Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/244627
14 illum | Il-Ħadd 19 ta' Jannar 2014 In-negozji ż-żgħar f F leur Vella hija waħda mid-debuttanti fil-politika lokali meta f 'Mejju li ġej se tikkontesta għallParlament Ewropew. Iżda fl-età ta' 36 sena, Vella qed tara dan biss bħala l-ewwel pass f 'karriera politika jekk tkompli tingħata l-fiduċja tal-partit. Fleur Vella hi waħda mill-ftit li dieħla fil-politika waqt li qed tmexxi n-negozju tagħha li wirtet minn missierha. F'dan il-kuntest, bla ebda tlaqliq tgħidli li n-negozji żgħar u medji se jkunu fiċ-ċentru tal-ħidma tagħha kemm jekk tkun eletta biex isservi fi Brussell, kif ukoll jekk tkompli fil-karriera politika tagħha fil-futur. "Anke pajjiż żgħir bħal Malta jaf iġib bidliet fil-mod kif titħaddem l-Unjoni Ewropea." In-negozji ż-żgħar bħala prijorità "Fl-2006 ħassejt il-bżonn li nifhem iktar lis-settur privat, li sa dakinhar għalija kien dejjem biss statistika. Meta bdejt naħdem f 'negozju żgħir bdejt nara d-diffikultajiet ta' dawn ilkumpaniji fosthom il-problemi biex tiġbor dejn minħabba s-sistema tal-qrati, dewmien fil-ħlas mis-settur pubbliku jew kontijiet ta' dawl u ilma bl-għola rati għan-negozji ż-żgħar. Kellek ukoll ċirkustanzi fejn tenders jitwaqqgħu b'mod kappriċċuż wara li tkun tajt garanzija ta' eluf għal xhur twal, jew banek b'tariffi esaġerati u bl-addoċċ." Issemmi wkoll il-burokrazija infinita biex tapplika għal fondi Ewropej jew għal xi tender minn fondi tal-Unjoni Ewropea. "Dawn u ħafna oħrajn huma kollha xkiel fuq il-kompetittività ta' Fleur Vella dwar ilkandidatura tagħha għall-Parlament Ewropew u l-karriera finnegozju James J. Piscopo jpiscopo@mediatoday.com.mt negozju. Taħt l-amministrazzjoni preċedenti rajna wkoll ħafna xogħlijiet pubbliċi magħmulin dejjem minn l-istess ftit kuntratturi. Dawn kienu jqabbdu negozji żgħar jagħmlulhom ixxogħol b'kundizzjonijiet li wassal għal falliment ta' ħafna negozji, jew biex dawn ikollhom jimpjegaw ħaddiema bil-prekarjat," tissokta tgħid Vella. Mistoqsija x'inhuma l-miri personali tagħha għal dawn l-elezzjonijiet, hi tenniet li l-għan tagħha hu li tqajjem aktar kuxjenza dwar il-problemi ta' negozji żgħar. "Jiena persuna li ħdimt u naf kif jirraġunaw kemm il-burokrati Ewropej kif ukoll nies normali li kuljum jistinkaw biex ikunu jistgħu jitimgħu l-familji taghhom. Nemmen li burokrati Ewropej ma għandhomx idea ta' xi tfisser tkun negozju żgħir, fejn kollox trid tagħmel inti. Ma jagħrfux li kull karta u qadja li ma tqallgħakx flus hija żejda." Debutt lokali iżda b'esperjenza Ewropea Minkejja li din hi l-ewwel esperjenza politika għaliha, Vella diġà għandha esperjenza ta' diversi snin b'ħidma relatata mal-Unjoni Ewropea. Wara li gradwat fl-Ekonomija u fl-Amministrazzjoni tan-Negozju, hi bdiet taħdem mal-Gvern fuq riċerka meħtieġa biex tiġi ffurmata l-pożizzjoni ta' Malta fin-negozjati ta' qabel id-dħul fl-Unjoni Ewropea. Wara d-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, Vella ssuktat taħdem fuq in-negozjati ta' Malta mal-UE dwar il-fondi li kellha tirċievi Malta. "Dawn l-esperjenzi għallmuni li meta jkollok argumenti sodi bbażati fuq il-fatti, anke pajjiż żgħir bħal Malta jaf iġib bidliet fil-mod