Illum previous editions

illum 12 January 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/240184

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 35

ux kollox Il-Ħadd 12 ta' Jannar 2014 | illum 19 wieħed li jesprimi dulur ma' moviment minn xi waħda mill-Opri ta' Verdi. Mhux biss moħħhom hemm iżda anke qalbhom. Iżda nara ħaġa oħra. Fost il-membri tal-orkestra jidher li hemm xi barranin. Issa jiena ma nafx jekk humiex ċittadini iżda jekk mhumiex hija ħasra kbira. Qiegħed ngħid hekk għaliex iċ-ċittadinanza ġġib magħha mhux il-flus biss iżda valur li ma għandhux valur monitarju: dak tat-talenti. F'pajjiżi barra minn Malta dan l-element l-aktar li jispikka huwa fil-kamp kalċistiku. F'timijiet tal-futbol nazzjonali, li sa ftit ilu ma konniex noħolmu li naraw persuni suwed, illum nisimgħu bi plejers b'kunjomijiet Afrikani, Asjatiċi u oħrajn. Qiegħed nagħmel din l-osservazzjoni fid-dawl taddiskussjonijiet u kontroversji dwar l-identità u ċittadinanza Maltija. Sa issa d-diskussjoni bħal donnha kkonċentrat fuq fatturi materjali. Kemm ser iħallsu, kemm ser jonfqu, kemm ser jinvestu u dejjem f'termini monitarji. Għalkemm irrid ngħid li fl-verżjoni tal-iskema, il-Prim Ministru kien qal, li dak li huwa importanti mhux il-flus biss iżda l-valur miżjud li dawn in-nies ser iġibu lejn il-gżira. Irrid inkun ġust ma' min nebbaħni nikteb dan l-artiklu. Kultant dawk li lanqas jidhru jkollom ideat li tista' taqbel jew ma taqbilx magħhom iżda jkunu jagħmlu sens jew ta' min jagħtihom ftit ħsieb. Dan il-ħabib tiegħi lili osservali li baqa' mistagħġeb bl-argumenti li ħarġet bihom l-Oppożizzjoni b'reazzjoni għall-proposti talGvern. Qalli li kien qiegħed jaħseb li l-Oppożizzjoni kienet ser tkun aktar astuta billi torbot is-suġġett mhux ma' kunsiderazzjonijiet materjali biss. Ħaseb, li l-Oppożizzjoni kienet ser tagħmel referenza għall-ħiliet u għerf li tista' ġġib persuna jekk tintrabat maċ-ċittadinanza. Dan ma għamlitux. Il-ħabib tiegħi għandu raġun. Għaliex ma naħsbux ukoll f'termini ta' riżorsi umani u kapaċitajiet li persuna tista' ġġibilna jekk nagħtuha ċ-ċittadinanza? Ejja ngħidu persuna li rebħet il-premju Nobel għax-xjenza jew ekonomija jew tal-letteratura, u tkun lesta li tagħti s-servizzi tagħha jekk noffrulha ċ-ċittadinanza iżda mhux lesta tħallas għaliha, x'ser tkun ilpożizzjoni? Ngħidulha le, għax m'għandhiex flus jew ma tħossx li għandha tħallas? Meta jkollok ċittadini bħal dawn għandek il-possibbiltà li jkunu jistgħu joffru s-servizzi tagħhom bħal kull ċittadin ieħor mingħajr restrizzjonijiet. Mhux lilkom il-qarrejja li bqajtu ssegwuni għaliex kieku żgur li ilni li waqaft mill-kitba. L-ewwel artiklu li ktibt ħames snin ilu kien dwar il-qagħda fil-Lvant Nofsani u t-taħdidiet bejn il-Lhud u l-Palestinjani. Dak iż-żmien, l-armata Iżraeljana kienet qed