Illum previous editions

illum 12 January 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/240184

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 35

16 illum | Il-Ħadd 12 ta' Jannar 2014 Il-Ħ Ħames Minuti ma' Andreana Debattista ANDREANA Debattista ilha fix-xena tal-ispettaklu Maltija għal diversi snin. Mhux l-ewwel darba li ttantat xortiha biex tirrappreżenta lil Malta filEurovision Song Contest. Illum Andreana għandha 39 sena, minn Birkirkara u taħdem bħala għalliema, kantanta u preżentattriċi. ix-xitwa? M'għandix preferenza għax it-tnejn għandhom is-sabiħ tagħhom. Is-soltu meta jasal is-sajf inkun xbajt mix-xitwa u viċi versa. X'taħseb mill-unjoni ċivili? Jiena nemmen li l-liġi għandha tħares lejn kulħadd l-istess u kulħadd għandu jkollu drittijiet ugwali. Ma nara xejn ħażin f 'unjoni ta' mħabba bejn żewġ persuni sew jekk omosesswali u sew jekk eterosesswali. Kelma waħda li tispjega ħajtek? Vjaġġ. X'inhi l-attitudni tiegħek lejn il-ħajja? Dejjem nipprova nżomm attitudni pożittiva lejn ilħajja u ma ninsiex li kull ġurnata hija rigal li mhux ta' min jaħliha. X'ħajrek tibda din ilkarriera? Minn dejjem inħobb ilpalk u l-mużika. Meta kont żgħira kont nistħi ħafna imma minn dejjem kont inħobb inkanta. Ma kien hemm xejn partikolari li ħajjarni nibda. Minn dejjem kelli din il ħajra u meta ġiet l-opportunità ħadtha. Hemm ċans li xi darba nirbħu l-Eurovision? Għaliex le? Kien hemm drabi li ġejna viċin. M'hemm l-ebda raġuni għaliex m'għandniex nerġgħu niġu f 'dik issitwazzjoni u bi ftit iktar fortuna nirbħu wkoll. X'valur għandhom il-flus għal ħajtek? Mhumiex l-aktar ħaġa importanti imma jgħinu. M'għandhomx x'jaqsmu fil-valur mas-saħħa u l-imħabba imma jistgħu jtejbu ħafna sitwazzjonijiet fil-ħajja. X'taħseb dwar il-kaċċa f 'Malta? Għalkemm nifhem li għal ħafna persuni hija delizzju li diffiċli titilqu jiena malkaċċa ma naqbilx. L-unika sitwazzjoni fejn naċċetta l-kaċċa hija meta dak li jkun inqabad jiġi użat għall-ikel. X'tippreferi: is-sajf jew Taqbel mal-adozzjoni għall-koppji tal-istess sess u għalfejn? Jekk tarbija għandha ċans tikber ġo familja fejn hemm atmosfera ta' mħabba jiena naqbel li għandha tiġi mgħotija dik l-opportunità. Ovvjament bħal ma jsir stħarriġ dwar koppji eterosesswali qabel ma dawn jiġu aċċettati bħala ġenituri ta' tarbija adottiva, għandu jkun hemm l-istess stħarriġ fuq koppja tal-istess sess. X'jiffrustrak? Meta ma niftihemx. X'ibeżżgħek? Dak li ma nistax nikkontrolla. Andreana DeBattista temmen f 'Alla? Għaliex? Iva... għax iva. Applikazzjoni ghal tariffi residenzjali ghar-residenti kollha f'Malta X'INHI T-TARIFFA RESIDENZJALI? residenzjali ewlenija. B'din it-tariffa meta l-konsumaturi re©istrati ma' ARMS Ltd. It-tariffa residenzjali hi applikabbli biss fuq ir-residenza primarja tal-konsumatur. KIF TAPPLIKA GÓAT-TARIFFA BIR-RATA RESIDENZJALI? il-bidla