Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/240184
10 illum | Il-Ħadd 12 ta' Jannar 2014 L-avukati bit-titlu, mingħajr dottorat JAMES J. PISCOPO jpiscopo@mediatoday.com.mt WARA diversi ġimgħat ta' diskussjonijiet u konsultazzjoni, kollox jindika li l-gradwati tal-liġi se jibqgħu bit-titlu ta' 'Dr' minkejja li mhux se jibqgħu jiggradwaw fid-dottorat tal-liġi. Dan wara li tibdil fil-kors tal-liġi se jbiddel l-istruttura talkors, b'tali mod li jkun jinkludi 4 snin bħala baċellerat u sena bħala masters. Dan minflok l-istruttura eżistenti ta' sitt snin. F'kummenti li ta lil din il-gazzetta, is-Segretarju Parlamentari għall-Ġustizzja Owen Bonnici rrefera għallpreċedent li diġà jeżisti fiddentistrija fejn id-dentisti, għalkemm jiggradwaw b'Baċellerat u mhux b'Dottorat, jiġu riferuti bit-titolu ta' 'Dr'. Hu sostna li dan il-preċedent jista' jintuża wkoll f'dan il-każ. It-tibdil fil-kors tal-liġi huwa inevitabbli minħabba l-proċess ta' Bologna, li pajjiżna huwa firmatarju tagħha. Il-proċess ta' Bologna jpoġġi l-uniformità fil-kwalifiki akkademiċi ta' madwar l-Ewropa. Dan biex il-kwalifiċi jkunu rikonoxxuti fil-pajjiżi l-oħra. L-akbar inkwiet tal-istudenti dwar dan it-tibdil kienet ilpossibiltà ta' diskriminizzjoni fuq il-post tax-xogħol bejn avukati li ġa gradwaw bittitlu ta' 'Dr' u l-oħrajn li ma kellhomx. F'kummenti lil ILLUM, ilPresident tal-Għaqda Studenti tal-Liġi Clive Gerada qal li issa l-kors se jkun qiegħed jaddotta l-kriterji tal-proċess ta' Bologna, li jfisser li l-kors tal-liġi f'Malta se jkun simili ta' dak li jeżisti fil-pajjiżi Ewropej. Hu saħaq fuq l-importanza tal-prattika u rringrazzja lil fakultà tal-liġi kif ukoll lill-Kamra tal-Avukati li ħa jkunu qed jaħdmu millviċin biex l-istess prattika tkun regolata. "B'hekk jiġi assigurat li l-istudent tal-liġi jkollu formazzjoni ħolistika fil-kamp legali biex ikompli jissaħħah il-livell tal-professjoni. Dan ukoll fil-kuntest tal-bidliet li saru fl-'entry requirements', fejn ġew imsaħħa aktar minn qabel," temm jgħid Gerada. L-istudenti tal-liġi li daħlu qabel Ottubru 2012, mhumiex se jiġu affettwati, u se jibqgħu għaddejjin bil-kors kif kienu daħlu għalih oriġinarjament, jiġifieri dak ta' sitt snin. Anke f'każijiet li xi studenti jkollhom jirrepetu sena, dan jibqa' fuq is-sistema preċidenti. L-Erbgħa li għadda, Owen Bonnici kellu laqgħa ta' konsultazzjoni miftuħa malistudenti affettwati organizzata mir-rappreżentanti tal-istudenti tal-liġi. Fil-preżenza tal-Avukat Ġenerali Peter Grech, Bonnici talbu biex jara iktar fid-dettal ta' kif jitħaddem dan il-preċident u kif jista' jiġi applikat għal kors tal-liġi. Ewropea bħala opportunità għal pajjiżna f 'kuntest fejn id-destinazzjoni qiegħda kontinwament tevolvi u fejn Malta tista' mhux biss issegwi iżda tkun hi stess li tmexxi inizzjattivi ġodda. Huwa identifika s-sens ta' għaqda bejn in-nies Ewropej bħala l-akbar benefiċċju. Kompla biex spjega li dan il-benefiċċju hu fil-fatt l-akbar sfida li għandha l-Ewropa għax il-futur jinsab fil-kapacità tagħha illi tkompli tnissel dan is-sens ta' għaqda u involviment