Illum previous editions

illum 12 January 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/240184

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 35

Il-Ħadd 12 ta' Jannar 2014 | illum 3 Sitt darbiet iktar f'encroachments fil-kampanja elettorali IN-NUMRU ta' encroachments mogħtija fl-eqqel tal-aħħar kampanja elettorali minn gvern Nazzjonalista kien kważi sitt darbiet ikbar minn kemm ingħataw encroachments fl-istess perjodu tas-sena ta' qabel. L-encroachments jingħataw biex art pubblika tgħaddi f'idejn il-privat. ILLUM għandu f'idejh informazzjoni li tikkonferma li waqt li mill-1 ta' Jannar sat-8 ta' Marzu tas-sena li għaddiet, fl-eqqel tal-kampanja elettorali, ingħataw mija u ħmistax l-encroachments midDipartiment tal-Artijiet, dak iż-żmien taħt ir-responsabbilità politika tal-eks Ministru Jason Azzopardi, fl-istess perjodu tassena ta' qabel, l-2012, ingħataw biss 20 encroachment. Dan ifisser li waqt li bejn Jannar u l-bidu ta' Marzu tal2013, matul l-aħħar kampanja elettorali, ingħataw medja ta' żewġ encroachments kuljum, fl-2012 matul l-istess perjodu ngħata encroachment wieħed kull tlett ijiem. Dawn id-dettalji li għandu f'idejh ILLUM imorru kontra d-dikjarazzjonijiet li għamel fl-aħħar ġimgħat l-eks Ministru Jason Azzopardi. Fi tmiem Novembru fi stqarrija Azzopardi kien iddikjara li mhux minnu li fl-ewwel ftit ġimgħat tal2013, qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali, ingħataw iktar minn mitt encroachment. Il-fatti iżda juru li fil-fatt ingħataw 115-il encroachment. Fl-istess ħin f'nofs Diċembru f'artiklu f'In-Nazzjon, waqt li ħassu komdu jikkwota lil Adolf Hitler, Azzopardi qal li l-permessi għall-encroachments joħorġu kull sena b'mod awtomatiku. Din id-dikjarazzjoni iżda ma treġix quddiem il-fatt li n-numru ta' encroachments Ikompli minn paġna 1 F'KUMMENTI li ta lil din ilgazzetta ftit tal-mumenti wara li spiċċat il-laqgħa tal-eżekuttiv tal-PN, Jean Claude Micallef qal li permezz ta' din l-azzjoni l-partit bagħat messaġġ. "Messaġġ illi jinftiehem ċar lil dawk in-Nazzjonalisti sinċiera u lil dawk in-nies kollha li għal prinċipji tagħhom lesti li jissagrifikaw kemm ħajjithom, iżda wkoll jiddedikaw ħinhom u flushom." "Bla dubju ta' xejn ma kinitx deċiżjoni tiegħi, iżda tal-kap talpartit illi wieħed irid jara x'tip ta' deċiżjoni hi," sostna Micallef. Mistoqsi dwar id-deċiżjoni tal-Kummissjoni u jekk kienx hemm xi nuqqas ta' qbil dwar ċerta kwistjonijiet, hu sostna li l-lealtà u l-irġulija tiegħu tibqa' dejjem lejn il-Partit Nazzjonalista. "Jekk din hija deċiżjoni tajba se jsarrafha tajjeb il-Kap, però jekk hi deċiżjoni ħażina se jħallas għaliha." Dwar il-futur tiegħu fil-Partit Nazzjonalista, Micallef qal li "dawk in-Nazzjonalisti li vvutawli biex inkun membru tal-eżekuttiv tal-PN, jaraw li għandi jkolli futur politiku. L-erba' min-nies li ġew magħżula mill-Kap filKummissjoni, jaħsbu li għandi futur differenti." "Min-naħa tiegħi dejjem kont, għadni u nibqa' l-persuna tannies," temm jgħid Micallef. F'laqgħa li saret il-Ġimgħa filgħaxija, il-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista b'kollox approva tliet kandidati għallelezzjonijiet tal-Parlament Ewropew li se ssir nhar mogħtija fl-eqqel tal-aħħar kampanja elettorali kien kważi sitt darbiet ikbar minn kemm ingħataw fl-istess perjodu tassena ta' qabel. L-għoti tal-encroachments fl-eqqel tal-kampanja elettorali baqa' għaddej sal-aħħar, tant li fl-aħħar 48 siegħa ta' qabel l-elezzjoni ġenerali, fis-7 u fit-8 ta' Marzu 2013, ingħataw erba' encroachments. Fost il-lokalitajiet fejn ingħataw l-encroachments matul l-aħħar kampanja elettorali, hemm lokalitajiet li jagħmlu parti miż-żewġ distretti li l-eks Ministru Jason Azzopardi kkontesta bħal Marsa, Santa Luċija, Ħal Tarxien, Raħal Ġdid, Marsaxlokk u Birżebbuġa. Iktar minn 40 encroachment ingħataw f'Għawdex, fejn fl-aħħar elezzjoni l-Partit Nazzjonalista kien qed iħabbat wiċċu ma' problemi kbar ta' telfien ta' appoġġ. L-għoti tal-encroachments fl-eqqel tal-kampanja elettorali baqa' għaddej salaħħar, tant li fl-aħħar 48 siegħa ta' qabel l-elezzjoni ġenerali, fis-7 u fit-8 ta' Marzu 2013, ingħataw erba' encroachments Diżappunt għal Jean Claude Micallef "Jien persuna tan-nies" is-Sibt, 24 ta' Mejju. B'hekk it-tim ta' kandidati li qegħdin jikkontestaw l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew f'isem il-Partit Nazzjonalista issa huwa ffurmat minn 11-il kandidat. Kelliem għall-Partit Nazzjonalista qal li l-lista ta' kandidati għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew mhix magħluqa. Hu kkonferma wkoll li bħalissa m'hemm l-ebda individwu li l-kummissjoni għall-għażla tal-kandidati qed tanalizza. It-tliet kandidati li ġew approvati l-Ġimgħa huma Ray Bugeja, Norman Vella u Francis Zammit Dimech. Dawn se jingħaqdu mal-lista ta' tmien kandidati oħra, li huma David Casa u Roberta Metsola bħala l-Ewro Parlamentari li diġà huma eletti f'isem il-Partit Nazzjonalista, u l-kandidati Therese Comodini Cachia, Kevin Cutajar, Helga Ellul, Stefano Mallia, Kevin Plumpton u Jonathan Shaw. Il-lista ta' kandidati tal-PN tidher li hi mżewqa b'individwi b'ħiliet varji. Hemm taħlita ta' kandidati, b'uħud ġodda u oħrajn b'esperjenza fil-politika, nisa kapaċi u persuni li ġejjin minn setturi differenti tal-ħajja. Diversi opinjonisti esprimew li din il-lista tal-PN hi bilanċjata u waħda b'saħħitha. Bħalma ġara fil-każ tal-ewwel tmien kandidati li ġew approvati mill-Kumitat Eżekuttiv, l-għażla ta' kandidati saret wara li l-Kummissjoni li ġiet imwaqqfa f'Ġunju 2013 u li hija mmexxija mill-eks Kummissarju Ewropew Joe Borg, għamlet ir-rakkomandazzjonijiet tagħha lill-Kunsill Amministrattiv u lill-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 January 2014