Illum previous editions

illum 12 January 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/240184

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 35

18 illum | Il-Ħadd 12 ta' Jannar 2014 MEDIASPOT MINN MARIO AZZOPARDI IL-QAGĦDA DWAR ID-DIMENSJA IL-MARDA devastanti taddimensja issa bdiet tieħu proporzjon epidemiku. Il-marda qed ikollha effetti ekonomiċi qawwija fuq numru ta' pajjiżi żviluppati, filwaqt li għal dawk il-popli sotto żviluppati, malproblemi kollha tiżdied ukoll l-indinjità. Fl-Ingilterra biss, il-każijiet annwali tad-dimensja li jitfaċċaw qegħdin jeċċedu l-episodji ta' puplesiji, kanċer u attakki tal-qalb magħdudin flimkien. Hekk kif ilkomunitajiet jikbru dejjem aktar fl-età, l-inċidenza tad-dimensja tkompli tikber u sas-sena 2050, l-epidemija mistennija tilħaq il-35 miljun ruħ, fatt li l-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa qed tqisu bħala prijorità. Fil-fatt, il-pajjiżi tal-G8 iltaqgħu f 'Londra x-xahar li għadda għal laqgħa għolja speċjali li indirizzat id-dimensja, l-Alzheimer's u mard relatat. L-esperti ta' kundizzjonijiet newroloġiċi u dawk li jmexxu kampanji influwenti, mhumiex sodisfatti b'dak li qed isir. Skont Reuters, il-battalja kontra din ilkundizzjoni debilitanti tal-moħħ għandha tkun bil-wisq aktar aggressiva. Sorsi kkwotati mill-aġenzija tal-aħbarijiet jgħidu li l-pajjiżi żviluppati, tal-inqas, għandhom iżidu l-fondi "b'mod drammatiku" għalliżvilupp tal-mediċini kontra d-dimensja. U ċertament hu meħtieġ li l-pajjiżi talG8 isibu formola għallkollaborazzjoni globali. F'dan il-kuntest ma tistax ma tistaqsix x'sens jagħmel li tipprova taqta' u tispekula DOWNLOAD THE MALTATODAY APP NOW kif beda l-univers jew min imissu jagħmel passiġġata fuq il-qamar. YANUKOVICH, L-UE U PUSSY RIOT Ġej jew mhux ġej? Jew kien se jiddeċiedi li se jibqa' Kiev, "jieħu ħsieb" il-protesti ta' niesu kontra d-deċizjoni tiegħu li ma jibqax jiddiskuti l-proposta li l-Ukranja tibni relazzjoni aktar millqrib mal-Unjoni Ewropea? Il-President Yanukovich seta' solva kollox billi offra referendum politiku u li jirrappreżenta r-rieda talpoplu tiegħu. Sakemm, naturalment, m'għadux idur b'mod espliċitu fl-orbitu ta' Moska, li ftit għandha krettu fejn tidħol id-demokrazija (ftakru f 'Bulgakov, Gumilev, Pasternak, Budapest, Solzhenitsin u l-Gulags u dan l-aħħar, il-każ ta' Pussy Riot). Fl-Ukranja, l-UE u l-Istati Uniti deffsu mneħirhom ukoll. It-temperaturi komplew telgħin bl-intrużjoni ta' Catherine Ashton u John Kerry. U f 'Malta ddeffes anki l-Partit tal-Oppożizzjoni. Qal li ż-żjara tal-President Victor Yanukovich (li filfatt ma seħħitx) kellha toffri opportunità lil Malta biex twassal il-messaġġ tal-Unjoni Ewropea fil-prattika. Liema messaġġ? Dak talkoeżjoni u s-solidarjetà fejn jidħlu l-immigranti illegali mill-Afrika? Il-partit flOppożizzjoni kien iddeċieda li jibbojkottja l-istediniet u l-kunċerti kollha li jorganizza l-gvern Malti. Dawn tattiċi pwerili. Meta qatt il-kavjar u x-xampanja bagħtu messaġġ lill-folol filpjazez? RIFORMA JEW PAROLI? Ma nistax nifhem iddiskors ekklesjastiku kollu dwar riforma, dwar sinodi u konferenzi filKnisja Kattolika, dwar id-deċentralizzazzjoni, dwar li l-Knisja trid tinbidel u titbiegħed millkonservattiviżmu tagħha. Dwar kif ser taġġorna ruħha. Lanqas ma nifhem id-diskors li issa l-Papa jrid jisma' "mingħand il-fidili" x'jaħsbu dwar il-Knisja u l-missjoni appostolika / pastorali tagħha. Ir-risposta hi ċara u tinsab fil-knejjes li dejjem jiżvujtaw. Hu diskors artifiċjali dak dwar " għażla missjunarja". Il-Knisja, ta' spiss maqbuda fi xbieki ta' poter politiku u korruzzjoni, kellha mijiet ta' snin biex tikkultiva din l-għażla, biex taħdem għall"konverżjoni pastorali." Il-Knisja mhux veru li lesta tieħu passi deċisivi u radikali biex tinqala' millkonservattiżmu tagħha. Kollox hu bbażat fuq sistema patrijarkali: a Boys' Club pereżempju, li dejjem eskluda lin-nisa mill-ministeru saċerdotali jew li ma ħalliex lill-qassisin jiżżewġu, kontra kull xhieda evanġelika. Mhux Riforma! Riforma! Riforma! Imma Paroli! Paroli! Paroli! Hemm konfużjoni sħiħa dwar x'ġara mill-kwestjonarju dwar x'jaħsbu l-fidili dwar il-Kurja/il-Knisja. Kemm irċevewh nies