tinvadi l-Istrixxa ta' Gaża sabiex tagħti lezzjoni lil Ħamas wara illi xi rockets ġew sparati minn Gaza lejn Iżrael. Iżrael kien telaq mill-Istrixxa ta' Gaza xi erba' snin qabel u Gaża kienet spiċċat titmexxa mill-partit Islamista ta' Ħamas illi kien ferm aktar iebes lejn Iżrael. L-armata Iżraeljana ġiet akkużata illi wettqet bosta delitti tal-gwerra f 'din l-azzjoni, inkluż l-isparar ta' bombi tal-fosforu. Kont ktibt hekk: "Tmien snin ilu l-affarijiet kienu differenti. Bill Clinton kien qed iqatta' l-aħħar jiem bħala President Amerikan, Ehud Barak kien għadu Prim Ministru ta' Israel u Yasser Arafat kien għadu l-mexxej ftit jew wisq inkontestat talPalestinjani. Clinton kien qed jagħmel sforzi kbar sabiex tinstab soluzzjoni aħħarija għall-kwistjoni Palestinjana u jissiġġilla postu fl-istorja. Barak, eroj militari Lhudi kellu l-awtorità morali, il-kuraġġ u d-disponibilità illi jagħmel konċessjonijiet sabiex jintlaħaq ftehim aħħari. Yasser Arafat kien f 'pożizzjoni dgħajfa, skreditat anke fiddinja Għarbija wara l-appoġġ li kien ta lil Saddam Hussein meta invada l-Kuwait. Minkejja l-isforzi kollha li saru, anke mis-Sauditi, dawn id-diskussjonijiet ma wasslux għall-ftehim finali. Israel għamel konċessjonijiet bla preċedent mill-perspettiva tiegħu u offra 96% taxXatt tal-Punent tax-Xmara Ġordan u anke partijiet minn Ġerusalemm lill-istat il-ġdid Palestinjan. Dan ma kienx biżżejjed għal Arafat li m'aċċettax. Wara kollox, skond riżoluzzjoni 242 tal-Kunsill tas-Sigurtà, Israel kellu jirtira mill-artijiet okkupati kollha fil-gwerra tas-Sitt Ijiem tal1967 inkluż Ġerusalemm talLvant, ħaġa li Israel m'għandu l-ebda ħsieb illi jwettaq. Wara li l-ftehim kien daqshekk fil-qrib, issitwazzjoni ddeterjorat meta faqqgħet it-tieni Intifida wara ż-żjara sfortunata ta' Ariel Sharon f 'post f 'Ġerusalemm qaddis għall-Misilimin. Israel ħadha kontra Arafat, dgħajfu u iżolah f 'Ramallah. Presidenza ġdida Amerikana mill-ewwel iddikjarat illi mhix ser tiddedika daqshekk sforzi sabiex tinstab soluzzjoni u ftit wara ffaċċjat problemi bla preċedent wara 9/11. Kien biss is-sena l-oħra, meta Bush sar wieħed millaktar presidenti sfiduċjati fl-istorja riċenti Amerikana, illi l-amministrazzjoni tiegħu għamlet sforzi mqanżħa sabiex tinstab soluzzjoni aħħarija u tnediet il-konferenza ta' Annapolis. Madankollu, l-impenn Amerikan ma kellu xejn x'jaqsam ma' dak muri f 'Camp David f 'Awwissu 2000 u fix-xhur ta' wara. Intant, Arafat miet f 'ċirkostanzi sal-lum misterjużi u aktar ma Israel irrepprima l-poplu Palestinjan waqt u wara t-tieni Intifada, aktar Hamas, moviment fundamentalista Palestinjan sar popolari sakemm rebaħ l-elezzjonijiet Palestinjani tal-2006. Ħamas għadu ma rrikonoxxiex formalment id-dritt ta' Israel li jeżisti u dan peress li meta twaqqaf Israel kienu mijiet ta' eluf