Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/240184
12 illum | Il-Ħadd 12 ta' Jannar 2014 In-Nimrod jgharrex ... u l-Bu JOHN BUSUTTIL U s-sena l-ġdida bdiet jekk Alla jrid. Insejna l-awguri u wara l-ispirtu tal-alkoħol u l-ieħor tal-Milied (dak mimli faċċoliżmu u ipokrizija) jidħol l-ispirtu ferm ikkulurit ta' din ilgżira ċkejkna… fejn għal nofs Malta kollox miexi fuq ir-rubini u għan-nofs l-ieħor kollox imrar, niket u theżżiż tas-snien (u dawn jinbidlu kull ħames snin). Spirtu fejn min irid lit-tfal ikollhom MA u MA jew PA u PA u min irid li jkollhom MAMA u PAPA (jew wieħed minnhom insomma). Min irid li l-kaċċaturi jagħmlu ħerba b'kull tajra li jfettlilha żżur gżiritna u min irid jagħmel ħerba minn dawk li jisparawlhom. Min irid jara l-annimali jdaħħkuna fiċ-ċirklu u min iridhom fil-ġungli u jgawdihom fuq it-TV. Min irid li s-sinjur ikollu passaport bħal tiegħi u tiegħek u jħalli flusu hawn u min irid li l-passaport ikun tiegħu biss u forsi ta' xi klandestin li jiġi Malta għani b'kultura tal-kontinent iswed. Min jiġbor il-flus għall-Afrikani u jmur pajjiżhom jibnilhom saqaf fuq rashom u min ma jridx jagħtihom ċenteżmu wieħed biex ikollhom saqaf fuq rashom f 'pajjiżna. Min irid jiggverna għax hu fil-gvern u min irid imexxi hu u jiggverna ħaddieħor. Min jidgħi għax inqata' d-dawl u min jieħu pjaċir għax taħt il-lejber mar id-dawl (anke jekk bl-istess power station li bena l-partit tiegħu qabel tqaċċat mill-gvern). Min għax jiżra' l-ħaxixa jeħel 10 snin ħabs u min ibagħbas tifla ta' 12-il sena għal erba snin sħaħ u jeħel tliet snin. Min għamel suċċess bi presepju ħaj u min biddel kwartieri fi presepju bla ħajja. Min studja u stinka dwar il-liġi Ewropea biex mar Brussell u min jemmen li b'ritratt klandestin jew b'xi program televiżiv tista' tasal ukoll. Insomma pajjiż imħawwar b'kollox… b'diversi kuluri… Blu jew aħmar u kultant aħdar b'Gattopardo u Kazzola jsibu xi jgħidu ftit fuq kollox. U l-merħla tal-Ewropa tkompli tikber Wara li Trikka u l-idejakasa li ma waqfux jitqatlu f 'isem il-patrijottiżmu bla qies biex il-passaporti tagħna ma jinbigħux lill-miljunarji (Lhud skont Lowell), wara li Marilene spiċċat imbażwra tiġri fuq l-ajruplani 'l hawn u 'l hinn biex tpoġġi lil Malta fuq il-mappa Ewropea, wara li l-Kushi moħħu biex jurina l-mara futura tiegħu u donnu nesa l-futur tiegħu Ewropew, wara li Baldakkin qagħdet kwieta ssarraf iċ-ċekk miżeru li taqbad mill-Ewropa u Montaldu ż-Żebbuġi ddeċieda li jisparixxi mix-xena, tfaċċaw iżjed ħrief biex il-merħla tkompli tikber. Jidher biċċar li l-aħjar ħrief joħorġu mill-kaxxa televiżiva u jekk jirnexxilek jarrestawk dejjem aħjar għax tissemma aktar. U xi ngħidu għal Frans li biex ipattiha lil Kapo tiegħu wara li ħadlu postu bħala Kap issa se jipprova jeħodlu postu fl-Ewropa. Dawn barra Amazing Grace on the warpath Fejn tidħol il-kaċċa m'hemmx kuluri Norman Lowell tal-Imperium!

