Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/240184
Il-Ħadd 12 ta' Jannar 2014 | illum 17 il-Qorti r-reputazzjoni tal-qrati, prinċipalment il-korruzzjoni, ineffiċjenza, insigurtà, sentenzi ambigwi, u abbuż ta' poter. Ovvjament f'dan l-eżerċizzju trid tkun skrutinjata kull kategorija ta' xogħol/professjoni fl-istituzzjoni tal-ġustizzja. Fl-aħħar snin kellna numru ta' sentenzi ambigwi li qanqlu suspetti u rriflettew ikrah fuq il-ġudikatura. Xi akkużati weħlu snin ħabs fuq ħmerijiet, u oħrajn b'reati serji ħelsu b'multi żgħar jew ġew liberati. Smajna bl-għarukaża tal-kxif ta' dokumenti kunfidenzjali li nsterqu mill-uffiċċji sigrieti u siguri tal-ġudikanti, u nħarġu pubblikament. Dawn l-atti ta' negliġenza grassa, irresponsabbiltà, u insigurtà, huma tliet konsenturi f din il-kolonna taddemokrazija. Iddiżgustatna l-attitudni ta' ġudikant, li bi protesta fuq xi punt personali ħareġ għal aktar minn sena bil-leave, li approva għalih innifsu huwa stess mingħajr il-permess ta' ħadd. X'ma jkollniex eluf ta' kawżi pendenti u ċittadini jaħlu ħinhom fil-qorti. Konna xxokkjati b'żewġ każi wara xulxin tal-korruzzjoni ta' żewġ ġudikanti, li xxaħħmu biex inaqqsu l-pieni kbar f'ġurijiet u anke fl-appelli, ta' traffikar ta' drogi. Din il-korruzzjoni l-iżjed skandaluża kien jonqos L-ittri jridu jkunu ffirmati u mhux itwal minn 400 kelma. Indirizzaw l-ittri tagħkom: Lill-Editur Illum, MediaToday, Vjal ir-Riħan, San Ġwann jew email illum@mediatoday.com.mt biex tkompli tiċċaqqam irreputazzjoni tal- qrati! Tkażajna bil-prepotenza u abbuż tal-poter ta' eks-Prim Imħallef li tefa' ġurnata ħabs lil techn¬ician għar-raġuni li f'dak il-jum fl-awla tal-eċċellenza tiegħu kien waqaf bil-ħsara wieħed mill-air conditioners talqorti, li kien responsabbli millmanutenzjoni tagħhom dak it-tekniku. X'ironija ta' serjetà kontra l-ineffiċjenza, li ħa l-kap tal-qorti, li tieħu 43 sena biex taqta' sentenza sempliċi fuq wirt! Daqstant ieħor aħna diżgustati mill-ġdid b'turija oħra ta' prepotenza minn ġudikant ieħor li f'dawn il-ġranet ordna l-arrest ta' ġurnalist ta' gazzetta, talli mar jagħmel rapportaġġ ta' festin li qed isir fl-awla talmaġistrat. Deċiżjonijiet illoġiċi u kondotti laxki, u pieni sproporzjonati bħal dawn, joskuraw lillġudikatura u jkomplu jimminaw il-funzjoni tagħha fl-eżekuzzjoni tal-ġustizzja inġenerali u fil-bilanċ tal-poteri f'demokrazija. Ir-restawr u rinovar ta' dan l-istat infelici ġie afdat f'idejn il-kummissjoni li twaqfet għarriforma fix-xogħol tal-qrati. Se jkollha kuraġġ li b'inparzjalità u integrità tnaddaf il-moffa mis-settur, u tagħtina sistema ġudizzjarja li tixraq lill-poplu ċiviliżżat fi stat demokratiku ? Marsaskala u l-festi tal-Milied DAVID PACE MARSASKALA SE nirrispondi ftit lis-sur Josef Grech, is-Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsill Lokali ta' Marsaskala għall-ittra/ tweġiba li dehret f 'dan ilġurnal fit-29 ta' Diċembru 2013, bħala resident li naħseb inkun qed niġbor miegħi lir-residenti kollha, lil tal-ħwienet u ristoranti u kull min żar lil dan il-lokal mudlam fil-festi tal-Milied. Qabel xejn dan ilKunsill irid jieqaf milli jagħmilha ta' Inspector Clouseau, l-isem fittizzju jew mhux huwa irrelevanti, imma l-importanti huwa l-kontenut tal-ittra li J.Sultana, minn