Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/240184
SPORTSillum 28 illum Il-Ħadd 12 ta' Jannar 2014 Balzan jiksbu 3 punti prezzjużi kontra Floriana Floriana ..............1 Balzan ................2 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT BALZAN kisbu tliet punti prezzjużi kontra Floriana meta għelbuhom bl-iskor ta' 2-1. Balzan kienu l-aħjar tim fl-ewwel taqsima iżda Floriana kellhom iktar millogħob favurihom fit-tieni taqsima, madankollu ma rnexxielhomx iġibu l-iskor indaqs. Balzan marru fil-vantaġġ fis26 minuta meta minn corner ta' Pedro Calcado, tentattiv minn daqqa ta' ras ta' Steve Bezzina ġie kklerjat minn fuq il-linja fatali minn Joseph Borg b'Ramon dos Santos jagħmel ċert li l-ballun kien intemm fix-xibka permezz ta' daqqa ta' ras oħra mirrebound bil-ballun jintemm fix-xibka. Madankollu l-gowl ingħata lil Bezzina hekk kif il-ballun kien diġà qabeż il-linja. Fid-39 minuta Josè Luis Armario Negrin irdoppja l-iskor għal Balzan meta tefa' ġewwa millviċin wara li rċieva l-ballun tajjeb mingħand il-BOV Plejer tal-Logħba, Steve Bezzina. Floriana naqsu l-marġni tal-iskor fit-58 minuta meta kien Ibok Edet li tefa' ġewwa permezz ta' daqqa ta' ras tajba wara li rċieva l-ballun minn corner mogħti minn Gary Muir mil-lemin. Il-Greens bdew jiksbu l-kunfidenza fit-tenatttiv ovvju tagħhom li jġibu l-iskor indaqs u ftit wara, xutt angulat ta' Gary Muir ġie mxellef f 'corner millgoalkeeper Manuel Bartolo. Floriana Hanford, Scicluna, Eboh (Galea 61'), Edet, Pisani, Coronado, Pinheiro de Sousa (Aguiar 46'), J. Borg, Casha (Farrugia 24'), Muir, S. Borg Balzan Bartolo, Scicluna, Bezzina, Grioli, Dos Santos, Vignaroli, Zarate, Grima (Magro 45'), Micallef (Sciberras 90'), Calcado, Armario Negrin (Darmanin 87') Referee Paul Caruana Chelsea fil-quċċata u Manchester United j għar-rebħ u jieħdu f STEVE BEZZINA Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti Twieled fil-5 ta' Jannar 1987 f'Tal-Pietà Jilgħab fl-irwol ta' difensur Rebaħ il-Kampjonat BOV Premier ma' Valletta fl-istaġun 2007/08 fejn kellu 23 dehra għalkemm naqas milli jsib ix-xibka Għamel id-debutt mat-tim nazzjonali Malti fit-18 ta' Novembru 2009 fit-telfa ta' 4-1 f'logħba ta' ħbiberija kontra l-Bulgarija f'Ta' Qali Naxxar Lions ikomplu jirbħu u jersqu viċin iċ-Championship Pool Naxxar L................ 3 Rabat A ................. 0 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT NAXXAR Lions kisbu rebħa konvinċenti ta' 3-0 kontra Rabat Ajax biex għamlu pass importanti li jilagħbu mal-ewwel 6 fiċ-Championship Pool. Kienu l-Magpies li ħolqu l-ewwel azzjoni perikoluża wara kwarta logħob meta freekick ta' Dani Pelaez Bellido għadda ftit barra. Tliet minuti biss wara, Naxxar Lions marru filvantaġġ meta Terence Scerri tefa' ġewwa minn ġol-kaxxa wara li Dylan Falzon naqas milli jikklerja l-ballun. Fil-25 minuta Julian Azzopardi wettaq save tajjeb fuq freekick ieħor ta' Pelaez Bellido. Erba' minuti biss wara, freekick ta' Diego Carrillo Pendas ġie mblukkat minn Azzopardi u mit-throw-in li rriżulta, kien hemm kross għal Aidan Azzopardi li xellef il-ballun