Illum previous editions

Illum 19 January 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/244627

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 35

Il-Ħadd 19 ta' Jannar 2014 | illum 15 fil-qalba ta' Brussell "Burokrati Ewropej m'għandhomx idea ta' xi tfisser tkun negozju żgħir, fejn kollox trid tagħmel inti. Ma jagħrfux li kull karta u qadja li ma tqallgħekx flus hija żejda." permezz tal-ħidma tal-MEPs Laburisti u l-Grupp tas-Soċjalisti Ewropej ir-referenzi għal Malta niżlu minn ħdax-il darba għal tlieta. B'kuntrast ma' dak li għamlu d-deputati Nazzjonalisti, isSoċjalisti vvutaw kontra l-klawżoli li fihom hemm l-aċċenn għal Malta." L-immigrazzjoni irregolari Il-kandidata Laburista tagħraf ukoll il-ħtieġa li l-immigrazzjoni irregolari tkun waħda millprijoritajiet tal-MEPs Maltin għal ħames snin li ġejjin. Iżda realistikament x'jistgħu jagħmlu biex dan is-suġġett jingħata l-importanza meħtieġa? "L-MEPs għandhom jagħmlu pressjoni sabiex l-ewwel u qabel kollox, l-Unjoni Ewropea tieħu ħsieb il-problema minn fejn qed toriġina, minn fejn dawn l-immigranti qed jitilqu. Naħseb li l-Gvern diġà għamel bosta affarijiet importanti fuq din ilmaterja, fosthom li rabat lil Unjoni Ewropea b'timeframes ċari ta' meta ser jibdew jiġu implimentati l-miżuri li hemm bżonn," temmet tgħid Vella.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 19 January 2014