Illum previous editions

illum 29 December 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/234243

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 35

18 illum | Il-Ħadd 29 ta' Diċembru 2013 Meta d-dinja waqfet biex tara James J. Piscopo janalizza dak li ddomina l-aħbarijiet internazzjonali din is-sena: Bejn biża' ta' gwerra oħra, terroriżmu u diżastri naturali. Wieħed mill-modi kif nibqgħu niftakru sena partikolari huwa bl-avvenimenti internazzjonali li jkunu ddominaw dik issena. Għax liem Amerikan ma jsemmix is-sena 2001 u ma jiftakarx fl-attakki terroristiċi tal-World Trade Centre? Jew liem Taljan ma jiftakarx ir-rebħa tat-Tazza tad-Dinja fl-2006? Liem Libjan mhux se jibqa' jiftakar fl-2011 bir-revoluzzjoni Għarbija u l-waqgħa ta' Gaddafi? It-terroriżmu f 'nofs l-atletika Kien il-15 ta' April li għadda meta d-dinja reġgħet daqet ftit l-imrar li jġib itterroriżmu. F'Boston, għal sena oħra kienet qed issir il-maratona bi ftit inqas minn 25 elf parteċipant. Għal ħabta tat-3pm, wara li numru kbir ta' atleti kienu diġà lestew ilmaratona, żewġ splużjonijiet fi spazju ta' tnax-il sekonda ħasdu l-ħajja ta' tliet vittmi: żewġ tfajliet u tifel ta' 8 snin. Mijiet oħra ndarbu, u numru ta' persuni tilfu saqajhom jew riġlejhom. Il-bombi kienu tqiegħdu fi 'pressure cookers,' millIt-traġedja f'Boston aħwa Tamerlan u Dzhokhar Tsarnaev, ta' 26 u 19-il sena tifun affettwa mal-11-il miljun rispettivament. L-aħwa persuna. Tsarnaev iltaqgħu mal-pulizija Il-ħsara infrastrutturali erbat ijiem wara meta serqu fil-gżejjer tal-Filippini kienet karozza tat-taxi. waħda enormi. L-għajnuna Bil-pulizija jsegwuhom, internazzjonali bdiet tasal, l-aħwa Tsarnaev tefgħu wkoll iżda s-sitwazzjoni tant kienet xi splussiv fid-direzzjoni gravi li l-għajnuna bdiet tagħhom. Il-pulizija tasal fl-ajruporti u tibqa' rnexxielha taqbad wieħed hemm peress li t-toroq talminnhom li miet ftit wara, madwar kienu magħluqa filwaqt li l-ieħor inqabad waqt bil-ħsarat. Mingħajr aċċess li kien qed jistaħba f 'dgħajsa u għal ilma nadif, nies f 'diversi mgħotti b'kutra. reġjuni tal-pajjiż spiċċaw iħaffru għall-ilma u jgħalluh Fost l-agħar maltempati ta' biex ikunu jistgħu jgħixu. kull żmien Sfortunatament, fil-bidu Avveniment li ħasad ilta' Novembru għaqdiet ħajjiet b'numri ferm akbar umanitarji kkalkulaw li mill-bombi ta' Boston iżda wieħed minn kull ħames mhux bilfors irċieva l-istess persuni biss beda jirċievi attenzjoni tal-mezzi taxl-għajnuna li jinħtieġ. xandir, kien it-tifun Haiyan. It-tifun Haiyan huwa wieħed Hu rrappurtat li fil-Filippini mill-agħar maltempati li biss ħalla aktar minn 6,000 qatt ġew rekordjati, bir-riħ vittma apparti ħerba sħiħa. ilaħħaq il-veloċità ta' madwar Skont in-Nazzjonijiet Uniti, it- 320km/h. Esperti tal-klima dlonk argumentaw li dan ilfenomenu naturali kien kollu tort tat-tibdil tal-klima. Peress li dan mhux l-ewwel darba li ntqal u ma sar xejn, waqt il-konferenza ambjentali tan-Nazzjonijiet Uniti li inċidentalment kienet qed issir fl-istess żmien, irrappreżentant tal-Filippini għamel strajk tal-ġuħ. "Il-poplu tiegħi bħalissa qiegħed bil-ġuħ u nħoss li hu xieraq li jien ukoll nkun bħalhom. Se nagħmel strajk tal-ġuħ u mhux se niekol qabel ma din il-konferenza taddotta politika effettiva fuq it-tibdil tal-klima," kien stqarr il-politiku Filippin Yeb Sano. Għalkemm il-Filippini kienu fost l-aktar milquta, it-tifun affettwa wkoll pajjiżi fil-qrib bħaċ-Ċina, Vjetnam u t-Taiwan. It-tifun Haiyan ħalla ħerba enormi Biża' ta' gwerra dinjija Għal sena oħra, sfortunatament is-Sirja kien pajjiż li ddomina l-aħbarijiet internazzjonali għal raġunijiet xejn sbieħ. Il-gwerra ċivili bejn Bashar al-Assad u r-ribelli ssuktat, b'aktar Sirjani jkollhom jaħarbu minn djarhom biex ifittxu ħajja aħjar u aktar sigura. Madankollu, x-xhur tassajf poġġew il-kunflitt Sirjan bħala prijorità għall-komunità internazzjonali wara allegat attakk b'armi kimiċi kontra l-popolazzjoni pajżana. Rapporti fil-mezzi taxxandir kienu jgħidu li dan l-attakk sar min-naħa talgvern ta' Bashar al-Assad iżda dan tal-aħħar ċaħad, u sostna li l-attakk kien ġej min-naħa tar-ribelli stess biex jirbħu s-simpatija tal-komunità internazzjonali. Dan l-attakk b'armi kimiċi ġab pressjoni kbira fuq ilpajjiżi l-oħra biex jintervjenu u jwaqqfu dan il-massakru li kien għaddej. Iżda dan wassal biex għal ftit jiem kien hemm il-biża' ta' gwerra fil-Mediterran wara nuqqas ta' qbil bejn l-Istati Uniti u r-Russja. Hekk kif l-Istati Uniti bdew il-preparamenti biex jintervjenu b'mod militari kontra d-dittatorjat ta' Bashar al-Assad, ir-Russja ta' Vladimir Putin daħlet għaddifiża tiegħu u qalu li huma mhux se jaċċettaw indħil politiku Amerikan. Dan wassal għal tensjoni kbira iżda fortunatament, issens komun u d-diplomazija rebħu mill-azzjonijiet militari. L-Amerikani u r-Russi laħqu ftehim biss meta ġie deċiż li s-Sirja teqred l-armi nukleari tagħha fi żmien stipulat. It-traġedja tal-ferrovija fi Spanja Hemm bosta avvenimenti oħra li seħħew matul is-sena li jixirqilhom spazju f 'dan l-artiklu, anke għaliex huwa diffiċli li tagħżel traġedja fuq oħra. Però ta' min isemmi wkoll it-traġedja tal-ferrovija f 'Santiago de Compostela fi Spanja f 'Lulju li għadda, li ħalliet mat-80 vittma. Dan wara li x-xufier tal-ferrovija għadda minn dawra b'veloċità ta' 190km/h meta suppost ma kellux jaqbeż it-80km/h. Ix-xufier qed jaffaċċja 79 akkuża ta' omiċidju kaġun ta' traskuraġni waqt il-qadi ta' dmirijietu. Aktar minn 6,000 vittma It-traġedja fi Spanja

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 December 2013