ftit barra. Rabat Ajax spiċċaw jilagħbu b'10 plejers fit- 32 minuta meta tkeċċa għalihom l-istess Aidan Azzopardi wara fawl ikrah fuq il-captain Victor Bellia. Erba' minuti mill-ftuħ tattieni taqsima, Naxxar Lions irduppjaw l-iskor meta x-xutt angulat ta' Andrè Rocha da Silva għeleb lil Pavle Velimirovic. Kollox deher ġej ħażin għall-Magpies hekk kif fis57 minuta Trustin Farrugia Cann keċċa lill-goalkeeper Velimirovic wara fawl barra l-kaxxa fuq il-BOV Plejer tal-Logħba, Terence Scerri. Żewġ minuti mit-tmiem tal-logħba, Naxxar Lions skorjaw it-tielet u l-aħħar gowl fil-logħba permezz tas-sostitut Jurgen Debono li tefa' l-ballun wara Jonathan Azzopardi wara li rċieva l-ballun mingħand Andrè Rocha da Silva. Naxxar L. Azzopardi, Bellia (Debono 67'), Buhagiar, Cassar, Da Silva Ribeiro (Falzon 73'), Decesare, Del Negro, Doffo (Alejandro Reano 14'), Lopes de Souza, Rocha da Silva, Scerri Rabat A. Velimirovic, Gauci, D. Azzopardi, Falzon, Carapic, Caruana, Bajada, Pelaez Bellido, Carrillo Pendas, Licari (J. Azzopardi 58'), A. Azzopardi Referee Trustin Farrugia Cann TERENCE SCERRI Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer talLogħba mill-ġurnalisti preżenti Twieled fit-3 ta' April 1984 fl-Isla Qabel ingħaqad ma' Naxxar Lions kiseb suċċess u rebaħ diversi unuri ma' Hibernians u Valletta Qed ikollu staġun mill-aqwa ma' Naxxar Lions fejn sa issa rnexxielu jiskorja diversi gowls ferm importanti FL-INGILTERRA, Chelsea telgħu temporanjament fil-quċċata tal-klassifika tal-Kampjonat Barclays Premier barra minn darhom għelbu lil Hull City bl-iskor ta' 2-0 bil-gowls għalihom jaslu minn Hazard u Torres. Manchester United ġewwa darhom f'Old Trafford irritornaw għar-rebħ biex ħadu ftit nifs wara tliet telfiet konsekuttivi meta għelbu lil Swansea City bl-iskor ta' 2-0 bil-gowls għalihom jaslu minn Valencia u Wellbeck. Everton ġewwa darhom f 'Goodison Park għelbu lil Norwich City bl-iskor ta' 2-0 bil-gowls għalihom jiġu skurjati minn Gareth Barry u Kevin Mirallas. Southampton komplew bis-serje ta' riżultati pożittivi meta ġewwa darhom għelbu lil West Bromich Albion bl-iskor minimu ta' 1-0, bil-gowl uniku tagħhom fil-logħba, jasal minn Lallana fis-66 minuta. Sunderland barra minn darhom għelbu lil Fulham bl-iskor kbir ta' 4-1, bil-gowls għalihom jaslu minn tripletta tal-plejer Adam Johnson, b'wieħed mill-gowls jasal minn penalty fil-85 minuta u Sung-Yueng Ki. Min-naħa l-oħra l-gowl waħdieni ta' Fulham wasal minn Steve Sidwell fit-52 minuta. West Ham United kisbu rebħa importanti ta' 2-0 barra minn darhom kontra Cardiff City bil-gowls għalihom jiġu skurjati minn Cole u Noble. Tottenham Hotspur ġewwa darhom f 'White Hart Lane għelbu lil Crystal Palace bl-iskor ta' 2-0 b'Eriksen u Defoe jirnexxielhom isibu x-xibka għall-iSpurs. Intant, fil-Kampjonat Taljan Serie A TIM, Parma komplew għaddejjin bis-serje ta' riżultati pożittivi matul dan l-istaġun meta barra minn darhom għelbu lil Livorno bl-iskor ta' 3-0 bil-gowls għalihom jaslu minn Paladino u doppjetta ta' Amauri, blaħħar wieħed minn dawn iżżewġ gowls jasal minn penalty propju fid-90 minuta.

