Illum previous editions

illum 12 January 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/240184

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 35

SPORTSillum Il-Ħadd 12 ta' Jannar 2014 | illum 31 "Importanti li nibqgħu mixjin fit-triq li qbadna" - Kowċ Żebbuġ Rangers ŻEBBUĠ Rangers, tim immexxi mill-kowċ bravu u ferm ħabrieki, Jesmond Zammit, li ġie promoss għall-Kampjonat BOV l-Ewwel Diviżjoni matul dan l-istaġun. Tim mimli plejers ta' kalibru u esperjenza, għalkemm kellhom bidu inċert filkampjonat, bil-wirjiet li urew u bir-riżultati li kisbu fl-aħħar logħbiet kollox qed jindika li fi tmiem l-istaġun hemm ċans kbir li flimkien ma' timijiet oħra fosthom Pietà Hotspurs, Melita u Lija Athletic jirnexxielhom jagħmluha għall-Kampjonat BOV Premier. Dan il-ġurnal tkellem mal-kowċ Zammit u talab il-kummenti tiegħu rigward il-bidu inċert li kellhom matul dan l-istaġun. Huwa qal li "Fil-verità, ilbidu nnifsu tal-istaġun kien wieħed pożittiv immens, fejn lgħabna sensiela ta' 14-il logħba ta' ħbiberija u bqajna mhux megħluba minkejja li lgħabna anki kontra timijiet tad-Diviżjoni Premier bħal mhuma Tarxien Rainbows, Sliema Wanderers, Birkirkara u Qormi. Madankollou injuries fit-tul li sofrew plejers kruċjali fit-tim, bħal mhuma Matthew Gauci u Lee James Agius qabel ma beda l-istaġun, telfulna ftit ir-ritmu sakemm sibna s-soluzzjonijiet meħtieġa u addattajna għas-sitwazzjoni. Madankollu, min isegwi din id-diviżjoni, jaf sew li t-timijiet kollha huma bejn wieħed u ieħor tal-istess livell u għaldaqstant tinħoloq sitwazzjoni fejn kulhadd jista' jtellef il-punti. Tim li jkun investa bilmod li għamel it-tim tagħna ovvjament li jkun f 'pożizzjoni ftit aħjar li jirkupra minn ħaddieħor f 'sitwazzjonijiet simili, l-aktar għaliex ikollu skwadra kemxejn itwal. Veru li ġejjin minn sensiela pożittiva, imma kif tixhed il-klassifika, it-timijiet fin-naħa ta' fuq tal-klassifika għadhom pjuttost flmkien u meta wieħed jikkunsidra li għadu lanqas biss spiċċa l-ewwel rawnd, allura malajr tifhem li għadu kmieni wisq biex tasal għal ċerti konklużjonijiet. It-triq hija twila u żgur mhux forsi li għad iridu jintilfu ħafna punti mit-timijiet kollha. Importanti li nibqgħu mexjin fit-triq li qbadna u nibqgħu naħdmu bl-istess serjetà u mpenn sabiex kemm jista' jkun nibqgħu konsistenti fir-rendiment tagħna. Finalment tlabna lill-kowċ ta' Żebbuġ Rangers x'jaħseb li huwa s-sigriet ta' dawn ir-riżultati pożittivi li huma kisbu matul l-aħħar ġimgħat speċjalment l-aħħar rebħa minima ta' 1-0 kontra Pietà Hotspurs li kisbu nhar ilĦadd li għadda. Jesmond Zammit saħaq li s-sigriet wara kull mixja pożittiva huwa l-impenn u s-serjetà li fiha jaħdem it-tim kollu ta' Żebbug Rangers. "Kif kelli l-opportunità ngħid kemm-il darba, il-kumitat tagħna, taħt id-direzzjoni tal-President, is-Sur Joe Pace, qed jaħdem bi pjan kemxejn fit-tul, billi mhux biss jinvesti fl-infrastruttura tal-klabb, imma wkoll kontinwament isaħħaħ it-tim, sabiex inkunu ċerti li kull pass li jsir, ikun