Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/240184
SPORTSillum 26 illum Il-Ħadd 12 ta' Jannar 2014 Ritratt: Ray Attard SPORTSillum Ġlieda għall-ballun bejn Cohen u plejer ta' Mosta bl-awtur ta' doppjetta għal Hibs, Clayton Failla, isegwi l-azzjoni mill-viċin Mosta jissorprendu u jdawru telfa f'rebħa kontra Hibs Hibernians. .............2 Mosta .....................3 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT MOSTA ssorprendew bil-kbir meta wara li kienu minn taħt għelbu lil Hibernians bl-iskor ta' 3-2. Dawn kienu tliet punti ferm importanti miksuba minn Mosta fit-tentattiv tagħhom li jagħmluha malewwel sitta fiċ-Championship Pool hekk kif issa jinsabu ħames punti fuq Floriana li jinsabu fis-seba' post. Għal Hibernians dan kien riżultat diżappuntanti ieħor hekk kif issa sofrew xejn inqas minn tliet telfiet f 'ħames logħbiet. Kien il-plejer internazzjonali Clayton Failla li tefa' lil Hibs fil-vantaġġ wara biss tliet minuti, waqt li l-istess plejer irdoppja l-iskor sitt minuti mit-tmiem tal-ewwel taqsima. Iżda jidher li t-'team talk' tal-kowċ ta' Mosta, Enrico Piccioni, ħalliet effett ferm pożittiv fuq Mosta hekk kif fit-tieni taqsima, huma dawru l-logħba favurihom u saħansitra skorjaw tliet gowls. Kien il-captain Mano Micallef li rnexxielu jsib ix-xibka erba' minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima waqt li Gianmarco Piccioni ġab l-iskor indaqs għall-Blues fit-62 minuta minn penalty. Kellu jkun Yuri de Jesus Messias għall-Mosta hekk kif huwa skorja l-gowl tar-rebħa fis-70 minuta. Hibernians Muscat, Camilleri, Pearson, Lima, Cohen, Kristensen, Failla, Levnaic, Bartolo, Obiefule, Dos Santos Mosta Borg, Farrugia, Micallef, Farrugia, Brincat, Rodriguez Ekani, Zammit, MANO MICALLEF Skorja l-gowl li beda r-rimonta għall-Mosta fil-ftuħ tat-tieni taqsima eżattament fid-49 minuta Huwa l-captain ta' Mosta Fil-passat kien ukoll il-captain ta' Floriana u lagħab ukoll ma' Ħamrun Spartans Duriska, Martisn Fernandes, Falzon, Piccioni Referee Philip Farrugia

