Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/236919
Għawdex: Int djamant Il-Ħadd 05 ta' Jannar 2014 | illum 11 minn John Busuttil a' Anton Refalo qalituli martu Lina. Fil-jum tal-prietka li saret fil-knisja ta' Sant'Antin Għajnsielem hu kien preżenti. "Ħadt gost flimkien ma' marti Lina l-quddiesa narawhom... waqt li t-tfal bdew jagħmlu l-prietka kont kommoss ħafna. Fl-istess ħin ftakart fl-għażiż missieri. Dawn iż-żminijiet apparti li jġibuli ħafna ferħ iġibuli wkoll nostalġija u qsim il-qalb. "L-ikla tradizzjonali talMilied kienet kollha malfamilja. Għalkemm dejjem nirringrazzjaw 'l Alla, inħossu wkoll ċertu nuqqas għal dawk li m'għadhomx magħna. Fil-fatt wara ħassejt il-bżonn li mmur ftit iċ-ċimiterju nżur il-qabar ta' missieri." Staqsejtu x'ta bħala rigali lilluliedu u lil martu u x'qala' hu. "Bħala rigali tal-Milied lil Andrè tajtu electric guitar. Lil Simona tajtha mowbajl u lil Lina tajtha fwieħa. Huma tawni pencil drawing ta' missieri. Kulħadd kien verament kuntent b'dawn ir-rigali." Iżda ministru ma jistax jitfi swiċċ u jwarrab ix-xogħol li jkollu quddiemu. "L-iskeda taxxogħol fiż-żmien dawn il-festi kienet waħda kbira, litteralment siegħa b'siegħa, permezz ta' ħafna żjarat u okkażjonijiet qed napprezza aktar il-kultura sabiħa tal-presepji u l-ħafna xogħol ta' dedikazzjoni, passjoni Is-Slaten Maġi lesti għal daħla trijonfali f'Betlem u impenn li dan iġib miegħu. "Personalment bħala l-ewwel Milied bħala Ministru għal Għawdex inħossni kburi mmens bis-suċċess enormi f'Betlem f'Għajnsielem. Ħdimna lkoll flimkien bissħiħ u b'rieda tajba, kuraġġ u determinazzjoni rnexxilna lil din il-gżira nimlewha bit-turist Malti, viżitaturi u allura aktar xogħol għalina fiż-żminijiet li s-soltu nkunu batuti ferm. Tajna lezzjoni. Irridu lkoll naħdmu flimkien għaliex bilġid finalment igawdi u jiekol kulħadd. Hemm ħafna ħafna nies li nixtieq nirringrazzja u li jien ferm grat lejhom. Ngħid grazzi wkoll lill-Maltin talli kkonkorrew. Finalment iva, sirna lkoll tfal f'Ta' Passi u għexna l-Milied veru." U issa x'se jsir minn hawn? "Fi ħsiebna nerġgħu nitkellmu malorganizzaturi u kontributuri ħalli fil-Ġimgħa l-Kbira nagħtukom sorpriża ferm sabiħa jekk Alla jrid. Inħossni bħala Ministru kuntent ħafna bil-bżuilja tal-poplu Għawdxi fejn avolja żgħar fiċ-ċokon imma kbar fl-ideat u l-ħolm. Jien nemmen fih u ngħinu kif nista' ħalli nwettqu dan il-ħolm sabiħ li għandna." Fl-aħħar staqsejt x'riżoluzzjoni għamel għas-sena l-ġdida sew bħala ministru kif ukoll bħala missier ta' familja. "Bħala ministru li nkompli naħdem u nservi u nkun dejjem ta' ġid mill-aħjar li nista'. Fl-istess ħin naċċetta li miniex perfett imma ċertament inkompli naġixxi b'rieda tajba. "Riżoluzzjoni personali: li nqatta' aktar ħin ma' Lina u t-tfal u forsi iva ngawdi aktar ċertu mumenti speċjali magħhom. Jien nemmen ħafna fil-familja u familja b'saħħitha trid il-ħin flimkien u d-dedikazzjoni għal xulxin." Hawnhekk Lina qaltli li hu vera jkun jixtieq u jagħmel minn kollox biex iqatta' ħafna ħin mal-familja, iżda l-politika u xogħlu ftit jagħtuh dak iċ-ċans. Temm jgħidli li jixtieq sena ta' prosperità lill-qarrejja ta' dawn il-paġni dwar Għawdex, li hu japprezzahom ħafna. Is-Slaten Maġi f'Betlem Illum il-Ħadd 5 ta' Jannar Andrè u Simona (ulied il-Ministru Anton Refalo) jagħmlu l-prietka tal-Milied) 09.15am - Il-Maġi fuq iż-żwiemel jitilqu mit-Torri ta' Selmun 10.15am - Jaslu fil-pjazza tal-Mellieħa fejn ikun hemm rappreżentazzjoni talġrajja 11.00am - Jitilqu mill-pjazza fi triqithom għaċ-Ċirkewwa 02.15pm - Jitilqu miċ-Ċirkewwa fuq il-Gozo Channel 02.45pm - Jaslu l-Port tal-Imġarr fejn jiġu milqugħa mill-Ministru għal Għawdex u wara jibqgħu telgħin fit-toroq ta' Għajnsielem 04.00pm - Is-Slaten Maġi jagħmlu d-daħla trijonfali fil-villaġġ ta' Betlem fejn jieqfu fil-grotta u jippreżentaw ir-rigali lil Bambin