fiċ-ċittadini. Huwa jemmen illi fil-ħajja, jekk għandek l-attitudni tajba u inti kontabbli għal dak li tagħmel, iċ-ċans li tasal għar-riżultat li trid huwa kbir. Meta tkellem dwar il-viżjoni u l-prijoritajiet tiegħu, il-kandidat għall- Parlament Ewropew iddeskriva ż-żgħażagħ bħala magni friski ta' ideat u entużjażmu li rridu nigwidawhom b'mentalità differenti u b'bidla filkultura. "Irridu niżguraw illi ż-żgħażagħ jingħataw ċans tajjeb li jagħmlu avvanz kbir f 'ħajjithom, u din hi viżjoni li nistgħu nwettqu." Fil-kummenti tal-għeluq, ilKap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil iddeskriva lil Jonathan Shaw bħala persuna ta' kariżma kbira u li għandu l-ħila li jikkomunika b'mod effettiv mal-elettorat. Hu enfasizza illi l-għażla ta' Jonathan Shaw millKummissjoni tal-Partit tirrifletti l-missjoni tal-Partit Nazzjonalista li jilqa' fi ħdanu nies ġodda u validi. Jonathan Shaw nieda lkampanja għall-MEP JEROME CARUANA CILIA jccilia@mediatoday.com.mt 'THINK Europe - Act Local' huwa l-messaġġ tal-kandidat Nazzjonalista għall-Parlament Ewropew Jonathan Shaw. Waqt li nieda l-kampanja elettorali b'mod mill-aktar frisk u informali, Jonathan Shaw qal li 'Think Europe – Act Local' hija attitudni u mod kif taħdem fi grupp ikbar, fil-kuntest tagħna, Malta fi grupp akbar magħmul minn pajjiżi oħra Ewropej. Huwa qal "l-islogan li għażilt jirrifletti l-impenn tiegħi li filwaqt li hu tajjeb li nwettqu u naħsbu fuq livell Ewropew irridu naraw ir-riżultat fuq livell lokali, f 'pajjiżna". Shaw fisser l-Unjoni L-ewwel kandidat Musulman iniedi l-kampanja għall-MEP MARIO Farrugia Borg nieda l-kampanja tiegħu għall-elezzjoni talParlament Ewropew li se ssir fl-24 ta' Mejju. Hu saħaq li jemmen filġustizzja soċjali u li kieku jkun elett, jagħmel dak kollu possibbli biex ilpersuni vulnerabbli jkunu fil-quċċata tal-aġenda Ewropea. Farrugia Borg iddeskriva lilu nnifsu bħala soċjodemokratiku. Hu spjega kif qabel ma' Muscat fl-isforzi tiegħu sabiex pajjiżna jiġbed l-attenzjoni dwar ilkwistjoni tal-immigrazzjoni. "Jien kburi bl-isforzi ta' Muscat għaliex fi żmien qasir għamel ħafna iktar milli wettqu l-predeċessuri tiegħu." Hu insista li mhuwiex razzist jew ksenofobu. Farrugia Borg żied jgħid li l-UE kienet obbligata biex tgħin lil pajjiżna tiffaċċja numru ta' sfidi minħabba l-immigrazzjoni. "Din irraġuni biss hija biżżejjed sabiex tivvota lill-kandidat tal-Partit Laburista f 'Mejju," temm jgħid l-Kandidat Laburista. Gladjat minn John Busuttil Il-profeta li ma ġ Ray Bondin, Belti pur li jgħix Għawdex. Isiefer madwar id-dinja kollha bilgħan li jara bliet antikissimi jieħdu l-unur ta' Wirt Dinji tal-UNESCO. Fil-fatt Ray Bondin għandu sehem kbir biex siti Sqallin bħal Val di Noto f 'Ragusa u Scicli, Siracusa, il-gżejjer Eolie u l-vulkan Etna ngħataw l-għarfien bħala Wirt Dinji tal-UNESCO. Żewġ siti oħra fil-Portugall, Elvas u Coimbra rnexxielhom jingħataw dan l-għarfien grazzi għax-xogħol tiegħu. Iżda fl-istess waqt iħoss li f 'Malta qatt ma ngħata ċans biex bliet bħall-Imdina u l-Birgu jieħdu dan l-unur fejn iħossu bħal profeta li kien injorat f 'artu. Ma