Illum previous editions

illum 12 January 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/240184

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 35

2 illum | Il-Ħadd 12 ta' Jannar 2014 SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 CHEMIMART Ltd., 14, Triq Sant'Anna, Floriana BROWN'S Pharmacy, 706, Triq il-Kbira San Ġużepp, Ħamrun FATIMA Pharmacy, Triq iż-Żonqor, Santa Venera PHARMAPLUS, Triq Ganu, Birkirkara PHARMALAND Dispensers, 5, Tagliaferro Mansions,Triq il-Principessa Margerita, Ta' Xbiex MARC Pharmacy, 92, Triq il-Mensija, San Ġwann STELLA Maris Pharmacy, 34, Milner Street, Sliema BALZAN Pharmacy, 70, Triq San Frangisk, Balzan ST. Albert Pharmacy, Triq l-Oratorju, Għargħur VILLAGE Pharmacy, Main Street, Mellieħa BROWN'S Paola Square Pharmacy, 64/65, Pjazza Antoine De Paule (previously "Agius Pharmacy"), Paola VERDALA Pharmacy, 57, Triq il-Gendus, Bormla ST. James Pharmacy, 1, Misraħ San Ġakbu, Żabbar ST. Philip Pharmacy, Triq iċ-Ċeppun, Għaxaq QRENDI Pharmacy, 6, Triq il-Kbira, Qrendi SPIŻERIJA Ħal-Mula, Triq Dun Salv Ciappara, Żebbuġ CENTRAL Pharmacy, Triq Għajn Qajjet, Rabat BATU Pharmacy, 38, Triq Palma, Victoria LAURETANA Pharmacy, 36, Triq l-Imgarr, Għajnsielem F'Settembru d-direttur tal-kunsilli kien diġà ntalab biex jassigura li jsiru l-aġġornamenti fuq is-siti elettroniċi JAMES J. PISCOPO jpiscopo@mediatoday.com.mt www.gozochannel.com TEMP GĦADA TEMP ILLUM L-OGĦLA L-INQAS TEMP VIŻIBILTA' RIĦ BAĦAR: 18˚Ċ 13˚Ċ Ftit jew wisq imsaħħab, li jsir il-biċċa l-kbira msaħħab b'ħalbiet tax-xita li jistgħu jkunu bir-ragħad f'xi nħawi iktar tard. Tajba minbarra f'xi ħalbiet tax-xita L-iktar min-Nofsinhar forza 3 għal 4 lokalment forza 2 għal 3, li jsir varjabbli l-iktar mil-Lvant. Ħafif għal moderat L-OGĦLA L-INQAS TEMP 16˚Ċ 12˚Ċ Imsaħħab b'ħalbiet tax-xita li jistgħu jkunu bir-ragħad f'xi nħawi kultant, li jsir ftit jew wisq imsaħħab b'ħalbiet tax-xita iżolati. VIŻIBILITÀ: Tajba minbarra f'xi ħalbiet taxxita RIĦ Varjabbli forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 kultant ikun forza 4, li jdur mill-Majjistral. Lejn il-Grigal tal-inħawi: idur mill-Grigal. SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun pubblikata nhar il-Ħadd li ġej. WARA li l-ILLUM żvelat kif 20 Kunsill Lokali ilhom xhur ma jaġġornaw ilminuti online, irriżulta li l-Bord ta' Governanza Lokali kien diġà talab liddirettur tal-kunsilli biex jieħu l-passi neċessarji xhur ilu. Minn korrispondenza li qed tippubblika din il-gazzetta, f 'Settembru d-direttur tal-kunsilli kien diġà ntalab biex jassigura li jsiru l-aġġornamenti fuq is-siti elettroniċi biex ikunu konformi mal-liġi. Minkejja dan, l-appell waqa' fuq widnejn torox u ma ngħatat l-ebda risposta. Wara l-appell li sar fil-11 ta' Settembru, il-Bord ta' Governanza Lokali reġa' fakkar lid-direttur fl-4 ta' Diċembru. Xahar wara, minn stħarriġ li għamlet din il-gazzetta jirriżulta li disa' kunsilli kienu ilhom ma jtellgħu l-minuti minn Settembru, żewġ kunsilli minn Awwissu, tnejn oħra minn Mejju u saħansitra erba' kunsilli minn Frar 2013. Mill-istess stħarriġ, ilkunsill tal-Kalkara ma tella' l-ebda minuti fuq is-sit tiegħu matul l-2013. Ġimgħa wara li dehret l-istorja, ilkunsill Kalkariż għadu ma ħax passi f 'dan ir-rigward. Dan jista' jkun indikazzjoni tan-nuqqas ta' infurzar li jeżisti fuq il-kunsilli li mhumiex konformi mal-liġi. Dan minkejja li l-maġġoranza tal-kunsilli qed jaġġornaw