Illum previous editions

illum 12 January 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/240184

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

€0.90 Call us on 99860983 Or visit our website www.tadernis.com 12 ta' Jannar 2014 • Nr 377 Lura għar-rotot ta' qabel l-Arriva JAMES J. PISCOPO jpiscopo@mediatoday.com.mt IR-ROTOT il-ġodda li l-Gvern beħsiebu jdaħħal mal-operatur il-ġdid se jkunu bbażati fuq kif kienu r-rotot ta' qabel ma ġiet l-Arriva. Waqt intervista ma' din il-gazzetta, il-Ministru għatTrasport Joe Mizzi qal li r-rotot inħadmu wara xhur ta' konsultazzjoni mal-pubbliku u mal-Kunsilli Lokali, u li dan kien eżatt dak li riedu: ir-rotot kif kienu qabel. Joe Mizzi qal li ovvjament kien hemm xi tibdil u aġġustamenti biex ir-rotot ikopru wkoll żoni oħra li żviluppaw fl-aħħar snin u biex jindirizzaw ċirkustanzi li nbiddlu. "Mhux se jkollok tmur għoxrin lokalità oħra sakemm tasal il-Belt: titla' minn hawn, tieqaf hemm, terġa' taqbad dik… Malta ma tistax taħdem hekk, f 'każi speċifiċi biss jistgħu jaħdmu b'dan il-mod. Kif tista' tispjega anzjan li biex imur salBelt irid jieqaf Bormla, Raħal Ġdid, Ħal Qormi, imbagħad xi darba jasal il-Belt? Anke lili diffiċli tfehemieli!" qal Mizzi. Dan jindika li l-Belt se terġa' tiġi fiċ-ċentru tar-rotot. Mistoqsi jekk dan ifissirx ukoll ir-ritorn tal-vendi, Mizzi kien kawt u qal li dan skont x'tifhem bil-kunċett tal-vendi. Ir-rotot eventwalment ikunu diskussa mal-operatur li se jieħu post l-Arriva, bilMinistru jgħid li hu lest jilqa' s-suġġerimenti tagħhom jekk dawn iżidu l-effiċjenza bejn ir-rotot. Il-Ministru għat-Trasport iċċara li kif jgħaddi ż-żmien u s-servizz eventwalment jitjieb, jkun hemm lok għal aktar rotot imma ma jistax jidħol kollox f 'daqqa. "Waħda mir-raġuni li fallew ċertu affarijiet fil-passat kien li daħal kollox f 'daqqa. Dan mhux possibbli." Waqt l-istess intervista, Mizzi qal ukoll li hu ma riedx jiret il-bendy buses, imma meta sab li baqgħu fuq il-kotba ta' Transport Malta ddeċieda li dawn jinbiegħu barra minn xtutna, u eskluda li jintużaw fit-toroq Maltin. Qal ukoll li beħsiebu jdaħħal sistema fejn il-biljetti jinxtraw minn qabel u mhux minn fuq tal-linja, biex ma jkunx ikkawżat dewmien bla bżonn waqt il-vjaġġ. Rigward il-biljetti, hu qal li s-sistema tal-biljetti trid tiġi diskussa mal-operatur ilġdid iżda m'eskludiex li jerġa' jirritorna l-'One trip ticket', b'Mizzi jsemmi għal diversi drabi l-importanza tal-aspett soċjali fit-trasport pubbliku. Ara l-intervista paġna 14 Numru ta' astensjonijiet għall-kandidatura ta' Norman Vella jccilia@mediatoday.com.mt IL-GAZZETTA ILLUM tista' tiżvela li l-Ġimgħa filgħaxija numru mdaqqas ta' membri tal-Kumitat Eżekuttiv talPartit Nazzjonalista astjenew fil-każ tal-kandidatura ta' Norman Vella. Norman Vella Sorsi li tkellmu ma' din ilgazzetta qalu li mhux kulħadd spjega r-raġuni għalfejn astjena. "Madankollu, kien hemm min qal li lil Norman Vella ma jafux biżżejjed u allura għażel li jastjeni." Mhux mifhum x'seta' wassal għal dawn l-astensjonijiet fi ħdan il-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista. Dan ikompli juri l-inċertezzi li hemm marbuta mal-kandidatura tiegħu. Vella għandu 37 sena u jaħdem bħala Uffiċjal talImmigrazzjoni. Fl-aħħar snin Norman kien sekondat mal-PBS u ħadem bħala ġurnalist u pproduċa numru ta' programmi flimkien malWhere's Everybody?. Kien ukoll preżentatur tal-programm TVHemm fuq PBS. Huwa gradwat fl-Istudji Soċjali u r-Relazzjonijiet Industrijali. Intant, il-preżentatur u membru tal-Kumitat Eżekuttiv tal-PN, Jean Claude Micallef, jinsab iddispjaċut u rrabjat għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li rrifjutat il-kandidatura tiegħu. Ikompli f'paġna 3 Ara paġna 4 NEWSPAPER POST JEROME CARUANA CILIA

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 January 2014