Illum previous editions

illum 5 January 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/236919

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 31

16 illum | Il-Ħadd 05 ta' Jannar 2014 MEDIASPOT MINN MARIO AZZOPARDI IL-PAPA, IL-METAFORA U L-AZZJONI Fl-ewwel messaġġ tiegħu għall-Milied, il-Papa Frangisku appella għallpaċi fid-dinja. Appella favur il-fqar u kkundanna d-diskimrinazzjoni u kontra is-sekulazzjoni tan-neokapitaliżmu. Imma dan diskors biss, li ma jwassal imkien. Hu diskors riċiklat minn indirizz għal ieħor li joħroġ mill-Vatikan. Jekk irid ikun effettiv, il-Papa għandu jfittex pjattaformi oħra mnejn jitkellem, pjattaformi politiċi, li jkollhom impatt dirett fuq il-politiċi tad-dinja. Id-diskors tal-ħamiem ma wassal imkien. Hi meħtieġa l-azzjoni, mhux il-metafora. Meta kien meħtieġ, Kristu ma ddejjaqx ikun politiku. Il-konfront tiegħu mal-kbarat tas-Sanhaedrin ma kienu xejn ħlief sfida politika. IL-KARNIVAL GĦAL MANDELA Bejn il-funeral u l-karnival. Politiċi dinjin għamlu kummiedja waqt il-funeral għal Nelson Mandela. Il-Prim Ministru Daniża (miżżewġa lill-iben l-eks mexxej talPartit Laburista Ingliż, Neil Kinnock), dehret marsusa bejn Barack Obama u David Cameron jiċċaċċraw quddiem il-kamera tar-ritratti, meħud mid-Daniża nnifisha bl-iPhone. Stessu (selfie) "interessanti" ta' tliet politiċi ċaċċaruni jinjoraw x'kien għaddej ad unur bniedem kbir ta' statura universali. Dawk li għandhom memorji ta' żgħożithom fissittinijiet, għexu bl-istejjer tal-Apartheid f 'moħħhom: id-diskriminazzjoni, irrazziżmu kontra s-Suwed, is-swat, il-ħabs u l-qtil, irreżistenza armata tal-African National Congress (ANC). U tiddomina kien hemm il-figura ikonika ta' Nelson Mandela (1918-2013). Bih f 'moħħha, il-ġenerazzjoni ta' wara l-gwerra ħasset sens qawwi ta' solidarjetà. U meta miet ix-xahar li għadda, ta' 95 sena, id-dinja kollha baqgħet solidali ma' x'kien ifisser Nelson (Madiba) Mandela. Minn Bono sa Muhammad Ali u l-Papa, Ir-Reġina u Barack Obama kollha ftakru fil-gwerilla li bidel lilu nnifsu minn simbolu ta' reżistenza għal wieħed ta' rikonċiljazzjoni u paċi. Minn simbolu ta' rabja u militanza fil-lotta armata, Mandela ħareġ minn 27 sena ħabs bħala profeta ta' maħfra u tama għal pajjiżu. L-Apartheid kienet tfisser firda akuta li għoddha wasslet għall-gwerra ċivili, fost protesti kbar li ta' spiss intemmew bit-tixrid taddemm. Filwaqt li l-Apartheid kienet sistema diviżiva fuq bażi ta' razza, illum wara l-mewt ta' Mandela, il-firda għandha bażi soċjoekonomika. Hemm il-firda bejn min għandu l-flus u min m'għandux; bejn min għandu x-xogħol u min hu qiegħed (l-aktar dawk ta' taħt il-25 sena). L-edukazzjoni Sud Afrikana mhijiex tirrispondi għallbżonnijiet tal-pajjiż u talħtiġijiet globali. Minkejja r-riżorsi naturali tagħha, is-Sud Afrika m'għandhiex biżżejjed potenzjal għarriżors tat-talent. Lil hinn mill-infatwazzjoni u l-emozzjoni, Mandela kellu sehem minn dan l-istat ta' fatt, bħalma kellu responsabbiltà li jindirizza kif imiss il-problema tal-AIDS. Imma minkejja