Illum previous editions

illum 12 January 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/240184

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 35

4 illum | Il-Ħadd 12 ta' Jannar 2014 Tfajla rrappurtata nieqsa MARIAH Catania ta' 15-il sena kienet irrappurtata nieqsa l-Ġimgħa 10 ta' Jannar. Hi dehret l-aħħar għal ħabta tal-4.20pm ġewwa l-Ħamrun. Hi kienet liebsa flokk iswed u qalziet griż. Mariah għandha xagħarha bil-malji u highlights ħomor. Kull min għandu xi informazzjoni dwar Mariah Catania mitlub jgħaddiha lill-Pulizija, anke b'mod kunfidenzjali, fuq in-numru 2122 4001 jew fl-eqreb għassa tal-Pulizija. Tmien proġetti fl-2012... Spiża żejda ta' eluf ta' ewro FUQ tmien proġetti li saru minn gvern Nazzjonalista fl-2012 f 'żoni turistiċi differenti, intefqu €218,000 iktar minn kemm kien ippjanat oriġinarjament. Fir-rapport annwali tiegħu l-Awditur Ġenerali jgħid li dawn il-proġetti għaddew minn tibdil mhux ippjanat u minn żidiet fix-xogħol iktar milli kien imfassal oriġinarjament. Dan kollu fi kliem l-Awditur jista' jwassal għal nuqqas ta' trasparenza u kompetizzjoni mhux ġusta. Il-proġetti analizzati mill-Awditur saru fillokalitajiet ta' San Pawl il-Baħar, Paceville, San Ġiljan, is-Swieqi, tas-Sliema u Marsaxlokk. Iż-żieda flispejjeż fuq dawn il-proġetti minn kemm kien ippjanat oriġinarjament kienet tvarja minn ftit inqas minn €2,000 għal kważi €65,000. Fuq proġett partikolari f 'tas-Sliema ntefqu kważi 60% iktar minn kemm kien mistenni. L-Awditur isemmi kif fuq il-proġett tal-water park f 'San Pawl il-Baħar intefqu mas-€37,000 iktar minn kemm suppost għaliex saru oġġezzjonijiet minn sidien ta' numru ta' "Il-Ministeru ta' George Pullicino kellu jagħmel ippjanar adekwat u jidħol fi proċess ta' konsultazzjoni" boathouses fl-inħawi, li wasslu għal tibdil fil-pjanti. L-Awditur ikkumenta li qabel ma sar proġett bħal dan, il-Ministeru ta' George Pullicino kellu jagħmel ippjanar adekwat u jidħol fi proċess ta' konsultazzjoni. Proġett ieħor li jsemmi l-Awditur huwa dak ta' pavimentar f 'Paceville. Wara li ngħata t-tender għal dan il-proġett, saret talba minn xi sidien ta' ħwienet biex il- proġett jinfirex għal inħawi ġodda. Id-Dipartiment tal-Kuntratti ma qabilx li japprova żieda ta' €60,000 fl-ispiża u qal li f 'dak il-każ, kellha terġa' ssir sejħa għallofferti għal dan ix-xogħol ġdid. Iżda l-Ministeru ta' George Pullicino ngħata permess mill-Ministeru ta' Tonio Fenech biex jagħti x-xogħol il-ġdid permezz ta' direct order. L-Awditur jgħid ukoll li LAQGĦA TA' KONSULTAZZJONI PUBBLIKA b'rabta ma' l-Istudju dwar l-Impatt Ambjentali dwar proġett ieħor f 'tas-Sliema spiċċa sewa mal-€50,000 iktar wara nuqqas ta' kordinazzjoni u ppjanar bejn il-Ministeru ta' George Pullicino u Transport Malta. Dan fl-istess ħin li sa sitt xhur wara li l-proġett kien lest, kienu għadhom ma nkisbux l-approvazzjonijiet neċessarji biex ikunu jistgħu jsiru dawn il-ħlasijiet żejda. Fl-istħarriġ tiegħu l-Awditur sab ukoll li kumpanija partikolari li tipprovdi l-konkos kellha titħallas €52 għal kull metru kubu iżda f 'nota interna mqassma fil-Ministeru ta' George Pullicino ntqal li l-ħlas lil din il-kumpanija kellu jkun ta' €54 għal kull metru kubu, bilkonsegwenza li tħallsu €1,300 iktar minn kemm kien dovut lil din ilkumpanija. Fuq proġett partikolari minkejja li ntuża materjal ta' kwalità inferjuri, ma ttieħdu ebda passi mill-Ministeru ta' George Pullicino. L-Awditur jgħid li din l-attitudni tibgħat messaġġ favur l-użu ta' materjal inferjuri fi proġetti pubbliċi, waqt li tista' jwassal għal spejjeż żejda minħabba li x-xogħol ikollu jerġa' jsir mill-ġdid. L-Awditur isemmi wkoll kif fuq proġett fis-Swieqi, skont il-kuntratt tax-xogħol li kien qed isir, kellha tkun imposta penali ta' €2,500 fuq kuntrattur partikolari talli lesta x-xogħol għaxart ijiem tard. Minn dan kollu l-Ministeru ta' George Pullicino baqa' ma ħa ebda passi.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 January 2014