Marsakala kiteb fuq, 'Marsaskala u l-festi tal-Milied' u kif tħalla mingħajr tiżjin f 'dawn ilfesti hekk sbieħ u għal qalb kulħadd. Sfortunatament is-sur Josef Grech wiret l-istess sintomi tas-Sindku li jipprova joqtol il-messaġġier u mhux jara l-validità tal-messaġġ, li għalija li kiteb J.Sultana, fit-22 ta' Diċembru 2013, kien ġust u laqat il-musmar fuq rasu għal falliment tal-Kunsill li lanqas xegħel bozza waħda għal dawn il-festi tal-Milied. Minflok morna 'l quddiem morna lura. L-ironija hija li s-Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsill ta' Marsaskala ammetta kollox li kiteb J.Sultana, tant li ma waqafx jiskuża ruħu billi temm jgħid, "il-Kunsill iddeċieda li mill-bidu tassena 2014 se jieħu ħsieb li jibda jipprepara għat-tiżjin tal-Milied 2014 u dan ġie diskuss waqt is-seduti ta' Novembru u Diċembru 2013 fejn kien hemm qbil unanimu biex sitwazzjoni bħal din ma terġax tirrepeti ruħha." Inutli s-sur Josef Grech jipprova jattribwixxi l-falliment tal-Kunsill tiegħu fuq in-nuqqas ta' tiżjin talMilied 2013, lill-kumpanija WasteServ. Onestament aħna r-residenti sa ċertu punt ma tantx jimpurtana mill-incucci ta' bejn ilKunsill u l-WasteServ. Illokalitajiet tal-madwar bħażŻejtun u Ħaż-Żabbar ukoll a matul is-sena 2013 l-jiem kollha tal-festa malBaned Pompej ta' Marsaxlokk, Imperial tal-Mellieħa, Queen Victoria taż-Żurrieq u Prince of Wales Own tal-Birgu. Dan naturalment barra t-tliet servizzi oħra li għamlet ilBanda Bormliża San Ġorġ, l-aktar bil-programm vokali u instrumentali li kien esebit tant tajjeb lejliet il-festa fejn tajjeb li wieħed ikun jaf li ħadu sehem mal-Banda San Ġorġ kantanti kollha Bormliżi bis-solisti talistess Banda Bormliża wkoll kienu bandisti tal-post. Hawn inħoss li għandi nifraħ lillKumitat u lis-Surmast Etienne Spiteri li fl-ewwel dehra tiegħu bħala Direttur Mużikali ħareġ ta' raġel. Hawn mhux ta' min jinsa l-wirja stupenda tal-logħob tan-nar li kienet organizzata miċ-ċentru 19 ta' Novembru, 1944. L-għada l-jum tant għażiż għalina l-Bormliżi l-purċissjoni kienet waħda devota b'dak il-Kant Marjan min-nies quddiem il-Vara tal-Immakulata. U x'ngħidu għad-dħul trijonfali tal-Madonna lura fis-Santwarju Tagħha! L-istess nista' nirrimarka dwar iċ-ċelebrazzjonijiet ta' ġewwa l-Knisja Kolleġġjata. Kull filgħodu kmieni fil5.45am konna ninġabru sabiex nisimgħu dwar il-kobor ta' Marija li ċertament tieħu pjaċir bina għax madwar Omm Beltna tassew inkunu magħqudin. L-istess nista, ngħid dwar is-Salvijiet filgħaxija. Imbagħad fl-aħħar tan-novena, l-Knisja ta' Bormla tkun qisha ġenna tal-art. U f 'Jum l-Immakulata, nhar il-Ħadd, 8 ta' Diċembru, 2013 filgħodu kulħadd inġabar għallQuddiesa l-Kbira fejn bi pjaċir nikteb li l-Kappella Diacono kienet taħt id-direzzjoni ta' Ray Sciberras, iben ieħor denju tal-Belt Cospicua. U hawn nieħu din l-okkażjoni sabiex nifraħ lis-Surmast Ray Sciberras li kien mogħti Ġieħ Bormla mill-Kunsill Lokali. Insomma kellna festa mill- aqwa fejn il-Kummissjoni Festa, taħt it-tmexxija għaqlija tal-Arċipriet il-Kan. Reuben Micallef, kienet ferm sodisfatta meta rajt li l-armar kollu ħareġ u kulħadd seta' jara x'armar għandha Bormla. Prosit lil kull min ħadem u stinka sabiex kellna festa sabiħa għax konna magħqudin bejnietna. Flaħħar, iżda