l-limitazzjonijiet tiegħu, dan il-bniedem jibqa' dejjem fuq in-naħa tal-libertà. U forsi għalhekk f 'inħawi storiċi bħal Soweto, mewtu ġiet iċċelebrata biż-żfin u l-kant, f 'dak li l-BBC bdiet tirreferi għalih bħala "karnival" f 'ġieħ bniedem singulari. L-ISKANDLU TALISPJUNAĠĠ U GOETHE L-iskandlu tal-ispjunaġġ bejn il-pajjiżi (l-aktar sensazzjonali jieħu l-forma ta' spjunaġġ Amerikan kontra Angela Merkel) spiċċa bi speċi ta' apoloġija assurda u kondexxenti ta' Barack Obama, iwiegħed li l-Amerika mhux se terġa' tinterċedi l-komunikazzjoni bil-mowbajl ta' mexxej/ ja barrani/ija. Iżda skont osservaturi fil-mezzi taxxandir internazzjonali li ma tiddependix millpatrunaġġ Amerikan, Obama sempliċiment żied il-gideb mal-ispjunaġġ. Għax min se jemmnu li l-Amerika mhux se tinvadi l-privatezza talPresidenti u l-Prim Ministri Ewropej? Jekk nieħdu l-każ tal-Ġermanja biss, x'se jkunu qed jagħmlu aktar minn 500 interpretu fluwenti Jiġi żmien għ IMBIEREK dak il-bniedem li jagħraf li sar il-ħin. Għaref dak li jintebaħ li wasal. Forsi taħsbu li dan il-kliem ħadtu minn xi passaġġ mill-Bibbja. Fir-realtà, dan qalu wieħed ateu u kittieb letterarju millkbar - Jean Paul Sartre. Sartre kien xellugi iżda mhux b'għamad f'għajnejh. Bħal ħafna xellugin ta' żmienu li kellhom moħħhom miftuħ, kien kritiku ħafna tat-tmexxija komunista żbaljata ta' Moska. Bħal Enrico Berlinguer kien basar li s-soċjaliżmu tal-Ewropa tal-Lvant kien qabad it-triq tanniżla għax ma kienx qiegħed jagħraf li wasal iż-żmien. Iżżmien ta' bidliet profondi. Ma kien jiswa xejn għal Moska li tinvadi Praga jew Budapest għaliex xejn ma kien ser iżomm il-bidla li riedu n-nies. Jekk mhux illum għada. TONI ABELA Ġermaniż/a li jaħdmu għallaġenziji sigrieti tal-Istati Uniti? Dawn x'se jkunu qed jagħmlu bħala impjieg? Jaqraw u jittraduċu lil Goethe jew Hermann Hesse? Jagħmlu riċerka fuq Hitler u kif kien jispirah Wagner? Jew jistudjaw il-films ta' Inspector Rex? Hu minħabba f 'hekk, jikkummenta ġurnalista veteran mill-emisfera tan-nofsinhar paċifiku (fejn l-Awstralja nqabdet tispjuna fuq l-Indonesja) li Obama qed jigdeb, li qed iżejjen il-politika estera tiegħu b'diplomazija falza li l-Amerikani stess mhumiex japprovaw. Obama jidher li qed iqalleb f 'Macchiavelli: It-tattiċi qarrieqa tal-volpi forsi jevitaw il-vjolenza taliljun. Il-Kolp ta' M SETT BOLLI MEDJOKRI L-istaġun tal-festi għadda u ntfew id-dwal speċjali kollha. Imma s-sett tal-bolli tal-Milied għas-sena 2013 għadu jdur mad-dinja, bil-posta normali u għand il-kollezzjonisti. Dawk li lmentaw dwar il-faqar viżiv u tekniku tas-sett għandhom raġun. Ftit kien hemm bolol Maltin li niżlu f 'dan il-livell ta' medjokrità. Il-kunċett kien tajjeb: il-ħsieb ta' presepju mekkanizzat mibdi fl-1947 mill-Istitut Ġesù ta' Nażaret fiż-Żejtun, li kien jilqa' mijiet ta' orfni jesprimi sensittività reliġjo-soċjali. Imma s-sett ta' bolli jagħmel għajb lil dan il-ħsieb. Hemm ċapep ta' lwien konfużi u mingħajr definizzjoni ċara. M'hemmx iffukar u m'hemmx ċentralizzar b'mod li l-kompożizzjoni ma tikkonċentra fuq