ta' Palestinjani illi tkeċċew millartijiet tagħhom, għadhom rifuġjati sal-lum, f 'Gaza, il-Libanu, il-Ġordan u postijiet oħra u jixtiequ jirritornaw flartijiet anċestrali tagħhom... Għal bosta snin issa, Israel uża metodi ferm repressivi fil-konfront tal-Palestinjani u rrestrinġilhom il-libertà talmoviment u ħonoq l-attività ekonomika. Irħula sħaħ Palestinjani ġew iżolati minn xulxin u l-bini ta' ħajt sabiex iżomm lit-terroristi milli jinfiltraw Israel kien skuża sabiex ittieħdu aktar artijiet Għarab. L-agħar imma kien l-iżolament ekonomiku ta' Gaza għal tmintax-il xahar wara r-rebħa ta' Ħamas. Il-poplu ta' Gaza ilu jħossu qed jgħix f 'ħabs miftuħ u regularment kien imċaħħad minn ħwejjeġ essenzjali, inkluż il-petrol sabiex ikollu dawl biżżejjed. Uffiċjal tal-Ġnus Magħquda kien qabbel issitwazzjoni ma' dik tal-ghetto ta' Varsavja. U mhux ta' b'xejn illi din il-ġimgħa, il-Kardinal Martino, il-"ministru" talġustizzja tal-Vatikan stqarr illi s-sitwazzjoni f 'Gaza dejjem tixbaħ dik ta' kamp kbir talkonċentrament... F'dan il-frakass kollu, hu ta' swied ta' qalb tara l-vuċi ineffettiva u mħawda Ewropea... Israel kisser ħafna mill-infrastruttura ta' Gaza illi es Snin hekk biss iżda jkollok taħlita ta' persuni li jkunu ddistingwew lilhom infushom, flimkien mattalent lokali li jirrappreżentawk f'fora u laqgħat internazzjonali. Jekk lesti naċċetawhom biex jilagħbu l-ballun allura f'setturi oħra le? Kellna barranin fostna li għenuna nagħmlu isem għallpajjiżna f'dixxiplini akkademiċi u speċjalizzati li ħallew isimhom imnaqqax mhux biss fl-istorja tagħna iżda anke f'istituzzjonijiet internazzjonali. Jiġi f'moħħi l-Arvid Pardo li għalkemm ma kienx Malti, kien hu li f'isem pajjiżna ressaq il-prinċipju marittimu tal-ibħra bħala patrimonjali komuni tal-umanità. Kull meta fil-Ġnus Magħquda jissemma' dan il-prinċipju, inevitabbilment jissemma' pajjiżna. L-Università, sa Dipartiment hemm imsemmi għalih. Ieħor li kien għamel ġid kbir nbniet bi flus Ewropej u bla dubju, l-Ewropa tispiċċa tħallas il-parti l-kbira tal-kont talħsarat. Meta wieħed iqis kemm l-Ewropa titfa' flus fir-reġjun, l-influwenza tagħha hija wisq żgħira. Fid-dawl ta' dan kollu, it-Trattat t'Assoċjazzjoni ta' Israel mal-UE għandu jiġi rikonsidrat sakemm Israel ma juriex aktar rispett għaddrittijiet – u l-ħajja – ta' min qed jokkupa." Għaddew ħames snin u nbidel ftit li xejn. Iżrael għadu għaddej bil-politika illi jokkupa aktar art u jibni djar fix-Xatt tal-Punent u filLvant ta' Ġerusalemm. Aktar u aktar meta jkollu jagħmel xi konċessjoni żgħira bħalma għamel dan l-aħħar meta ħeles 26 priġunier Palestinjan. Il-Palestinjani għadhom maqsumin bejn il-fergħa sekulari mmexxija millOrganizzazzjoni għall-Ħelsien tal-Palestina illi tmexxi x-Xatt tal-Punent minn Ramallah u l-Iżlamisti tal-Ħamas illi jikkontrollaw