ngħatax rikonoxximent biżżejjed minn amministrazzjoni li hu kien jifforma parti integrali minnha filpassat. Ray Bondin għandu d-dottorat fir-restawr u kien il-bniedem li ħadem bis-sħiħ għar-rijabitazzjoni tal-Belt Valletta u donnu li issa r-rota qed iddur fejn l-amministrazzjoni l-ġdida qed tara l-potenzjal tiegħu u fil-fatt ingħata l-inkarigu fuq ir-restawr taċ-Ċittadella f 'Għawdex li mistennija tingħata l-għarfien ta' wirt dinji tal-UNESCO. Dwar il-ġlieda bla nifs tiegħu biex jara li siti antiki bi storja u arkitettura kbira ma jitmermrux mill-qilla tannatura, Bondin hu gwerrier favur ir-restawr u r-riċerka. Iltqajt ma' Ray Bondin ilkażin tal-Banda San Ġużepp f 'Għajnsielem (fejn hu president onorarju tiegħu) waqt li ħadna kafé fil-pjazza sabiħa ta' Għajnsielem. L-ewwel siegħa għamiltha nisma' lil Bondin jitkellem b'mod informattiv dwar l-esperjenzi kbar tiegħu madwar id-dinja. Fejn irrestawr u s-siti tal-UNESCO laqqgħuh ma' diversi kulturi madwar id-dinja kollha. Irrakuntali dwar it-tbatijiet li għaddejjin minnhom il-Palestinjani fejn ilu jmur jgħinhom għal dawn l-aħħar għaxar snin u qalli li s-sigurtà Iżraeljana tagħmillu ħajtu infern biex jidħol u joħroġ mill-Belt Imqaddsa. Bħalissa fil-fatt hu qed jgħinhom fir-restawr tal-Knisja tan-Nattività. Ray qalli li fil-maġġoranza tal-każi hu ma jaħdimx għall-ebda qliegħ. Fejn bħal f 'Betlem, l-Albanija u pajjiżi oħra foqra jitlob biss l-ispejjeż. Imbagħad ġieli mar pajjiżi oħra bħal Ġappun li jaħdem bi ħlas tajjeb, "għax il-bniedem irid biex jgħix ukoll" jgħid Ray. Wara li smajt x'kellu xi jgħid b'interess kbir għax ikolli nammetti li tgħallimt ħafna mill-esperjenzi tiegħu bdejt nistaqsih ftit dwaru nnifsu għax ta' min jgħid li x-xogħol li jagħmel għal UNESCO mhux xogħlu proprju u meta jsiefer irid jieħdu mil-leave tiegħu għax hu jaħdem malHeritage Malta. Anke jekk fl-aħħar sena serva bħala ambaxxatur għal Malta fil-Portugall u kien anke ambaxxatur tal-UNESCO għal Malta, pożizzjoni onorarja (jiġifieri li ma titħallasx tagħha). Iżda malbidla fl-amministrazzjoni dawn iż-żewġ pożizzjonijiet twaqqfulu u ngħataw lil ħaddieħor, xi ħaġa li hu aċċetta għax qalli li dan dejjem hekk isir fejn ammetta li l-aktar li ddispjaċih kien dik ta' ambaxxatur tal-UNESCO fejn illum hemm ilMonsinjur Għawdxi, Dr Joe Vella Gauci. Bondin twieled 57 sena ilu fi Triq San Paolo l-Belt. Iżda dawn l-aħħar ħames snin għex f 'Għajnsielem. "Ikolli nsiefer ħafna u meta niġi Malta nkun irrid il-kwiet u f 'Għajnsielem sibt dan kollu fejn il-komunità laqgħuni tant li anke għamlitni president onorarju talkażin tal-banda." Dan wara li Bondin amalgamahom ma' xi villaġġi fi Sqallija bil-kuntatti li għandu f 'din il-gżira viċina. Jien niftakar lil Ray Bondin meta kien żagħżugħ jiġri ma' missieru, Charles Bondin li kien wieħed mill-hekk imsejħa akkolti ta' Ġorġ Borg Olivier. Charles kien ukoll is-segretarju tal-każin tal-partit Nazzjonalista talBelt. Meta fl-1988 Charles miet, Ray jiftakar li filparlament kien tkellem dwar missieru l-avukat Joe Brincat u qal "Charles hu l-bniedem li baqa' leali lejn Ġorġ Borg