sar fis-sod u b'viżjoni fit-tul u mhux b'mod temporanju. Jidher ċar li d-deċiżjoni tal-President li jinvesti billi jakkwista numru ta' plejers żgħażagħ b'mod permanenti beda jħalli r-riżultati mixtieqa. F'din is-sena u nofs li ilna naħdmu flimkien għamilna ħafna, imma nemmen li baqa' ħafna aktar xi jsir , sabiex jintlaħqu l-miri li l-President u l-Kumitat għandhom għal dan ilklabb. Ir-riżultati miksuba s'issa huma kollha mertu tal-plejers li fehmu li t-triq li jixtieq jaqbad il-klabb tirrikjedi sagrifiċċji, serjetà u dedikazzjoni f 'dak kollu li nagħmlu. Ma nistax ma nirringrazzjax Jesmond Zammit fit-tentattiv li jwassal lil Żebbuġ Rangers għall-Kampjonat BOV Premier mit-Tieni Diviżjoni lill-Kumitat kollu, b'mod speċjali lill-President is-Sur Joe Pace għall-fiduċja totali li għandu fija u fin-nies ta' madwari, lill-kollega tax-xogħol tiegħu, Is-Sur Ivan Calleja tal-għajnuna kontinwa li jagħti lil kull min b'xi mod ikun jeħtieġha, lill-istaff tekniku kollu għad-dedikazzjoni tagħhom speċjalment lil dawk volontarji li jkunu qed jgħinu fit-taħriġ ta' kuljum, lillisponsors kollha li mingħajr l-għajnuna tagħhom żgur mhux qegħdin f 'din issitwazzjoni u l-aħħar u mhux lanqas lis-Supporters Club ta' Zebbug Rangers li jaħdmu bla waqfien, kif ukoll lillpartitarji kollha li logħba wara l-oħra qegħdin dejjem jiżdiedu." Jistqarr li huwa gay, biss wara li rtira mill-futbol L-EKS plejer tal-futbol Ġermaniż, Thomas Hitzlsperger, li lagħab filKampjonat Premier Ingliż kif ukoll mat-tim nazzjonali Ġermaniż qabel irtira erba' xhur ilu, fl-aħħar jiem stqarr ma' gazzetta Ġermaniża li huwa tabilħaqq gay u xtaq jagħmel dan fil-pubbliku f 'tentattiv li jkisser it-tabù li jeżisti fil-konfront talomosesswalità fl-isport. Din ir-rivelazzjoni ta' Hitzlsperger mal-ġurnal Ġermaniż, Die Zeit, waslet 11-il xahar biss wara li eks plejer ieħor tal-futbol, l-Amerikan Robbie Rogers stqarr li kien gay f 'post emozzjonali fuq il-blog tiegħu u dan wara li bħal plejer Ġermaniż kien ukoll irtira mill-futbol. Iżda ftit wara eżattament f 'Mejju li għadda l-istess Rogers reġa' irritorna fix-xena u sar l-ewwel plejer gay li qatt lagħab fil-Major Soccer League fl-Istati Uniti meta ngħaqad ma' LA Galaxy. Il-plejer ta' nofs il-grawnd ta' 31 sena stqarr li għamel l-orjentazzjoni sesswali tiegħu pubblika hekk kif ħass li s-suġġett tal-omosesswalità fl-isport kien kompletament injorat u huwa ried jippromwovi d-diskussjoni tal-omosesswalità fost atleti professjonali madwar iddinja. Hitzlsperger kien rrappreżenta lill-Ġermanja fit-Tazza tad-Dinja tal-2006 li saret propju f 'pajjiżu. It-tim nazzjonali Ġermaniż kien immexxi minn Jurgen Klinsmann, li bħalissa jinsab imexxi lit-tim nazzjonali tal-Istati Uniti, stqarr li kien importanti li jisfida l-isterjotip li l-gays mhumiex tajbin u b'saħħithom biżżejjed biex jiprattikaw xi tip ta' sport partikolari. Hitzlsperger jirtira mill-futbol u jistqarr li huwa omosesswali

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 January 2014