Gaża. Wara tliet snin li fihom ma kien hemm l-ebda taħdidiet bejn il-partijiet, it-tieni amministrazzjoni Obama impenjat ruħha bil-kbir sabiex jintlaħaq ftehim aħħari. Issegretarju tal-Istat John Kerry żar Iżrael għaxar darbiet minn Marzu 'l hawn u rnexxielu jikkonvinċi liż-żewġ naħat jerġgħu jibdew f 'Lulju li għadda t-taħdidiet bejniethom ħalli jintlaħaq ftehim aħħari li suppost għandhom jispiċċaw sa l-aħħar ta' April li ġej. Beda l-ewwel tas-sena bi żjara ta' tliet ijiem li fiha żamm taħdidiet bejn iż-żewġ naħat f 'Ġerusalemm u f 'Ramallah. kien ċertu Paddy Stubbs Ingliż li flimkien ma' martu kien joqgħod Ħal-Tarxien. Kien bniedem sinjur u jħobb ħafna lil Malta. Ma kienx ġie Malta biex joqgħod jixxemmex jew igawdi l-pensjoni fil-kwiet. Kien bniedem li għen ħafna lill-pajjiżna. Fil-fatt isem Paddy Stubbs kien sinonimu malfilantropija. Kull fejn kien mhux biss ħadem bil-qalb għallpajjiżna iżda dejjem għen kemm felaħ lil kulħadd minn butu. Għalhekk dan l-argument kollu fuq iċ-ċittadinanza għandu valur ieħor li ma jidhirx. Valur li ma għandux kalkolu monitarju iżda intanġibbli. Ma jidħolx filvina ekonomika bħala likwidu u direttament fiċ-ċirkolazzjoni ekonomika. Huwa valur vaporizzat li l-effett tiegħu ma jinħassx mill-ewwel iżda jrid iż-żmien u jieħu fit-tul. Kultant, il-flus mhumiex kollox. Issa l-objettiv Amerikan ġie ridimensjonat u Kerry qiegħed jipprova illi l-partijiet jaċċettaw qafas ta' ftehim sabiex innegozjati jaslu fi ftehim finali. Madankollu, għoxrin sena wara l-ftehim ta' Oslo, ilprospetti ta' paċi għadhom ferm limitati. Iżrael għadu jadotta politika intransiġenti u l-proċess ta' kolonizzazzjoni gradwali tax-Xatt tal-Punent għadu għaddej. Il-qagħda ekonomika tal-Palestinjani għadha ferm imwiergħa u s-sitwazzjoni ma tjibitx bilgwerra ċivili Sirjana illi ġiegħlet ħafna rifuġjati Palestinjani jitilqu mis-Sirja. L-Unjoni Ewropea għadha tilgħab irwol marġinali filproċess ta' paċi għalkemm wieħed irid isemmi deċiżjoni illi ttieħdet f 'Lulju li għadda li rrabjat ferm lil Israel. Permezz ta' din id-deċiżjoni, l-UE waqfet kwalunkwe għajnuna finanzjarja u kooperazzjoni ma' entitajiet Iżraeljani illi joperaw ukoll fit-territorji okkupati. Din id-deċiżjoni kienet ilha illi ttieħdet imma fl-aħħar bdiet tiġi implimentata. Jekk l-isforzi Amerikani ser jirnexxu, żgur ser ikun hemm bżonn ta' ħafna aktar appoġġ diplomatiku kemm millEwropa, mill-potenzi l-oħra bħar-Russja u ċ-Ċina kif ukoll mill-kumplament tad-dinja Għarbija. Ilu li kien wasal iż-żmien li l-Palestinjani ma jibqgħux ibatu aktar fil-waqt illi Iżrael ma jkollux aktar jinkwieta dwar is-sopravivenza tiegħu. Jekk nikteb artiklu ieħor ta' anniversarju ħames snin oħra, nittama illi jkolli storja aktar feliċi x'nirrakkonta.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 January 2014