ħadd ma jaf. Kif kien editjat lanqas ma nafu. Min iddeċieda kemm kienu "tqal" il-mistoqsijiet? Suppost wasal għand "kull Kattoliku". Imma sa jumejn wara l-Milied, għand il-Kurja kienu waslu biss mal-500 risposta. Din hi ċajta oħra dwar "id-demokrazija ekklesjastika." PRESIDENT MARA President mara? Iva. Għal bosta raġunijiet. Fosthom għall-intelliġenza emottiva tas-sess femminili. Ma jimpurtax tkunx Laburista jew Nazzjonalista fit-tendenzi tagħha: Tkunx Maria Camilleri, in-Nutara Spiteri Debono, Marie Louise Coleiro Preca jew Dolores Cristina. Kollha għandhom ilpotenzjal li jagħtu dimensjoni oħra lill-politika. YOUR FIRST CLICK OF THE DAY www.maltatoday.com.mt Il-Flus mhu TONI ABELA F l-istaġun tal-festi tal-Milied inkun mistieden għal diversi attivitajiet. Ħafna drabi żżejjed u jkun ifisser aktar ikel u aktar xorb. Iżda jinżluli aktar għasel mill-ikel attivitajiet kulturali ta' kwalità li matul is-sena ma jkunx hawn ħafna bħalom. Fost dawk li attendejt kien hemm tnejn tal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali. Iż-żewġ okkażjonijiet, waħda fit-teatru Manoel u oħra f'Dar il-Mediterran, kienu l-isbaħ pranzu għal widnejn u għal min iħobb mużika u kompożizzjonijiet klassiċi. Għedtha u nerġa' ngħidha, illum għandna orkestra nazzjonali ta' livell għoli ħafna. Taħt id-direzzjoni tal-kapaċi Maestro Michael Laus, l-Erioca ta' Beethoven u r-romantiċiżmu tal-kompożituri Russi, tħossok qiegħed tattendi għall-kunċert ta' xi orkestra li għandha tradizzjoni kbira. Waqt ir-rendiment talkompożizzjonijiet mhux biss nisma'. Iżda nara. Nara b'liema żelu u mħabba jdoqqu individwalment l-istrument mużikali kull membru tal-orkestra. Jitbandlu ma' kull moviment ferrieħi ta' Tchaikovsky. Jitnikktu ma' Wara Ħame K if jgħaddu ħames snin? Ħames snin ilu fil-11 ta' Jannar 2009 bdejt nikteb f 'dan ilġurnal u ħażin jew tajjeb, rari ma żammejtx l-appuntament ta' kull ġimgħa mal-qarrejja. Irrid nirringrazzja lit-tliet edituri illi dejjem ħadu paċenzja bija u speċjalment, meta naqbeż il-ħin li jingħatali sabiex indaħħal il-kontribut tiegħi kif spiss jiġri. Min jikteb fuq ġurnal jieħu sodisfazzjon meta jiltaqa' mal-qarrejja u jkellmuh fuq l-artikli illi jkun kiteb, anke meta ma jaqblux ma' xi ħsieb. Tassew wiesgħa hi l-firxa tal-qarrejja illi jaqraw dan il-ġurnal. Inħoss illi min jitkeb fuq ġurnal għandu rwol privileġġjat illi jrid jibża' għalih. Għandu l-opportunità illi Ħadd wara Ħadd, bħallpredikatur fil-quddiesa tal-Ħadd, jifforma l-opinjoni pubblika bil-valur persważiv tal-argumenti tiegħu. Matul dawn il-ħames snin ktibt diversi drabi dwar il-kriżi ekonomika illi faqqgħet fl-2009 u illi ħraxet sew speċjalment fiż-żona ewro u ktibt ukoll dwar issitwazzjoni politika f 'diversi pajjiżi, speċjalment fl-Italja (artikli illi l-qarrejja juruni illi jħobbuhom ħafna). Ktibt spiss dwar il-qagħda politika lokali, il-ħtieġa ta' riforma kostituzzjonali, illi jissaħħaħ il-parlament u illi titjieb ilqagħda tal-parlamentari. Ktibt ukoll dwar l-immigrazzjoni irregulari u l-ħtieġa urġenti illi titjieb il-qagħda fiċ-ċentri ta' detenzjoni fejn min jixref JOE ELLIS f 'pajjiżna invarjabbilment jinżamm għal tmintax-il xahar, dwar il-qasam tal-ġustizzja u kelli anke xi żewġ artikli dwar Għawdex. Nipprova nissupera kemm jista' jkun il-provinċjaliżmu ta' pajjiżna u ma nitkellimx biss fuq kwistjonijiet lokali. Madankollu, spiss meta tkellimt fuq politika barranija jew fuq kwistjonijiet ekonomiċi, ippruvajt nirrelata mas-sitwazzjoni lokali. M'aħniex ngħixu f 'bozza u dak li jiġri lil hinn minn xtutna jaffetwana wkoll. L-aħħar ħaġa illi rrid ngħid f 'din l-introduzzjoni twila hi illi minkejja illi l-kitba ta' artiklu huwa mpenn notevoli illi jeħodli bosta sigħat kull ġimgħa illi wieħed jista' jiddedika għal skopijiet oħra, nieħu ferm gost b'dak li nitgħallem meta nkun qed nipprepara sabiex nikteb. Rari nikteb fuq xi tema mingħajr ma nkun qattajt bosta sigħat infittex 'l hawn u 'l hemm. Inħoss illi stagħnejt intelletwalment bil-kitba ta' dawn l-artikli u għalhekk, nixtieq nirringrazzja kemm lil min tani l-opportunità li jkolli spazju f 'dan il-ġurnal kif ukoll

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 January 2014