Illum previous editions

illum 12 January 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/240184

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 35

SPORTSillum 30 illum Il-Ħadd 12 ta' Jannar 2014 Iż-żewġ naħat ta' Juventus IĊ-CHAMPIONS Taljani Juventus għaddejjin minn perjodu impressjonanti fisSerie A wara r-rebħa kbira fuq Roma nhar il-Ħadd li għadda, l-istess tim li kien jidher li seta' b'xi mod ikun ir-rival prinċipali għar-rebħ tal-iscudetto flimkien ma' Napoli. Wara sensiela ta' għaxar rebħiet konsekuttivi, Juventus jinsabu fil-quċċata tal-kampjonat b'distakk ta' tmien punti fuq l-eqreb rivali fit-tieni post, bl-aħjar attakk u bit-tieni l-aqwa difiża. Skont dak li rajna tul l-aħħar tliet snin, iċ-ċansijiet li t-tim Juventin jitlef dan il-vantaġġ miksub s'issa huma remoti. Mandankollu rajna vantaġġi li saħansitra kienu ikbar, jintilfu fi ftit logħbiet b'riżultati fatali għal diversi timijiet, fosthom l-istess Juventus fis-sena 2000 u l-Inter fl-2002. Għalhekk nemmen li Antonio Conte ser jagħmel minn kollox biex iżomm lit-tim ikkonċentrat fuq l-objettiv prinċipali għal dan l-istaġun – ir-rebħ tattielet kampjonat konsekuttiv, suċċess li Juventus irnexxielhom jagħmluh l-aħħar mat-tmenin sena ilu. Tim b'żewġt uċuħ Ir-rebħ tal-kampjonat huwa l-objettiv prinċipali ta' Juventus għal dan l-istaġun. Iżda m'għandi ebda dubju li l-objettiv l-ieħor kien l-avvanz fiċ-Champions League, bil-għan li jinkiseb riżultat aħjar minn dak talaħħar staġun, fejn Juventus sfaw eliminati mill-holders Biżżejjed wieħed jagħraf li Pirlo, Pogba u l-attakkant Spanjol Fernando Llorente ġew akkwistati mingħajr ma ntefaq ċenteżmu. Bosta jsostnu li l-iskwadra Juventina tal-lum hija waħda mill-aktar b'saħħithom li qatt eżistew fl-istorja ta' dan il-klabb. Jekk jinżamm dan ir-ritmu, il-futur għal Conte u l-plejers għandu jkun wieħed sabiħ fejn minbarra bosta sodisfazzjonijiet personali u rekords ġodda miksuba, għandhom jagħtu lilna, li nsegwu din illogħba daqshekk mill-viċin, mumenti mill-isbaħ. Juventus - Dominju assolut fl-Italja u diżappunt enormi fl-Ewropa Bayern Munich fil-kwarti tal-finali. B'dispjaċir u b'diżappunt kbir għal partitarji Juventini, dan ma ġarax għal numru ta' raġunijiet. Wara l-prestazzjonijiet pożittivi kontra Real Madrid, bosta ħasbu li Juventus ser jikkwalifikaw għat-tieni rawnd. Iżda dan ma rriżultax. Mingħajr ma nidħol fil-kontroversja sħiħa li ċċirkondat il-logħba f 'Istanbul kontra Galatasaray, nemmen li r-raġuni prinċipali ta' dan il-falliment kien it-traskuraġni li wriet l-iskwadra Juventina kontra timijiet ta' livell inferjuri. Tim tal-istatura tal-Juventus ma jistax iħalli d-diskors talkwalifikazzjoni għar-rawnd sussegwenti miftuħ sal-aħħar logħba. Il-konsegwenzi ta' dan mhumiex ta' min jinjorahom, speċjalment dawk finanzjarji iżda wkoll dawk relatati mar-ranking tat-timijiet Taljani fl-Ewropa. Proġett ambizzjuż iżda sostenibbli L-iskwadra preżenti li għandu Antonio Conte nbniet bil-għaqal fuq perjodu ta' tlieta/erba' snin, wara li Andrea Agnelli ħa l-amministrazzjoni talklabb f 'idejh u nieda proġett ambizzjuż li fost oħrajn kien jinkludi l-bini u x-xiri ta' stadium ġdid li jkun propjetà tal-klabb. Il-klabb ta' Turin huwa l-ewwel klabb Taljan li huwa s-sid talpropjetà fejn jilgħab nhar ta' Ħadd. Il-Juventus Stadium irrikjeda investiment mhux żgħir, iżda llum dan qed jiġi ppremjat b'attendenzi ikbar tas-supporters li grazzi wkoll għall-vena pożittiva tat- tim, jimlew l-istadium