Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/240184
Il-Ħadd 12 ta' Jannar 2014 | illum 13 uzu jzekzek Il-poodle isejjaħ … Jekk tara xi ħaġa interessanti ibgħatuhieli. Jekk tara lil xi ħadd interessanti ibgħatli ritratt bil-mobajl. Ibgħat lil poodle@mediatoday.com.mt jew sms 99395227 Bir-radam kontra Norman Viva Norman, Viva Norman ĦOJ!! Imma mhux kif qed taħsbu. Fl-eżekuttiv kien hemm min kien kontra n-nominazzjoni tal-bello li tant għamilha ma' Bondi u Azzopardi. Ehh, l-indipendenza fejn twasslek. Iva, iva issa naraw kemm ser iġib voti. Jien żgur nivvutalu. Għal raġuni waħda, għax l-idolu tiegħi Marlene Farrugia, that sexy beast tħobb lil Norman iktar milli tħobb lil Joseph. It-tinda ta' Godfrey U jekk Marlene tħobb lil Norman, tħobb aktar lil Godfrey u l-ħmerijiet li jivvinta. Bħal pereżempju l-proposta brillanti u bla preċident li nagħmlu tinda barra l-isptar Mater Dei biex iservi ta' reception. Ara vera Marlene għandha għalfejn tkun kburija li għandha Ministru li ma għandux idea ta' x'qed jagħmel. Charlon, no way Il-fufu ta' Louise dawk il-magħżulin tal-bidu li issa diġà nafuhom sew bl-għerf kbir li qed juruna f 'kull suġġett li jmorru jiddiskutu fuq il-mezzi taxxandir, fejn donnu li Salvu qed jiblagħhom l-ewwel, qabel jibdew iduru l-mezzi tax-xandir indipendenti tal-partiti politiċi li sas-sajf li ġej se nikxfulhom sormhom kollu, grazzi għal Franku. U issa għaqqadna l-mija b'Norman li mill-ewwel ħareġ il-kanuni fuq Jowey fejn qal li ppreveda li l-Prim Ministru Malti qed jittieħed 'for a ride and he is really enjoying it' (xi rollercoaster mela din) u ddeskriva lil Simone bħala flop (ma tridx tkun għaref wisq)… indunajtu hux li għal Norman tal-Imperium qed nirreferi naħseb hux… Għax issa qegħdin tajjeb għandna lil Norman li jittimbra l-passaporti talimmigranti u Norman li jrid jaħraq dawn il-passaporti (nispera li mhux bihom b'kollox)… Insomma jidher li l-merħla issa lesta jekk ma jitfaċċax sieħbi Jean Claude fl-aħħar mumenti għax missieri kien jgħidli li min jistenna jithenna (jekk mhux jitherra)! Amazing Grace on the warpath U anke Grace ta' Bormla reġgħet tfaċċat. L-ewwel rajniha fuq il-bendy bus ta' Peppi titbaqbaq dwar l-investiment/bejgħ (taqrax fejn ma japplikax) taċċittadinanza. Imbagħad spiċċat fuq l-aħbarijiet fil-ġlieda legali kontra l-kantanta Thea (li Alla biss jaf x'sar minnha) u dil-ġimgħa ħabbtitha ma' tliet professuri akkademiċi tal-Università fuq ilprogramm ta' Simone u Manwel fejn naħseb li kienet qed tipparteċipa bħala professur tal-Università tat-Triq. Insomma din Grace is just amazing (għax issa marret Sliema minn Bormla ta!) And she is fuq il-warpath reġgħet. Jaqaw qed joqrob il-Eurovision? Titbaqbaqx wisq Grace hi… ma tmurx tispiċċa taħt ittinda tal-Mater Dei Hotel… L-importanti li state of the ART… u l-pazjenti spiċċaw mal-ART…bil-mediċini mormija mal-ART… Irnexxieli nsib il-fufu ta' Louise U wara li Ingrid sabet ilfufu ta' Michelle u n-Nimrod sab il-fufu ż-żgħir ta' Ingrid. Issa jien irnexxieli nsib il-fufu ta' Louise (araw ritratt)… ejja minn hemm Lilllyyyy TATA Yes sir, yes sir, three bags full, għax bejnietna taf kemm għajru Jason Micallef lil Charlon meta sema' li ried joħroġ għallMEP. U bejnietna fil-kwartieri tal-PL ma tantx ħadu pjaċir ukoll. Għax il-partit irid star candidates mhux uċuħ li jfakkru l-elettorat fil-passat. U hemm ukoll biża' li meta l-elettorat jara lil Charlon jiftakru fit-trumbun li tant iħobb jiffanfra bih. Raymond Bugeja 'my man' Kemm ħadt pjaċir li l-miljunarju u qaddis Raymond Bugeja ser joħroġ għall-MEP f 'isem il-partit ta' Xmun. Għax jiena nemmen li pajjiżna għandu bżonn li dawk in-nies li ma jafux ser jagħmlu bi flushom, jonfquhom f 'parties u rigali biex b'hekk l-ekonomija tikber u kulħadd jimxi 'l quddiem. U toqogħdux tinkwetaw għax iċ-ċansijiet huma li Raymond Bugeja jibqa' magħna għax verament ma għandux ċans li jitla'. Jean Claude mdamdam Iva ħbieb is-sur Jean Claude Micallef imdamdam, għax ma jistax jifhem kif il-kummissjoni taħt Joe Borg għażel lil Norman u mhux lilu. Bejnietna Jean Claude sar qisu vampa u qed jikkunsidra li jinżel it-triq u jħabbat fuq l-bieb taċ-ċentru Nazzjonali Laburista u jitlobhom kenn. Is-suġġeriment tiegħi hu li jwaħħlulu sticker ma' moħħu bil-kliem: Return to sender. Pierinu tal-pastizzi Kemm qed nieħu pjaċir nisma' li l-wasla ta' Pierrinu talpastizzi fl-Independent għen biex kulħadd iħossu iktar kalm u trankwill, infatti smajt li kulħadd kuntent li l-istess atmosfera li kien ikrrea meta kien kap tal-aħbarijiet fin-NET u filkumpanija dinamika tiegħu ġiet replikata fl-Independent. Ehh, annimal tond ma jsirx kwadru u tarja ma ssirx spagetta. Għal naqra ma ktibtx ħ minflok it-t! Filippu Saunders Is-sur Saunders, il-kap kummerċjali fl-Air Malta jemmen li tiegħu trid tgħaddi. Issa aħna nafu li hu jrid li jwaqqaf it-titjiriet tal-Air Malta minn Milan għall-Malta u minflok jibda titjiriet minn Parma. U dan b'dannu għal ħafna gruppi ta' Taljani bil-flus. Mid-dehra kulħadd jibża' minnu. Inkluż iċ-ċermen u l-Ministru. Imma jiena ma nibża' xejn, minnu minkejja li naqlax €250,000 f 'sena bħal

