Illum previous editions

illum 12 January 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/240184

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

SPORTSillum Il-Ħadd 12 ta' Jannar 2014 | illum 29 u Żewġ aħwa Maltin jirritornaw ftit nifs onorati fil-Ġappun Riżultati Riżultati Kampjonat Barclays Premier Is-Sibt 11 ta' Jannar Hull C. vs Chelsea 0-2 Cardiff C. vs West Ham U. 0-2 Everton vs Norwich C. 2-0 Fulham vs Sunderland 1-4 Southampton vs WBA 1-0 Tottenham vs Crystal P. 2-0 Manchester U. vs Swansea C. 2-0 Fixtures Kampjonat Barclays Premier Il-Ħadd 12 ta' Jannar 15:05 Newcastle U. vs Manchester C. 17:10 Stoke C. vs Liverpool It-Tnejn 13 ta' Jannar 21:00 Aston V. vs Arsenal Riżultat Kampjonat Serie A TIM Is-Sibt 11 ta' Jannar Livorno vs Parma WARA żjara oħra ġewwa l-Ġappun fuq stedina tal-organizzazzjoni Dai Nippon Butoku Kai tal-belt ta' Kyoto, l-aħwa Christian u Roderick Bajada kisbu wieħed mill-akbar unuri fl-Arti Marzjali tradizzjonali Ġappuniża. L-aħwa Bajada, f 'isem l-akkademja tagħhom Jiushin Kan, ħadu sehem f 'seminar esklussiv ta' tħejjija, magħruf bħala Jujutsu Koshu Kai, ġewwa l-bini storiku Butoku Den. Dan il-bini prestiġġjuż jinsab fil-belt ta' Kyoto u huwa sinonimu mal-aktar għeruq bikrin tal-Arti Marzjali Ġappuniża. Permezz ta' ċerimonja privata, iċ-ċermen tad-Dai Nippon Butoku Kai, Dr. Tesshin Hamada Hanshi, għadda isem uffiċjali ta' stil ġdid u awtentiku lillaħwa Bajada, bl-isem ta' Jiushin Ryu. Fl-etajiet ta' 30 u 31 sena, Christian u Roderick Bajada huma l-iżgħar prattikanti ta' Arti Marzjali li ġew onorati b'titlu ta' daqshekk kalibru u b' mod daqstant dirett u esklussiv, u li mhumiex ta' nazzjonalità Ġappuniża. Matul l-istess ċerimonja, Dr Tesshin Hamada Hanshi biddel ukoll l-isem tad-dojo privat tal-aħwa Bajada, li jinsab ġewwa Ħal Luqa. Id-dojo, li qabel kien magħruf bħala Dragon's Den Dojo, issa wiret l-unur li jissejjaħ Jiushin Kan Dojo. Id-Dai Nippon Butoku Kai hija ppreseduta mill-Eċċellenza tiegħu, il-Prinċep Higashi Fushimi Jigo, ziju tal-Imperatur attwali tal-Ġappun. It-tielet u l-iżgħar fost l-aħwa, Joseph Bajada, li huwa wkoll membru attiv fi ħdan il-Classical Budo Malta, kien ukoll preżenti għal din l-okkażjoni. Sa mill-etajiet żgħar ta' 4 u 5 snin, Christian u Roderick Bajada tħarrġu mal-akbar veterani Ġappuniżi tal-Koryu, li huwa stil klassiku tal-Arti Marzjali, kif ukoll ma' għalliema internazzjonali oħra fl-Amerka u l-Ewropa. Huma jħaddnu l-grad ta' Rokudan fi Classical Jujustu, il-grad ta' Godan fil-Iaijutsu kif ukoll it-titlu ta' Renshi. Dawn l-unuri nkisbu kollha permezz ta' diversi eżamijiet uffiċjali taħt l-awtorità rispettiva tad-Dai Nippon Butoku Kai. L-aħwa jħaddnu wkoll Menkyo Chudan fl-istil Myoshin Ryu, stil ta' Jujutsu mwaqqaf minn Allan Tattersall Hansi ġewwa l-Ingilterra, unur li ngħata lill-aħwa minn Tattaersall innifsu. Fl2003, Christian u Roderick Bajada waqqfu wkoll l-arti tax-xabla Ġappuniża fi gżiritna, arti magħrufa bħala Iaido jew Iaijutsu. Il-Jujutsu mhuwiex sport iżda Arti Marzjali pura bbażata fuq il-lotta leġġendarja tas-Samurai. Jiushin Ryu huwa stil versatili tal-istess Jujutsu li jħaddem il-prinċipji talKoryu u li huwa proċess infinit ta' evoluzzjoni u rfinar ta' ħiliet. EUROPEAN JOB FAIR 0-3 Fixtures Kampjonat Serie A TIM Il-Ħadd 12 ta' Jannar 12:30 Torino vs Fiorentina 15:00 Atalanta vs Catania 15:00 Cagliari vs Juventus 15:00 Verona vs Napoli 15:00 Roma vs Genoa 20:45 Sassuolo vs AC Milan It-Tnejn 13 ta' Jannar 19:00 Sampdoria vs Udinese 21:00 Inter vs Chievo V. Riżultati Kampjonat BOV Premier Is-Sibt 11 ta' Jannar Floriana vs Balzan 1-2 Tarxien R. vs Vittoriosa S. 0-3 Floriana vs Balzan 1-2 Hibernians vs Mosta 2-3 FRIDAY 17TH & SATURDAY 18TH JANUARY 2014 09:00 - 13:00 / 15:00 - 19:00 PHOENICIA HOTEL Fixtures Kampjonat BOV Premier Il-Ħadd 12 ta' Jannar Stadium Nazzjonali Ta' Qali 14:00 Valletta vs Sliema W. 16:00 Qormi vs Birkirkara Christian u Roderick Bajada

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 January 2014