Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/240184
14 illum | Il-Ħadd 12 ta' Jannar 2014 "Wara l-Arriva, għall-aħja K ien ilu jberraq fuq l-Arriva iżda ħadd ma kellu idea ċara tal-problema finanzjarja tagħha, jagħtini x'nifhem il-Ministru għat-trasport Joe Mizzi, hekk kif iġib ruxxmata dokumenti u referenzi li jista' juża għal waqt l-intervista. Jgħidli li d-dejn tal-Arriva kien isir jaf bih mill-gazzetti, għax l-operatur tat-trasport pubbliku qatt m'għadda rapporti finanzjarji lil gvern. Madankollu, Mizzi jgħid li ċertu problemi kienu evidenti saħansitra qabel l-ewwel jum talArriva f 'Malta. "Qabel ma sirt ministru kont shadow minister tal-istess settur. Għal diversi drabi fuq il-mezzi taxxandir kont diġà avżajt lil Manuel Joe Mizzi dwar il-futur tat-trasport pubbliku wara t-tluq tal-Arriva ikomplu hawn Malta, kif jagħmel kull negozju li ħlief telf ma jarax." James J. Piscopo jpiscopo@mediatoday.com.mt Delia bil-problemi li kont qed nara. Li għedt jien kien kollu minnu. Writna servizz fejn il-konsumatur mhux moqdi, rotot li ma jkoprux kullimkien. Meta sirt Ministru ridt li mmexxu 'l quddiem, dħalna f 'diskussjonijiet mal-Arriva iżda mal-ewwel għamluha ċara li ma setgħux jinvestu aktar." Mizzi kompla jgħid li qalilhom biex joħorġu bi proposti x'jista' jsir biex ir-rotot il-ġodda, li ġew imħejjin wara proċess ta' konsultazzjoni, jidħlu fis-seħħ. "Għall-ewwel talbuna €45 miljun, meta skont il-kuntratt l-ispiża kellha tiġi xi €4 miljuni. Imbagħad bdew jindikawlna li ma setgħux In-negozjati għat-tluq tal-Arriva Hu qal li f 'dak l-istadju, l-aħjar għażla għal kull parti kien li jibda l-proċess biex jintgħażel operatur ġdid flok l-Arriva. Fil-bidu, biex l-Arriva tinħall mill-kuntratt li kellha talbet is-somma ta' €30 miljun minbarra li l-gvern ikollu jagħmel tajjeb għad-dejn li kellha (madwar €70 miljun ieħor). Kif il-problema finanzjarja talArriva bdiet tidher aktar biċ-ċar, issomma mitluba naqset għal €15-il miljun, imbagħad għal €6 miljuni. "Waqt in-negozjati qablu li l-Gvern m'għandux jidħol jagħmel tajjeb għad-dejn akkumulat. Qbilna li aħna nħallsu biss tliet miljuni lil kredituri u sitt miljuni f 'accruals,