żgur mhux l-inqas, prosit lill-Kor Tota Pulchra tas-sehem tiegħu waqt ilfunzjonijiet tal-liturġija, anki fil-ġranet solenni tal-Ġimgħa Mqaddsa. U min jista' jinsa l-festa ferrieħa u tradizzjonali bl-istatwa artistika tal-Irxoxt. F'dan il-jum baħar ta' nies invadew Bormla. Rigward ġrajjiet oħra matul is-sena 2013 insibu li l-Pijunieri tal-Football Malti, St.George's rebħu l-promozzjoni lejn ilkampjonat tal-Ewwel Diviżjoni tal-Malta Football Association waqt l-Klabb tar-Regatta fost l-oħrajn rebħu ix-Shield ta' Jum il-Vittorja fejn nhar il-Ħadd, 22 ta' Settembru, 2013 flimkien mal-Banda San Ġorġ, għamilna ċelebrazzjonijiet kbar fit-toroq ta' Bormla. Prosit u grazzi lil kulħadd. U matul il-ġranet tal-Milied saru bosta attivitajiet fosthom il-purċissjoni tal-Bambin mis-Soċjetà tal-MUSEUM, festin għat-tfal Bormliżi millKunsill Lokali Bormla fis-Sala Marija Immakulata tal-Każin tal-Banda San Ġorġ li segwit ukoll Programm Pop nhar il-Ġimgħa, 20 ta' Diċembru, 2013 fi Pjazza Paolino Vassallo. U f 'lejliet il-Milied sar pageant tassew tajjeb b'messaġġ attwali fil-Knisja Kolleġġjata segwita minn prietka ta' tifel li ħareġ blunuri kollha. U waqt l-omelija tal-quddiesa ta' nofsillejl, l-Arċipriet tkellem ċar u tond dwar il-valuri nsara li suppost kulħadd għandu jħaddan. Filwaqt li nirringrazzja lilek Sur Editur ta' dan l-ispazju li għoġbok tislifni, nagħti lilek u lill-qarrejja kollha tal-Illum ilkumplament tas-sena t-tajba. KBURI LI JIEN BORMLIŻ qegħdin jistaqsu għaliex il-WasteServ fil-passat ma żejnitx it-toroq tagħhom meta huma wkoll jinsabu milqutin mill-inkonvenjenzi li ħoloq u għadu joħloq l-impjant tar-riċiklaġġ ta' Sant'Antnin. Kienet naqra redikola li l-Kunsill idaħħal fil-kwistjoni l-Ministru konċernat fuq sempliċi tiżjin li madankollu hija responsabbilità tal-Kunsill. Ir-residenti jinsabu wkoll fid-dlam ta' xi jkun qed isir fil-Kunsill għax hekk wieħed jinnota l-minuti tas-Seduti tal-Kunsill ilhom ma jidhru fuq is-sit uffiċjali tal-Kunsill minn April 2013, u dan kollu jmur kontra r-regolamenti talKunsilli Lokali. Il-Kunsill ta' Marsaskala jkun qed jippretendi ħafna li kollox jieqaf meta l-laqgħat talKunsill ikunu live streamed! Kieku ried il-Kunsill minflok qagħad ċass, kien jagħmel sforz qawwi u f 'ġimgħa kien iżejjen imqar Triq ix-Xatt u Pjazza Dun Tarċis Agius u żgur irresidenti u tal-ħwienet u ristoranti kienu japprezzaw. Kjarifika millKunsill Lokali Floriana EDWARD TORPIANO FLORIANA NAGĦMEL referenza għarrapport (mhux iffirmat) li kien deher fil-gazzetta In-Nazzjon, il-Ġimgħa 20 ta' Diċembru 2013, bl-isem 'Trattati tat-tieni klassi.' Fl-aħħar paragrafu ntqal li "l-Kunsill Lokali Floriana hu mmexxi minn sindku indipendenti Nigel Holland kontra x-xewqa tal-Partit Laburista, li xtaq li l-istess kunsill jitmexxa minn kunsillier Laburista minkejja li filFloriana, il-Partit Laburista ma għandux maġġoranza ta' kunsilliera. Bħala rettifika nfakkar li eżattament qabel l-elezzjoni għas-sitt leġislatura tal-Kunsill Furjaniż f 'Marzu 2012, kien hemm min mar jiddiskuti mar-rappreżentanti tal-Partit Laburista biex il-perjodu ta' tliet snin jinqasam sena u nofs kull wieħed bejn il-partiti politiċi. Dan għall-preċiżjoni, xi ħaġa li din il-parti tar-rapport fuq In-Nazzjon żgur ma kienx.

