Illum previous editions

illum 12 January 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/240184

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 35

turi tal-Ħajja Il-Ħadd 12 ta' Jannar 2014 | illum 11 ġiex apprezzat f 'artu Olivier meta abbandunah kulħadd." Din it-trobbija ressqet lil Ray Bondin għal politika fejn fl-1976, meta appena kellu 20 sena u kien għadu l-Università, fi żmien ta' tensjoni kbira politika kien ħareġ deputat fuq il-Kottonera biex jgħin lil partit anke jekk fuq hemmhekk ma kien jaf lil ħadd. Fl-1987 Ray Bondin kien tela' fil-parlament middistrett tal-Belt iżda ħames snin wara ma rnexxilux jerġa' jitla' għal ftit voti meta floku tela' Austin Gatt. Ray Bondin hu wkoll il-fundatur tal-AŻAD li hi akkademja politika taħt il-kappa talpartit Nazzjonalista. "Minn hemmhekk irtirajt għal kollox mill-politika u ddedikajt ruħi għal wirt patrimonjali. Kont diġà bdejt ir-rijabitazzjoni tal-Belt meta kont fil-parlament u bħala membru parlamentari għal ħames snin sħaħ ma tħallastx tax-xogħol li għamilt fuq il-Belt. Iżda jien writt mingħand in-Nannu Pullu u mingħand missieri mħabba kbira lejn il-Belt Valletta u kont determinat li problemi ta' strutturi u manutenzjoni tal-Palazz u San Ġwann jiġu rranġati. Kont anke ħriġt ktieb u anke ħadt f 'idi l-Imdina u l-Kottonera bħala volontarjat. Fl-1992 ingħatajt kuntratt u bdejt nitħallas iżda kelli nieqaf fl2007 għax ma stajtx naħdem mal-Ministru Ninu Zammit fejn kellna kwistjoni dwar il-pavimentar tal-Imdina u għalhekk mort naħdem malHeritage Malta." Isem Ray Bondin wasal barra minn xtutna grazzi għall-attività tiegħu firrestawr. "Dak iż-żmien ma kienx hawn internet biex twassal dak li taf iżda xorta saru jafu bija u l-UNESCO bdew jibgħatuni f 'diversi pajjiżi biex nagħti valutazzjonijiet dwar siti u nagħmel rapporti ta' moniteraġġ. Nammetti li għamilt isem u dan ma tagħmlux b'kumbinazzjoni għax trid tkun ferm preparat biex tagħmel dan ix-xogħol. Jien il-president tal-Għaqda tal-bliet storiċi u advisor mal-UNESCO fejn l-espertiż tiegħi huma l-bliet storiċi mdawrin bis-swar. Dan kollu wassalni biex inżur ħafna Ray Bondin, onorat 'l bogħod minn xtutna postijiet fid-dinja fejn anke ridt inkun diplomatiku għax ħafna bliet ta' dan it-tip ikunu mdawrin bi problemi politiċi bejn nazzjonijiet u trid tuża d-diplomazija. Żort in-Nepal, Ġappun, Korea, Ċili, Azerbaijan, Georgia u diversi postijiet fl-Ewropa speċjalment l-Italja, ilPortugall u anke Liverpool fejn kont wieħed li għent biex din il-belt tingħata dak li kien ħaqqha millUNESCO. Tant hu hekk li għandi ċittadinanza onorarja ta' Liverpool. "Iżda l-akbar sodisfazzjon tiegħi meta ngħin pajjiżi foqra bħall-Albanija fejn li jkollhom belt b'wirt dinji tal-UNESCO tfisser ħafna għalihom u tista' tgħinhom biex jiġbdu aktar turisti u l-ekonomija tibda timxi." Wara li smajt dan kollu, bqajt xi ftit perpless meta ma semmieli xejn dwar il-gżira tagħna. Bondin tbissem b'mod sarkastiku. "Is-siti li għandna b'patrimonju dinji ilhom fil-lista mill-1980. Dawn huma l-Belt Valletta, l-Ipoġew u t-tempji neolitiċi u f '34 sena ma żidna xejn. Nemmen li hemm oħrajn bħall-Imdina u l-Birgu iżda meta tlabt biex naħdem fuqhom injorawni. Barra hekk tentattiv fuq is-swar li jduru mal-port il-Kbir ma ħadnihx bis-serjetà. "Ninsab imweġġa' ħafna li ngħin tant pajjiżi fil-kumitat li qiegħed fih tal-Patrimonju Dinji u aħna bqajna b'xejn ħlief dak li kellna. Issa jidher li dan il-gvern għandu viżjoni differenti millamministrazzjoni ta' qabel u finalment tani l-opportunità u bdejt naħdem fuq iċĊittadella." Waqqaftu ftit biex nistaqsih mistoqsija għax meta jaqbad jirrakonta fuq ir-restawr u l-patrimonju lil Ray diffiċli twaqqfu. Meta rnexxieli nagħmel dan staqsejtu xi jrid ikollu sit biex jingħata l-għarfien ta' wirt dinji. "Biex ikollok dan l-għarfien is-sit irid ikollu xi ħaġa