kull ġimgħa. Il-politika finanzjarja ta' din l-amministrazzjoni kienet importanti biex illum Juventus qegħdin igawdu l-qawwa kalċistika li għandhom. Mhux faċli li wieħed jinvesti flusu f 'aktar plejers ġodda wara żewġ staġuni diżastrużi (2009/10 u 2010/11) wara investimenti li jeċċedu l-€100 miljun. Madankollu, l-għaqal u l-bravura ta' nies bħal Beppe Marotta, Fabio Paratici u Pavel Nedved sarrfu f 'investimenti ffukati li attiraw lejn Turin players esperti bħal Andrea Pirlo u Carlos Tevez, kif ukoll plejers emerġenti bħal Arturo Vidal u Paul Pogba. Dan kollu mingħajr ma saru investimenti faraoniċi li l-klabb dejjem għaraf li ma jaffordjax jagħmel. Sa Mejju... F'dan l-istadju, id-diżappunt tal-eliminazzjoni kmieni miċ-Champions League għandna nħalluh warajna u t-tim għandu obbligu li issa jonora l-Europa League; kompetizzjoni li għalkemm mhux prestiġjuża daqs iċChampions League, xorta waħda hija importanti partikolarment għaliex dissena l-finali ser tintlagħab propju fil-Juventus Stadium. Fadal ukoll il-Coppa Italia li jekk tintrebaħ minn Juventus, dan ikun l-ewwel klabb li rebaħ din il-kompetizzjoni 10 darbiet. Dan kollu qabel ħafna millplejers Juventini u oħrajn li jilagħbu fost l-aqwa timijiet madwar id-dinja jaqbdu l-ajruplan lejn il-Brażil biex jgħixu xahar intensiv li ċertament ħadd ma jkun irid jitlef – it-Tazza tad-Dinja. Roma u l-qawwa tagħha ILKOLL nafu kemm Roma kellhom bidu qawwi u fantastiku matul dan l-istaġun fil-Kampjonat Taljan Serie A TIM iżda f 'dawn l-aħħar logħbiet huma naqsu ħafna mir-ritmu tal-logħob fejn kellhom wirjiet diżappuntanti u kisbu riżultati diżappuntanti u mhux mistennija fosthom it-telfa ta' 3-0 barra minn darhom ġewwa l-Juventus Stadium nhar il-Ħadd li għadda. Dan il-ġurnal tkellem mal-President ħabrieki ta' Roma Club Malta, Ray Sant, fejn talbu jtina stampa aħjar talperjodu li qed jaffrontaw Roma bħalissa. Hu qal li "Ovvjament wara bidu fantastiku, tistenna li Roma kienu se jnaqqsu mill-prestazzjonijiet brillanti tagħhom. Iżda l-kampjonat għadu ma spiċċax, u għadni nemmen li r-Roma huma t-tieni forza tal-kampjonat. Il-Juventus għad jgħaddu minn żminijiet diffiċli, u r-Roma jridu jkunu lesti u japprofittaw. Miniex ngħid li r-Roma se jirbħu l-kampjonat, però nemmen li se jibqgħu jissieltu sal-aħħar. Rigward il-logħba ta' nhar il-Ħadd kontra Juventus, irriżultat kien wieħed giddieb. Il-Juventus kienu kapaċi jilagħbu l-logħba b'ċerta umiltà. Conte ta' kowċ bravu li hu, studja lir-Roma bl-akbar reqqa. Jaf li r-Roma kontra timijiet li jgħalqu tajjeb, ibatu immens. Fl-ewwel taqsima, ilJuventus hekk għamlu (lagħbu qishom tim provinċjali) u skurjaw fl-uniku ċans li kellhom. Ta' min isemmi li l-Juventus għandhom dawk it-tip ta' plejers li b'nofs ċans li jiġihom jiddeċiedu l-logħba. Nemmen li fis-suq tattrasferimenti ta' Jannar, jista' jsir xi ħaġa, għalkemm it-timijiet il-kbar iżommu lill-plejers kbar taghhom. Jien ninsab kuntent ħafna, bilkampjonat tar-Roma sa issa, u nemmen li huma ħafna aħjar minn Inter, Napoli, Fiorentina u AC Milan. Li nixtieq nara jinbidel fit-tim ta' Roma, huwa t-temperament ta' xi wħud mill-plejers. Nhar il-Ħadd, De Rossi u Ljajic, dehru nervużi immens. F'logħba kbira bħalma hija Juventus kontra Roma, ma tistax tispiċċa b'disa' plejers. Il-kowċ bravu Garcia għandu jaħdem ħafna fuq din il-problema," temm jgħid Ray Sant. Totti se jirnexxielu jtella' lil Roma lura fil-quċċata?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 January 2014