ebda aspett partikolari. Lanqas m'hemm attenzjoni għaddistribuzzjoni / bilanċ talkuluri. Seta' tqabbad fotografu professjonali biex "jikkomponi" taqsimiet mill-presepju qadim ta' Paul Pavia. Meta rajt dan is-sett "vulgari", ftakart flimpatt eleganti li kellhom is-settijiet filateliċi ta' Emvin Cremona, bil-preġju enormi tagħhom fost il-kollezzjonisti internazzjonali. Maltapost trid tara li ma naqgħux f 'dan il-livell ta' medjokrità estetika b'Malta stampata għal għajn id-dinja. FORSI ismu jfisser ftit li xejn għal bosta millqarrejja. Forsi ftit huma dawk illi jagħtu wisq każ ta' dak illi jgħid u jagħmel Sergio Marchionne, ilkap tal-grupp tal-karozzi Taljani Fiat illi twieled l-Italja imma ta' erbatax-il sena emigra mal-ġenituri tiegħu lejn il-Kanada. Hemm ħa l-edukazzjoni u ggradwa bħala avukat u accountant. Bniedem illi jpejjep bla heda u qatt ma tarah liebes ġlekk u ngravata imma dejjem jersey skur. Ismu jqajjem reazzjonijiet kuntrastanti: fl-Amerika huwa adurat mill-ħaddiema illi salvalhom xogħolhom imma fl-Italja, t-trejdunjin l-aktar militanti, il-Fiom hi f 'konflitt kontinwu miegħu. Imma wara l-kolp storiku li wettaq fl-ewwel jum tassena, ismu żgur ser jitniżżel fost dawk it-titani illi minn żmien għal żmien jidhru fuq l-orizzont, isem illi ser jibqa' assoċjat mal-mod kif ittrasforma kumpanija b'passat glorjuż għal futur inċert. Propjament mhux kumpanija waħda imma tnejn illi ser jgħaqqadhom biex ikunu f 'pożizzjoni aktar f 'saħħitha jikkompetu filfutur. Meta Marchionne laħaq kap fis-sena 2004, il-grupp Fiat kellu dak li jissejjaħ put option sabiex ibigħ is-sussidjarja tiegħu, Fiat Auto lil koloss Amerikan, General Motors illi fl-epoka kien l-akbar L-aktar l-aktar pitgħada. Iżda ż-żmien jiknes lil min ma jagħrfux. Dan rajnieh diversi drabi f'pajjiżna u erġajna rajnieh riċentament. Din issena ser tkun fost l-oħrajn sena ta' tibdiliet, dejjem jekk isiru. Fil-fatt jekk nagħmlu analiżi ta' x'ġara s-sena l-oħra għandna nintebħu li prova kemm prova jagħmel suċċessi fil-qasam JOE ELLIS manifattur tal-karozzi fiddinja. L-idea oriġinali kienet illi Fiat Auto tiġi integrata mal-friegħi Ewropej ta' GM, Opel u Vauxhall sabiex jiġu sfruttati dak illi jissejħu s-sinerġiji bejn l-entitajiet produttivi differenti kif ukoll l-ekonomiji tal-iskala: għax biex wieħed jagħti eżempju, altru tixtri ħġieġ għal 2 miljuni karozza u altru tixtri għal 4 miljuni. Barra minn hekk, min jagħmel ilkarozzi jista' jiffranka ħafna jekk ikollu chassis komuni għal mudelli differenti: ftit jirrealizzaw illi l-mudelli talVolkswagen, Seat, Skoda, u Audi spiss jinbnew fuq chassis komuni peress illi dawn id-ditti llum ilkoll jiffurmaw parti mill-akbar manufattur tal-karozzi Ewropew, il-grupp Volkswagen. Imma din il-viżjoni ma setgħetx titwettaq għaliex Fiat kienet f 'qagħda finanzjarja mwiergħa u kien beda jberraq anke għal GM. Ma kienx l-ewwel żwieġ ta' Fiat illi ma seħħx: spiss kien isir diskors ta' għaqda mal-grupp Peugeot imma din l-għaqda

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 5 January 2014