speċjali aktar minn oħrajn, għax bliet antiki hawn kemm trid madwar id-dinja. Iċ-Ċittadella għandha din l-ispeċjalità għax hi belt żgħira u hi l-unika belt kapitali li ġiet abbandunata u ma baqa' jgħix ħadd fiha. Fid-dinja m'hawnx bħalha." Staqsejtu wkoll barra gżiritna jekk hux qed jaħdem fuq xi belt oħra biex tingħata dan l-għarfien. "Iva qed naħdem ma' grupp ta' NGOs u esperti internazzjonali biex il-belt kapitali tal-Kurdi fit-Turkija li tinsab fruntiera mas-Sirja, Diyarbair tingħata l-għarfien ta' wirt dinji u flimkien ma' dawn l-esperti qed jitħejja dossier fuq il-pariri tiegħi. Din il-belt kienu jgħixu fiha 400,000 persuna u issa minħabba l-influss mis-Sirja qed jgħixu fiha miljun u nofs persuna. Fil-fatt hemm problemi kbar għal din ilbelt." Meta jħares b'sodisfazzjon kemm hu stmat barra pajjiżna xi jħoss? "Ma ħadtx dak li jixraqli. Ma ħadtx ir-rikonoxximent li kien ħaqqni. Avolja Louis Galea kien qal li Ray Bondin poġġa l-wirt storiku fuq l-aġenda politika Maltija kien biss diskors u xejn ma ġara minn hemm 'il quddiem firrigward ta' rikonoxximent. Hu ħasra mhux għalija iżda għal Malta għax Malta setgħet tieħu ħafna millvojt li hemm fil-Mediterran bħala ċentru ta' eċċellenza fir-restawr. Naf x'jien ngħid għax għent lil Libja fil-belt ta' Chinea u stajt nara kif filLibja tant għandhom bżonn restawr u m'hemm xejn u f 'Malta jista' jkollna ċentru fejn dawn jiġu jitgħallmu għandna fuq ir-restawr." Bħal kull profeta li ma jkunx aċċettat f 'pajjiżu Ray Bondin iħoss l-istess millpartit li hu kien jifforma parti minnu. Ray kellu tifħir kbir lejn l-amministrazzjoni l-ġdida tal-pajjiż. "L-ewwel nett il-fatt li qed jiġu involuti aktar nies hu pass 'il quddiem anke jekk trid issir riforma ħafna akbar. F'Malta hawn diversi laboratorji mxerrdin li ma jintużawx kif suppost. Issa se jinġabru f 'aġenzija waħda taħt il-Ministeru ta' Helena Dalli. Din hi deċiżjoni tajba mmens u ta' avvanz kbir li jgħin ir-restawr li għandu bżonn laboratorji ta' livell xjentifiku u b'hekk ikollu kollox ċentralizzat. "Pass ieħor tajjeb li qed isib xi ftit tar-reżistenza li l-qasam tar-restawr jaqa' taħt il-Heritage taħt ilkappa ta' Josè Herrera. Għax s'issa r-restawr u l-Heritage jaqgħu taħt żewġ dekasteri differenti. Jien dejjem kont niġġieled li r-restawr qatt m'għandu jkun taħt iddipartiment tax-xogħol pubbliku. Issa jidher li din issa se titwettaq." Dwar li sit jingħata għarfien ta' wirt Dinji talUNESCO Ray Bondin qalli li hawn perċezzjoni żbaljata li jaħsbu li dan ix-xogħol ifisser spiża żejda għal gvernijiet. "Il-gvernijiet Maltin iridu jaħsbu b'mod differenti għax il-wirt hu riżorsa ta' qliegħ. Id-dinja llum qed taħsibha bħali u qed tara kif se tisfruttaha dawn l-assets." Ray Bondin spiċċa biex tkellem ukoll dwar l-maniġment tal-mużewijiet f 'Malta li mhux qed iwasslu leħinhom biżżejjed matturisti. "Hawn Malta jiġu miljun u nofs turist f 'sena u l-Ġgantija li hu l-aktar mużew li jżuruh t-turisti jmorru jarawh biss 150,000. Hemm mużewijiet li ma jmur ħadd iżurhom. IlKottonera jżuruha biss 40,000 turist fis-sena. Dan ifisser li għadna ma lħaqniex is-suq mat-turist biex inħajruh iżuru l-Kottonera u l-mużewijiet." Kienu għaddew sagħtejn u kien wasal ħin l-ikel u qabel sellimna lil xulxin staqsejtu mistoqsija li kienet ħarbitli. Għalfejn Għajnsielem? "Xi 20 sena ilu kien hemm din l-opportunità u xtrajt dan il-post b'veduta eċċezzjonali tax-Xatt l-Aħmar u flistess ħin għandi ġnien b'veduta fejn inħalli l-qtates tiegħi li nħobbhom ħafna. Għalhekk Għajsnielem. Issa nsellimlek John ħa mmur inkompli xi ħaġa d-dar." Għax sirt naf ukoll li kemm ilha din l-amministrazzjoni Ray Bondin ingħata l-opportunità li jista' jaħdem ix-xogħol tiegħu mid-dar tiegħu f 'Għawdex flok joqgħod jaqsam kuljum lejn Malta fis-6 ta' filgħodu.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 January 2014