kellna Gvern li għażel minflok li jippremja biss li dawk in-nies li għażlu li jgħinuh qabel l-elezzjoni bil-konsegwenza li l-kelma meritokrazija ma għadhiex aktar fil-vokabolarju tal-Partit Laburista. Kif tiġġudika l-attitudni talOppożizzjoni taħt tmexxija ġdida f'dawn id-disa' xhur? Niġġudikaha bħala waħda tajba u li qed tagħmel xogħolha sew. Il-grupp parlamentari Nazzjonalista huwa wieħed kompatt għall-aħħar u hemm sens ta' sinerġija qawwija. Sfortunament, fil-leġislatura ta' qabel ma kienx hemm dan is-sens ta kolleġġjalità li definittivament inħasset u ħalliet effett negattiv fuq il-PN. Kif tiġġudika t-tmexxija talpajjiż f'dawn id-disa' xhur ta' gvern Laburista? F'dawn id-disa' xhur, kellna Bħala Partit tħossukom preparati għal meta tiddaħħal il-liġi tal-finanzjament talPartiti? kuntraddizzjonijiet kbar oħra - pushback lejn il-Libja bl-ajru ġustament le... imma mbagħad ġimgħa wara bilvapur Salamis, iva. Mozzjoni pożittiva biex titneħħa d-diskriminizzazzjoni fuq bażi ta' orjentament sesswali... u ġimgħa wara l-PN jipproponi Social Impact assessment fuq ilkoppji gay biss. Ħawwadni ħa nifhmek. X'dejqek l-aktar millpolitika lokali matul din is-sena? Il-kunflitt ta' interess kontinwu: PN kontra żvilupp propost fil-Mistra (tajjeb) u l-President talPN Ann Fenech tiġġieled bi ħġarha favur dan l-izvilupp. Michael Falzon rappreżentant legali ta' min jaħdem in-nar... u l-politika tal-MEPA dwar il-bini ta' Bħalma dejjem għamel il-PN, il-PN ser ikun qed jiddiskuti fi ħdanu din il-liġi u bħalma diġà kellu okkażjonijiet oħra simili, ser ikun qed iressaq il-veduti u l-proposti tiegħu. X'dejqek l-aktar millpolitika lokali matul din is-sena? L-aktar ħaġa li dejqitni kienet il-fatt li filwaqt li kellek PL qabel l-elezzjoni li kien jikkritika l-Gvern preċedenti llum dan l-istess partit qiegħed jagħmel ħafna u ħafna agħar. Kellek PL li wiegħed li jitrażżan il-ħela imma llum għandek Gvern li għażel li jberbaq flusu fuq il-membri tal-Kabinet u n-nies tal-qalba. Għandek Gvern li filwaqt li wiegħed trasparenza qabel l-elezzjoni, illum għandek Gvern li jippermetti lillmembri tal-Kabinett tiegħu jiksru l-kodiċi tal-etika u dan bil-kunsens tal-Prim Ministru. Kelma waħda li tiddeskrivi l-2013 għall-Partit Nazzjonalista? Hija ferm diffiċli li tiddeskrivi l-2013 għall-PN b'kelma waħda imma nagħżel il-kelma 'determinazzjoni' biex niddeskrivih għaliex verament nemmen li l-PN huwa determinat aktar minn qatt qabel sabiex jirnexxielu jkun il-Gvern alternattiv. kmamar tan-nar jiktibha hu. Kelma waħda li tiddeskrivi l-2013 għallAlternattiva Demokratika? Sentenza waħda: Sena li fiha parti oħra millelettorat qed tifhem u tgħin fl-implimentazzjoni tal-programm elettorali AD. Fl-2013 dwar il-kaċċa fir-rebbiegħa, fl-2011 kien id-divorzju.