Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/244627
12 illum | Il-Ħadd 19 ta' Jannar 2014 In-Nimrod jgharrex ... u l-Bu bħala Maltin (jiġifieri l-pastizz tas-Serkin) ma mmorrux nikkompetu biddiska IN MY PASTIZZ li forsi tkantaha Kjara wara li kienet ħarġet IN MY ŻARBUN… JOHN BUSUTTIL MALTA l-lewwel u qabel kollox… Tradituri… Malta tal-Maltin biss… Lil Malta ma nbiegħuhiex… ma jinteressaniex x'jgħid ilbarrani… Ħammartulna wiċċna… il-poplu ma jinsiex it-tradiment… l-aqwa li gżajnikom u issa ħa tieħdu l-kastig… Tistħajlek li qiegħed f 'xifer ta' gwerra. Imma kemm hu patrijott dan il-poplu hux. Poplu li sal-bieraħ juri li lest li jmut għal din il-bandiera tagħna li tahielna l-barrani (wara kollox). Issa dan l-istess poplu li tant taħarqu qalbu għal Malta ħames xhur oħra jimla l-bjut Maltin bi bnadar ta' kull lewn. Poplu li ħames xhur oħra jibda jsejjaħ lit-Taljani – AĦNA u jgħajjar lill-Ingliżi INTOM. Ejja lilyyyyyyy… għidtlek moħħok hemm TON. It-tinda u l-għannej U la semmejt lil Lily fakkritni f 'dik Lily talbiker (forever young) Tony Camilleri li dil-ġimgħa kellu l-aħħar birthday tiegħu f 'Malta tagħna qabel tinbiegħ. Fil-fatt Lily tiegħu xtratlu pasta u kapuċċino (għax dik kollox tikxef fuq il-fejsbuk). U dan iwassalni għal dik id-diska popolari tiegħu li mingħalija tgħid xi ħaġa hekk… Għannej, għannej, Illejla għal fejn? Għal taħt tinda ġdida li hemm Mater Dei. Jekk ħadt riħ papali, influwenza mill-kbar. Oqgħod barra fil-kesħa Ja ġaħan, ja ħmar! U bilħaqq la qegħdin fuq il-kanzunetti, sirt naf li l-isem tal-kanzunetta tal-Belarus għal Eurovision jisimha CHEESECAKE li se jkantaha ċertu TEO (u mhux Tea ta'Amazing Grace). Li qed jinkwetani li bħalissa billi hawn ħafna ewforija u ferneżija ta' dak kollu li jgħamilna u jgħaqqadna U Mazzola kusha maħbuż? U wara li Malta kollha waqfet u kull ġaħan Malti sar jifhem fl-Ewropa u fil-passaporti l-aħjar li marret żgur li hi Mazzola (mhux dak li kien jilgħab mal-Inter ta') iżda dik ilblondija tan-Nazzjonalisti li tal-ONE jġibuha mqanfda u jgħajruha traditur. Kompli ħmar Lejburist għajjarha għax dak ittgħajjir hu garanzija ta' eluf ta' voti tan-Nazzjonalisti. Niggarantilkom li romblu tgħaddi fuq ilmiljunarju u Ċikku l-FŻD li ħadu l-midalja tal-fidda u tal-bronż fit-tellieqa ma' Simone. U wara r-riżultat (photo finish) fil-parlament Ewropew ta' Strasburgu bdejt naħseb u ngħid… "Vera kapaċi dawn inNazzjonalisti. Tnejn minnhom dawru lil kulħadd favur tagħhom fl-Ewropa u ħallew lill-erba ċċassati Lejburisti qas jafu x'għaddha minn fuqhom. U kważi sena ilu, l-istess ġara, wieħed minnhom dawwar lil kulħadd f 'Malta favur… IL-LEJBER. Kemm intom madunna kurjużi… ma tafux għal min qed nirreferi? Iva dak kollu kemm hu dak li Peppi tal-bendy bus jixtiequ jkun president… Isma Pepp ħu ħsieb ta għax qed jgħidu li l-bendy buses se nbiegħuhom ta…u imbagħad għidli x'nagħmlu mingħajrek u l-bendy bus tiegħek. Jekk ma jidħolx flokok BUNDY BUS. X'tippreferi sieħbi t-tinda jew il-kamra mortwarja? Qiegħed tajjeb il-Bużu qisu ż... ġo bott u b'kondom fuq rasu... Il-Juventus u tal-lejber Ħa naraw taqtgħux din issa ħa... Tafu x'hemm in komuni bejn il-Juventus u l-lejber? Ir-risposta ssibuha aktar 'l isfel u jekk taqtugħha tieħdu passaport b'irħis. L-Ayatollah Xikluna U kemm qed jinkwetawh il-GAYS l-Ayatollah Xikluna. Ma jridx jaf eh. Jippreferi li t-tfal jibqgħu fl-istituti milli jiġu adotatti mill-GAYS. Tgħid għaliex hux? Hemm min qed jgħid li qed isemmi d-dnub il-mejjet ukoll. Ma tarax jew…ma nemminx li se jidfen lil ħadd fil-miżbla. Imbagħad ħa ngħiduha kif inhi jagħmel li jrid għax Dik il-banana ta' min hi eżatt?