Illum previous editions

illum 5 January 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/236919

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 31

turi tal-Ħajja - 2013 hu Għawdxi. Daħal fil-politika, irnexxielu jitla' fil-Kunsill taxXagħra, ħareġ għall-elezzjoni ġenerali u issa hu kandidat għal MEP. Il-ġlieda tiegħu hi biex ikun hawn aktar aċċess għal nies b'diżabilità. 6. Dalle Stalle alle stelle Gillian Attard kellha ħajja millaktar imqanqla. Tilfet lil ommha b'tir ta' pistola aċċidentali meta kellha 12-il sena. Għamlet suċċess bil-kanzunetta 'L-inkwatru tal-Madonna' iżda kienet sfrattat fejn anke kienet spiċċat f'dipressjoni. Iltaqgħet mal-maħbub tagħha preżenti u reġgħet sabet saqajha. Bdiet tmexxi akkademja tal-kant u spiċċat biex anke ħadet l-unur ta' Ġieħ ir-Repubblika wara r-rebħ tal-Junior Eurovision mill-istudenta tagħha Gaia Cauchi. fejn hu jħossu ferm umiljat. Sadattant hu jieħu ħsieb it-tfal tal-Kalkara b'mod volontarju fejn jgħallimhom idoqqu, diversi sport ieħor u anke l-arti permezz ta' voluntiera oħra. 8. L-Università tagħha kienet il-ħajja nnifisha Roberta Magri hi tfajla ta' 23 sena. Twieldet bilkundizzjoni ta' Central Core Myopathy li bażikament hi li l-muskoli tal-ġisem ikunu dgħajfa u b'hekk hemm ċertu limitazzjonijiet fil-movimenti. Bdiet tuża l-wheelchair wara li kellha tagħmel operazzjoni tal-iscoliosis. Iżda dan kollu qatt ma żamm lil Roberta milli tħossha tfajla normali, li tħobb id-drama, il-qari, moda, psikoloġija, l-Inter u l-PN, ħabiba ta' eluf u mimlija ħolm pożittiv. Frażi li tħobb tuża ħafna hi: "Irridhom iħarsu lejn x'jien kapaċi nagħmel u mhux x'miniex kapaċi nagħmel." 9. Għaxar snin battalja kontra l-kanċer… issa trid tibda tgħix ssieltet mal-ħajja iżda qed tħares b'mod pożittiv lejn is-snin li ġejjin 10. Kuljum għal 40 sena sħaħ imur jieħu kafè għand Cordina Charlie 'It-Tikka' Farrugia, twieled, trabba u jgħix ĦalQormi, iżda sinonimu malbelt Valletta. Żgur li xi darba jew oħra ltqajtu miegħu Caffe Cordina fejn għal dawn l-aħħar 40 sena qatt ma falla ġurnata milli jmur jieħu kafè f'din il-kafetterija klassika. Magħruf aktar bil-laqam tiegħu milli b'ismu, it-Tikka hu persuna li ħajtu kollha tbissem lil ħajja u din tbissmitlu lura. Hu persuna li l-ġlieda kontra l-ħajja jeħodha biss mil-lat pożittiv. Tilef lil missieru traġikament meta hu kien qed jistudja Ruma għal saċerdot. Illum hu kunsillier Ħal-Qormi u hu membru ta' Valletta u Floriana Rehabilitation Board u issa tpoġġa fuq bord fil-Ministeru tal-Familja. Vince Bongailas hu boxer professjonali li anke kien rebbieħ tat-titlu Ewropew talJuniors. Vince kien anke kantant u ħa sehem fil-kanzunetta għall-Ewropa. Għamel isem għal Malta f'dan l-isport. Iżda jħossu ferut għax tneħħietlu d-dinjità tiegħu meta l-ebda gvern ma tah xogħol adekwat u xogħlu hu li jieħu ħsieb il-grada tal-grawnds sportivi tal-Marsa 12. Trabbiet fil-kumdità u trid tgħin lil min jgħix fittbatija Lara Dimitrijevic hi avukat fil-qasam tal-familja li kellha trobbija komda u għandha żwieġ hieni. Dan kollu wassalha biex tiffoka ħajjitha biex tgħin lil dawk li ma kellhomx ilfortuna tat-trobbija tagħha u ta' dawk li qed ibatu minn żwiġijiet imfarrka. Ħolqot fondazzjoni għad-drittijiet tan-nisa biex tgħin lil ħafna nisa li qed ibatu minħabba li huma maħqura, inkella jgħixu taħt il-madmad tal-patrijarka fid-dar u ma jistgħux jiċċaqalqu għax iħalluhom bla flus, inkella joħdulhom l-uliedhom jew iħalluhom bla saqaf fuq rashom. 