il-minuti kif inhu mitlub. Mitlub jikkummenta dwar li d-direttur tal-kunsilli ma ħax passi wara t-talba talbord tal-governanza lokali, kelliem għas-Segretarjat Parlamentari għall-Kunsilli Lokali qal li mhumiex se jittieħdu passi fil-konfront tiegħu "għax fl-aħħar disa' xhur, il-Ministeru ħa attitudni kawta fir-rigward tal-Kunsilli Lokali." "Fejn kien hemm instanzi li s-soltu l-kunsilli jiġu ordnati jħallsu l-multi millbaġit finanzjarju tagħhom, din l-amministrazzjoni tat iċ-ċans biex qabel jittieħdu passi drastiċi tiġi rrimedjata s-sitwazzjoni. Dan sakemm mad-Dipartiment jiġi rriformat biex jirrifletti l-ħtiġijiet tal-kunsilli lokali tal-lum." Però l-kelliem sostna li l-proċess ta' ristrutturar irid "jassigura li affarijiet bħal dawn ma jibqgħux jiġru." Hu ta x'jifhem li minn issa 'l quddiem każijiet simili mhux se jkunu ttollerati. "Id-Direttur tal-Gvern Lokali ġie ordnat misSegretarju Parlamentari li fejn ikun hemm nuqqasijiet li huma riżultat ta' negliġenza mis-Segretarji Eżekuttivi jittieħdu passi dixxiplinarji. Fejn jirriżulta li n-nuqqas ġej mid-deċiżjoni żbaljata talKunsill, il-Kunsill inkwistjoni se jibda jeħel penali skont il-liġi," qal Josè Herrera. Waqt seminar organizzat mill-Partit Nazzjonalista fit-23 ta' Novembru li għadda, iċ-ċermen talbord tal-governanza Joe Mifsud kien irrapportat jgħid li miżuri biex iżidu t-trasparenza tal-kunsilli huma inkoraġġuti, fosthom il-miżura li kull laqgħa tibda tiġi trażmessa live fuq l-internet. Madankollu hu kien qal li daqstant ieħor kien importanti l-infurzar ta' miżuri li diġà huma fis-seħħ, fosthom it-tqegħid tal-minuti online. L-artiklu tal-ġimgħa l-oħra kien jgħid li l-maġġoranza tal-kunsilli kienu konformi mal-liġi u li erba' kunsilli saħansitra kellhom il-minuti ta' Diċembru. Kienu bosta s-sindki li kkuntattjaw lil din il-gazzetta li qalu kif il-minuti ta' Diċembru jkunu approvati biss f 'Jannar, li tqajjem ilmistoqsija dwar il-'validità legali' ta' minuti online mhux approvati. Madankollu kelliem għall-governanza lokali qal li personalment ma kellux problema b'dawn il-minuti sakemm ikun hemm kunsens fuq il-kontenut. Is-sostenibbilità tal-pensjonijiet 73 25 39 79 27 46 47 4 Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda Il-Bord ta' Governanza Lokali injorat dwar il-minuti tal-kunsilli WARA biss ftit xhur filGvern, twaqqaf il-Pensions' Strategy Group li qed ifassal strateġija li se tkun qed tindirizza l-adegwatezza u s-sostenibbiltà talpensjonijiet. Dan il-Pensions' Strategy Group għandu l-kompitu li jissottometti rapport dwar dawn ilkwistjonijiet sa Settembru ta' din is-sena. Fi ħdan l-istess grupp ta' strateġija twaqqaf grupp ta' ħidma li għamel irrakomandazzjonijiet tiegħu dwar l-introduzzjoni tat-third pillar pensions u l-Gvern se jkun qed jikkonsulta qabel ma jdaħħal inċentivi fiskali għat-third pillar pensions. Huwa stmat li fl-ewwel sena mid-dħul tagħhom, l-inċentivi se jiġu jiswew mal-1.5 miljun ewro. Il-gazzetta ILLUM tista' tiżvela l-membri kollha ta' dan il-grupp strateġiku. Iċ-ċermen huwa s-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru tal-Familja u s-Solidarjetà Soċjali, Mark Musu. Il-membri l-oħra huma Alfred Camilleri, Joe Camilleri, Godwin Mifsud, Aaron Grech, Maya Mijanic Brinkworth, Etienne Caruana, Anthony Cristina, Joe Cachia, Jack Calamatta, Edward Buttigieg u David Spiteri Gingell.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 January 2014