Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/236919
8 illum | Il-Ħadd 05 ta' Jannar 2014 Il-Kunsill tal-Kalkara ilu Il-Maltin ottimisti għall-2014 sena ma jtella' l-minuti Tkompli minn paġna 1 ILLUM hi infurmata li l-kunsilli tal-Gżira u tasSannat ilhom aktar minn seba' xhur ma jtellgħu l-minuti tal-laqgħat, jiġifieri minn Mejju 2013. Isegwu l-kunsilli ta' San Pawl il-Baħar u x-Xewkija, bl-aħħar minuti ppubblikati online ikunu t'Awwissu 2013. Interessanti l-fatt li ma sibna l-ebda rekord online ta' minuti li ttieħdu matul l-2013 tal-Kunsill Lokali tal-Kalkara. L-aħħar minuti reġistrati fuq l-internet kienu ta' Diċembru 2012. Kienet l-aħħar amministrazzjoni Nazzjonalista li wara proċess ta' konsultazzjoni, f 'April tal-2009 kienet preżentat aktar minn 120 proposta biex iġeddu u jsaħħu l-operat tal-kunsilli. Id-dokument, bl-isem 'Biex il-Kunsill jagħtik l-aqwa servizz' jgħid li l-minuti għandhom jitpoġġew fis-sit elettroniku tal-Kunsill "fi żmien mhux aktar minn jumejn ta' xogħol minn meta jiġu approvati." Il-maġġoranza tal-kunsilli kienu aġġornati bil-minuti ta' Novembru. Saħansitra erba' kunsilli (Bormla, Floriana, Mosta u Għargħur) kellhom imtellgħin il-minuti ta' Diċembru. Iżda disa' kunsilli oħra ilhom ma jaġġornaw ilminuti minn Settembru. Dawn jinkludu l-kunsilli tas-Siġġiewi, Valletta, Luqa, Safi, Żurrieq, Marsaxlokk, Mtarfa, San Ġiljan, u tal- Pietà. Fl-aħħar snin, il-Partit Laburista ddikjara ruħu favur ma' aktar servizzi online tal-kunsill u ħareġ ukoll bi proposti simili, fosthom il-wegħda li l-laqgħat ikunu mxandra direttament fuq l-internet, xi ħaġa li diġà bdiet titħaddem minn uħud millkunsilli. Programm Ġenerali Solidarjeta` u Ġestjoni ta' Migrazzjoni (2007 – 2013) Din is-sejha ghall-Offerti hija parzjalment iffinanzjata mill-Unjoni Ewropea Fond għall-Fruntieri Esterni (FFE) Rata ta' kofinanzjament: 75% Fondi UE: 25% Fondi mill- Benefiċjarju Ġestjoni Sostenibbli ta' Migrazzjoni IL-MALTIN u l-Għawdxin huma t-tieni l-iktar poplu Ewropew li huwa ottimist dwar kif se tmur l-ekonomija matul is-sena li għadha kif bdiet u dwar kif se tkun is-sitwazzjoni tal-impjiegi t-tnax-il xahar li ġejjin. Minn stħarriġ tal-opinjoni pubblika li sar fil-pajjiżi membri kollha tal-UE, jirriżulta li 42% tal-Maltin u l-Għawdxin qed jistennew li s-sitwazzjoni ekonomika fl-2014 tmur għall-aħjar. L-ottimiżmu fost il-Maltin u l-Għawdxin dwar il-futur ekonomiku huwa d-doppju ta' dak medja fl-UE kollha. Mal-35% tal-Maltin u l-Għawdxin huma tal-fehma li s-sitwazzjoni ekonomika se tibqa l-istess. 7% biss jemmnu li l-ekonomija se tmur għall-agħar. L-inqas poplu ottimist fl-UE dwar l-ekonomija, huma ċ-Ċiprijotti. Min-naħa l-oħra 39% talMaltin u l-Għawdxin qed jistennew li s-sitwazzjoni tal-impjiegi f 'pajjiżna fl-2014 tmur għall-aħjar. L-ottimiżmu fost il-Maltin u l-Għawdxin dwar il-futur tal-impjiegi huwa wkoll id-doppju ta' dak medja fl-UE kollha. F'pajjiżna 34% jemmnu li fis-sena li għadha kif bdiet, is-sitwazzjoni filqasam tal-impjiegi se tibqa' l-istess waqt li 9% jemmnu li se tmur għall-agħar. Anki dwar il-futur tal-impjiegi, l-inqas ottimisti huma ċ-Ċiprijotti. Fl-UE kollha huwa biss fost id-Daniżi li l-ottimiżmu dwar il-futur tal-ekonomija u tal-impjiegi għall-2014, huwa iktar qawwi minn kemm huwa fost il-Maltin u l-Għawdxin. L-istħarriġ tal-opinjoni pubblika tal-UE iqajjem mistoqsijiet dwar ilkritika li saret mill-Partit Nazzjonalista, b'mod partikolari mill-Kap talOppożizzjoni Simon Busuttil, fl-aħħar ġimgħat wara li kien ippreżentat il-baġit. U dan għaliex fl-istess ħin li matul Novembru, Busuttil kien għaddej bi kritika qawwija kontra l-gvern dwar il-baġit, l-ekonomija u x-xogħol, mhux tal-istess fehma tiegħu kienu l-maġġoranza tal-Maltin u l-Għawdxin li f 'Novembru wkoll, wieġbu għall-istħarriġ tal-UE. Fil-fatt 71% wieġbu li għalihom fiż-żmien li kien ippreżentat il-baġit, l-ekonomija kienet sejra pjuttost tajjeb jew tajjeb ħafna, 72% wieġbu li s-sitwazzjoni tal-impjieg tagħhom kienet pjuttost tajba jew tajba ħafna waqt li 75% iddeskrivew is-sitwazzjoni finanzjarja tal-familja tagħhom bħala pjuttost tajba jew tajba ħafna. Skont l-istħarriġ talUE, l-ikbar problema li qed iħabbat wiċċu magħha pajjiżna hija dik tal-immigrazzjoni. 63% tal-Maltin u l-Għawdxin iħarsu lejn l-immigrazzjoni bħala l-ikbar problema għal pajjiżna, ħames darbiet iktar mill-medja tal-UE. F'sitt xhur il-Maltin u l-Għawdxin imħassba dwar l-immigrazzjoni żdiedu bi 30%.