Illum previous editions

illum 12 January 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/240184

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

SPORTSillum Ritratt: Ray Attard Il-Ħadd 12 ta' Jannar 2014 | illum 27 Plejers ta' Vittoriosa Stars u Tarxien Rainbows jissieltu għall-ballun Vittoriosa Stars jiskorjaw 3 u jkabbru l-problemi lil Tarxien Rainbows Tarxien R .................0 Vittoriosa S..............3 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT VITTORIOSA Stars kisbu rebħa ferm importanti fit-tentattiv tagħhom li jevitaw ir-relegazzjoni għall-Kampjonat BOV l-Ewwel Diviżjoni matul l-istaġun li ġej meta għelbu lit-tim li qed ikollu staġun ferm diżappuntanti, Tarxien Rainbows, bl-iskor ta' 3-0. Il-Ġirbin fetħu l-iskor fit18-il minuta meta Marcelo Pereira qabeż difensur fuq il-linja xellugija, u permezz ta' kross lejn iċ-ċentru sab lil Gilbert Martin żmarkat li ra x-xutt tiegħu jintemm fix-xibka. Tarxien Rainbows irrispondew permezz ta' kross mix-xellug ta' Karl Pulo fil-35 minuta iżda t-tentattiv tiegħu permez ta' daqqa ta' ras ta' Ronaille Calheira Seara għadda għoli. L-iStars resqu viċin li jirdoppjaw l-iskor fis-37 minuta meta Guerrero ħoloq konfużjoni fuq il-linja xellugija, bilkross tiegħu jiġi milħuq tajjeb minn Marcelo Pereira iżda l-ballun ġie kklerjat minn fuq il-linja fatali minn Steve Bonnici. Iżda l-Ġirbin irnexxielhom jiskorjaw it-tieni gowl fil-logħba fit72 minuta meta r-referee Alan Mario Sant ordna penalty wara tackle tardiva ta' Sadowski fuq Marcelo Pereira. Mill-11-il metru Oscar Guerrero ma żbaljax. Vittoriosa Stars issiġġillaw ir-rebħa fis-77 minuta meta Gilbert Martin żmarka lil Marcelo Pereira fil-kaxxa u x-xutt fil-baxx ta' dan għeleb lill-goalkeeper ta' Tarxien Rainbows, Nicholas George Vella. Tarxien R. Vella, Sadowski, Mamo, Potezica (Ciantar 63'), Calheira Sera, Barbosa, Menendez Hevia, Pulo, Mifsud, Bonnici (Martinelli 63'), Santos Silva Vittoriosa S. Cini, Ousimane, Aguiar (Siraj MARCELO PEREIRA Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti Twieled fis-6 ta' Settembru 1981 fi Brasilia fil-Brażil Ingħaqad ma' Vittoriosa Stars f'Lulju tal-2011 Wasal Malta fis-sajf tal-2007 fejn qabel Vittoriosa Stars, lagħab ukoll ma' Mqabba, Marsaxlokk u Ħamrun Spartans Arab 79'), Martin (Mifsud 82'), Samir Arab, Guerrero, Mitogo Garcia (Arriagada Mela 74'), Vella Critien, Pereira, Spiteri, Camilleri Referee Alan Mario Sant

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 January 2014