kif titħaddem l-Unjoni Ewropea," qalet Vella. Għal xi żmien, serviet ukoll bħala ċermen tal-Awtorità għar-Riżorsi taħt Austin Gatt, anke jekk tgħid li hi qatt ma tkellmet miegħu. Minkejja li fl-ittra tar-riżenja ma kinitx kitbet ir-raġuni, Vella tgħid li kienet kwistjoni ta' ħin. "Jekk trid tkun ċermen kif suppost, trid tiddedika ammont konsiderevoli ta' ħin titkellem ma' l-istakeholders kollha. Jien ħassejtni li ma kienx qed jirnexxili nilħaq dawn il-miri minħabba nuqqas ta' ħin. Ħassejt li naħdem fin-negozju kien iktar importanti għalija biex inkun nista' nkompli nkattar dak li bena missieri." Minn Nazzjonalista għal kandidata Laburista Vella, li taħdem bħala marketing manager, hija waħda mill-kandidati li l-Partit Laburista qed jippreżenta bħala eks-Nazzjonalisti għal Mejju li ġej. "Jiena kont Nazzjonalista meta kien hemm nies serji u kapaċi jmexxu l-Partit," tgħidli Vella, li tiddeskrivi il-politika bħala 'vokazzjoni'. U r-relazzjoni mal-Partit Laburista? "Nista' ngħid li l-Partit Laburista hija familja li laqgħetni u kienet viċin tiegħi anke f 'mumenti koroh. Apprezzajt kemm kienu ta' appoġġ għalija Joseph Muscat, martu u d-deputat mexxej Toni Abela meta miet missieri ftit ġimgħat ilu. Innominazzjoni tiegħi għall-elezzjoni tal-MEPs hi turija tal-fiduċja kbira li l-gvern preżenti għandu finnegozjanti ż-żgħar. Għalhekk se nagħmel ħilti biex inwassal leħnu." Iċ-ċittadinanza turi d-differenza bejn il-partiti Il-kandidata Laburista ssostni li d-dibattitu li sar fl-aħħar jiem dwar "Il-Partit Laburista hija familja li laqgħatni u kienet viċin tiegħi anke f'mumenti koroh" iċ-ċittadinanza serviet biss biex toħroġ aktar id-differenza bejn iżżewġ partiti. "Minn banda kellna l-Partit Nazzjonalista bħala negattiv, li għamel minn kollox biex prova jħammeġ isem pajjiżna u dan għax ma jridx li dan il-programm ikun suċċess. Min-naħa l-oħra kellna l-Partit Laburista fil-Gvern, li qed jaħdem sabiex permezz ta' programmi innovattivi bħal l-IIP jgħolli l-livell tal-għajxien tal-familji Maltin u Għawdxin u n-negozji." "Kont Nazzjonalista meta kien hemm nies serji u kapaċi jmexxu l-Partit" Hi targumenta li għandha tkun biss Malta li għandha tiddeċiedi hi, minkejja l-pożizzjoni talIstituzzjonijiet Ewropej. Vella ġġustifikat l-iskema taċċittadinanza bil-benefiċċji li din se ġġib. "L-iskema mistennija tiġġenera madwar elf miljun ewro f 'fondi li se jkunu investiti f 'bosta proġetti soċjali, u dan mingħajr ma wieħed isemmi l-bonds u l-proprjetà." Hi qalet li hemm negozjanti ġenwini u ta' integrità li għalihom iċ-ċittadinanza Ewropea tgħinhom f 'ħidmiethom. "Il-biża' li jiġu nies ta' kondotta ħażina tiġi fix-xejn peress li f 'din l-iskema hemm sistemi rigorużi addottati mill-gvern, biex jifli sew lil min se tingħata ċ-ċittadinanza." Kontra kif ħadmu l-MEPs Nazzjonalisti F'dan il-kuntest, Fleur Vella qalet li ma tistax taqbel ma' kif ħadmu l-MEPs Nazzjonalisti fid-dibattitu li sar fil-Parlament Ewropew. "Metsola u Casa kellhom biss aġenda waħda, dik li jippruvaw jagħmlu ħsara lill-pajjiżna. Rajna kif kienu huma li baqgħu jinsistu sal-aħħar li isem Malta fuq ilmozzjoni ma jitneħħiex, fil-fatt hekk ġara, għalkemm wieħed għandu jirrikonoxxi l-fatt li