13. Preżentatur televiżiv li jibża' mill-kamera 11. Il-Fra li jgħix bilprovidenza iżda jgħix kuntent 7. Rebbieħ fuq ir-ring…ferut fil-ħajja Fleur Marie Cilia Buckett għexet l-aħħar għaxar snin tibbattalja kontra l-marda qerrieda tal-kanċer. Għaxar snin ta' turmenti tiġġieled flimkien ma' oħtha ż-żgħira din il-marda, b'oħtha Michelle jkollha kull tip ta' kanċer mill2004 sa ma mietet fl-2013 u hi stess għadha tiġġieled kontra l-kanċer tas-sider u issa anke għamlet l-operazzjoni kbira tal-hysteroctomy. Però dan kollu ma qatagħlix qalbha li tkompli tgħix jew skont hi terġa' tibda tgħix mill-ġdid għax l-aħħar għaxar snin eżistiet u mhux għexet. Weġġgħet, ġiet feruta u Il-Ħadd 05 ta' Jannar 2014 | illum 13 Magħruf minn kulħadd bħala l-Fra Lorrie. Kulfejn issib xi attività fir-raħal ta' Għajnsielem dejjem tara lil Fra biċ-ċoqqa (jew tonka kif isejħilha hu), imdawwar b'xi ċorma żgħażagħ imidd idejh għal kull ħaġa li jsib quddiemu. Il-Fra hu l-qalb tal-komunità ċkejkna u anzjana tan-naħa magħrufa bħala tal-patrijiet f'Għajnsielem. Fra Lorrie Zerafa hu żagħżugħ ta' 39 sena, jaħdem bla heda mingħajr ma jaf x'inhuma flus, jgħix bilprovidenza li tipprovdilu l-istess komunità iżda jgħix ħajja millaktar kuntenta u trankwilla. Preżentatur popolari Roberto Francalanza fil-fatt m'għadux jidher minħabba din il-fobja li għandu għal kameras tatteleviżjoni. Però dan ma jfissirx li Roberto mhux involut fitteleviżjoni, anzi. Francalanza li minn tfulitu dejjem ħolom li jaħdem fil-mezzi tax-xandir, irnexxielu jagħmel dan, f'kull dipartiment. Ħadem bħala ġurnalist fuq ir-radju u t-televiżjoni, produttur ta' programmi, preżentatur u llum Human Resources and Corporate Manager ma' ONE Productions. Roberto hu bniedem pożittiv, ma jaqta' qalbu minn xejn u minn meta kien ġie wiċċ imb wiċċ mal-mewt aktar u aktar ħass li jdawwar lilu nnifsu bilpożittività. 14. L-istorja mimlija kuraġġ ta' mudella li ġiet milquta mill- isklerosi multipla Claire Peresso hi mara ta' 38 sena. Hi kellha ħajja mimlija nżul u tlajja, ħajja missielta sew iżda fl-istess waqt hi mara żagħżugħa mimlija kuraġġ u ħolm għal futur. Immaġinaw li ta' 38 sena tħabbat wiċċha mal-isklerosi multipla, maddijabete, mal-ulcerative colitis (fejn tneħħitilha l-musrana prinċipali), mal-kundizzjoni tas-celiac u anke mat-thyroid. Però dan xorta mhux biżżejjed biex iwaqqaf lil Claire milli toħlom u tiġġieled biex tirbaħ fuq dan il-mard kollu fejn bilmod il-mod qed jirnexxilha. Kienet mudella ta' suċċess u tixtieq tirritorna fid-dinja tal-ispettaklu bħala attriċi f 'xi drama televiżiva. 15. Il-konverżjoni tal-Pajs… il kappuċċin li jgħix għannies Patri Karmenu Aquilina magħruf fis-Siġġiewi bħala l-Pajs ma jridx jaf bi glorji iżda li jagħti ħajtu għan-nies, għal min hu fil-bżonn u ċaħad il-Jien. Sentejn u nofs ilu sar saċerdot wara 12-il sena ta' appostolat iżda qabel kien mekkanik għal rasu, għarus, għamel żmien qas bi knisja ma ried jaf fejn id-dagħa kien parti mill-vokabolarju tiegħu. Meta tilef l-imħabba talgħarusa tiegħu offra mħabbtu għal Alla u l-poplu tiegħu. Il-mod kif minn żagħżugħ ta' ftit skola rnexxielu jġib marki għolja fl-Università ra r-raġġ ta' dawl li l-Mulej riedu għalih. Il-Pajs hu patri sempliċi mimli b'għerf sempliċi li jużah biss mal-poplu t'Alla. Jara lil Knisja bħala l-poplu u l-iżbalji mill-membri tagħha mhumiex tal-Knisja iżda tal-kleru.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 5 January 2014