fin-numru ta' persuni. Din il-formola tista' tinkiseb içemplu fuq il-Freephone 80072222 fejn kopja tal-formola Mezz ta' identifikazzjoni aççettabbli jinkludu: kopji talE-Residence Cards. Freephone Customer Care Kemm hi moħħha miftuħ Malta fejn tidħol moda? Issib minn kollox. Ma naħsibx li moħħna magħluq imma mhux kulħadd jazzarda daqs ħaddieħor. Kemm tħobb il-pajjiżek? Ħafna. Kieku jkollok tagħżel pajjiż li jirrappreżentak liem pajjiż tagħżel? Naħseb Malta tirrappreżentani tajjeb... għax għandi ħafna karatteristiċi li huma tipiċi Maltin fil-karattru tiegħi. X'inhu suċċess fil-ħajja għalik? Bla dubju l-imħabba talfamilja u l-ħbieb u kemm tkun kapaċi tikkultiva dik l-imħabba li bnejt fiż-żmien. L-iktar darba li stħajt? Tal-mistħija wisq biex niktibha. Il-Futur ta' Andreana DeBattista… Il-futur nikxfuh jum wara l-ieħor u l-ħajja tibqa' interessanti. Ittri Moffa fi MICHAEL CAMILLERI BIRKIRKARA MIT-TLIET kolonni taddemokrazija għandna waħda bil-bażi sfrondata, u qiegħda ddgħajjef l-istruttura demokratika kollha. Qed nirreferi għall-istituzzjoni talġustizzja li tinxtamm trejjaħ il-moffa mix-xquq li nfetħulha bit-theżżiż tal-arroganza u abbużi mill-poter minn faxx ġudikanti, li jippożaw ta' allat intokkabbli. Il-poplu qed jagħmel sagrifiċċju biex jiffinanzja din l-istituzzjoni li f'demokrazija teżisti biex tassiguralu l-ġustizzja f'kull qasam tal-ħajja ċivili, kummerċjali, industrijali, soċjali u politika. Il-bażi ta' din l-assigurazzjoni hija l-integrità u serjetà tal-ġudikanti, li jiddeterminaw soluzzjoni għal kull kunflitt li jitressaq f'dawk l-oqsma. Sfortunatament f'din il-bażi nfetħu l-konsenturi li mar-riħa tal-moffa ħierġa minnhom ukoll, l-isfiduċja taċ-ċittadini fl-istituzzjoni. Tgħid f'din l-istruttura legali għandna min qed japprofitta ruħu mill-fatt, li f'ġieħ l-indipendenza tal-qrati fradd ma jikkritika ġudikant? Għalhekk intlaqgħet tajjeb l-idea tal-gvern preżenti li waqqaf kummissjoni biex tinvestiga u tissuġġerixxi rimedji għannuqqasijiet li qegħdin iħammġu Bormla LOUIS SPITERI BORMLA NIXTIEQ naqsam malqarrejja ta' dan il-ġurnal l-esperjenza sabiħa li għaddiet minna l-Belt ta' Bormla matul is-sena 2013. Għalkemm b'dispjaċir ngħid li Bormla inġustament ma tantx tgawdi isem tajjeb ma' sessjoni tal-poplu Malti minn dan li sa nikteb kulħadd għandu jinduna li Bormla għandha aktar elementi tajbin minn oħrajn negattivi. Nibda bl-aqwa avveniment ta' kull sena meta l-Belt Cospicua tagħmel il-Festa tal-Immakulata Kunċizzjoni. Is-sena 2013 uriet, jekk kien hemm bżonn li l-Festa ta' Bormla hija festa verament nisranija mżejna b'dak kollu li tagħmel il-Festa Maltija. L-akbar għadu tal-Festa ta' Bormla bla dubju ta' xejn kultant huwa t-temp. Imma s-sena l-oħra 2013 it-temp kien ħanin magħna fejn gawdejna

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 January 2014