Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/244627
16 illum | Il-Ħadd 19 ta' Jannar 2014 Ħames Minuti KRISTEN Camilleri, jew kif forsi saret magħrufa dan l-aħħar Katrina, għandha 21 sena u toqgħod Birkirkara. Tħobb tkanta u tirreċta u għadha kif gradwat fil-Kriminoloġija mill-Università ta' Malta. Il-passatemp tad-drama wassalha biex bħalissa hija parti prinċipali f 'serje televiżiva fuq stazzjon Malti, li jġib l-istess isem tal-karattru tagħha. Flaħħar sentejn kienet ukoll finalista fil-festival Indifest li jsir f 'Settembru. Kif semmejt qabel, le ma naqbilx u ma naqbilx mhux għax naħseb li koppji talistess sess mhumiex kapaċi jrabbu tajjeb daqs raġel u mara però bil-wisq nibża' li jbatu t-tfal. Nemmen li s-soċjetà l-ewwel u qabel kollox għandha tipproteġi l-aħjar interess tat-tfal. Naħseb li dawn it-tfal kapaċi jkunu vittmi ta' bullying. Madankollu, dan huwa argument sensittiv ħafna li jirrikjedi ħafna studju qabel ma wieħed jasal għal konklużjoni. Naħseb li l-ewwel għandna ninvestu li nfiehmu li s-soċjetà li li tkun omosesswali ma fiha xejn ħażin. Imbagħad minn hemm nimxu pass pass forsi nieħdu deċiżjoni fuq l-adozzjoni. Kelma waħda li tispjega ħajtek? Avventura X'inhi l-attitudni tiegħek lejn il-ħajja? Il-ħajja naraha bħala l-isbaħ rigal li qatt ingħatajna. Kultant taf ittik fuq wiċċek iżda huma mumenti bħal dawn li jgħallmuna kif għandna nerġgħu nqumu fuq saqajna u nkunu aktar b'saħħitna. Trid tgħix il-mument blaħjar mod li tista' għax ħadd ma jaf x'ser jiġri għada. X'ħajrek tibda din ilkarriera? Qatt ma kien hemm ħajra, iżjed kien u għad hemm imħabba lejn id-drama u l-kant. Bdejt minn età zgħira fl-iskola li kont nattendi u minn hemmhekk bnejt l-ewwel pedament li tani l-opportunità li nasal fejn wasalt illum. Ċerta li fadalli ma' Kristen Camillieri x'naqdef u x'nitgħallem però l-esperjenza li qed nieħu bħalissa huwa ta' preparament għal li jmiss. Ma naqbel magħha xejn! Il-qtil ta' annimal m'għandu jkun qatt passatemp. Il-qtil u dejjem ħażin f 'kull aspett! Issa li se terġa' tqum l-attenzjoni fuq l-Eurovision. Taħseb li xi darba Malta għad tirbaħ l-Eurovision? Għalfejn le? Jien nemmen li Malta għandha kull potenzjal li tirbaħ ilEurovision. Diġà kien suċċess kbir li Malta rebħet il-Junior Eurovision issena li għaddiet, ma narax għalfejn ma nistgħux nirbħu l-Eurovision tal-kbar. X'taħseb dwar l-unjoni ċivili u gay marriage? Jien naqbel li jkollom id-drittijiet u naqbel li tidħol il-liġi tal-unjoni ċivili. Rigward gay marriage miniex daqshekk konvinta għaliex la darba żewġ persuni tal-istess sess jiżżewġu, awtomatikament ikunu jixtiequ jaddottaw it-tfal u fuq din il-kwistjoni jien ma naqbilx. X'taħseb dwar il-kaċċa f 'Malta? Taqbel mal-adozzjoni għall-koppji tal-istess sess u għalfejn? Temmen f 'Alla? Għaliex? Iva nemmen f 'Alla għaliex nemmen li hemm xi ħadd li lest jilqagħni bid-difetti kollha tiegħi u li jipproteġini f 'kull ma nagħmel. Nemmen f 'Alla wkoll għaliex tani talenti fejn nista' nużahom b'mod li mhux nieħu gost biss jiena, iżda nferraħ ukoll lil ħaddieħor. Ma nemminx f 'Alla ta' ħafna storbju u xeni, imma f 'Alla li huwa sieket iżda jinħass dejjem. Kemm hi moħħha miftuħ Malta fejn tidħol moda? Naħseb li maż-żmien qed insiru aktar konxji ta' kif nidhru u ta' kif qed tinbidel il-moda. Sa ftit snin ilu konna għadna konservattivi wisq fejn tidħol il-moda iżda llum il-ġurnata kulħadd għandu l-istil tiegħu u ħadd m'għadu jiddejjaq jilbes kif iħossu l-aktar komdu anke jekk għal ħaddiehor forsi jidher stramb jew eċċentriku. L-iktar darba li stħajt? Kont għadni iżgħar u kont il-quddies. Fil-ħin tat-tqarbin, waqt li kont tielgħa biex nitqarben kien hemm mara anzjana bilbastun quddiemi u bi żball ilqattilha l-bastun u spiċċat waqgħet miskina! L-aqwa li ma weġġgħetx imma vera kont stħajt!! L-isbaħ esperjenza f 'ħajtek? L-iktar esperjenza li fissret ħafna għalija u li għadni nġorrha miegħi sal-ġurnata tal-lum hija l-esperjenza li kelli ġewwa l-Filippini fejn qattajt xahar mat-tfal orfni kif ukoll kelli l-opportunità li nżur familji foqra bla ikel u bla saqaf fuq rashom. Bla dubju hija l-iktar esperjenza li għamlet impatt kbir f 'ħajti u li żgur nixtieq nerġa' nagħmel. Il-Futur ta' Kristen Camilleri… Il-futur tiegħi mhux se niddeċidih jien però lesta għal dak li hemm quddiemi, lesta għalih għax naf li jkun xi jkun dejjem ħa nsib x'nitgħallem u dejjem ħa nfittex biex nikber f 'dak li l-aktar inħobb nagħmel. Sidien ta' kumpaniji ta' mezzi tax-xandir ma ġewx ikkonsultati IL-GAZZETTA ILLUM tkellmet mal-President tal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM) Malcolm J. Naudi, dwar il-proposta tal-Istitut li s-sidien ta' kumpaniji ta' mezzi taxxandir jibagħtu ġurnalist sabiex jirrappreżentahom fil-kunsill tal-IĠM. Naudi spjega li din iddeċiżjoni ttieħdet s-sena l-oħra fil-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-IĠM. "Bażikament bħala Istitut avviċinajna s-seba' sidien ewlenin tal-mezzi taxxandir f 'pajjiżna. Dawn huma l-MediaToday, PBS, ONE, Media.Link, Allied Newspapers, l-Independent u l-Union Press. Stedinnihom sabiex jinnominaw ġurnalist ħalli jkun membru fuq il-kunsill tal-Istitut talĠurnalisti Maltin ta' din is-sena. Huma qablu li jinnominaw lil xi ħadd," qal Naudi. Il-president tal-Istitut spjega dan li ser jiġri lejn l-aħħar taxxahar. "L-aħħar Sibt tax-xahar ta' Jannar il-membri talIĠM jkunu mistiedna sabiex jivvutaw ħalli jaħtru seba' membri tal-kunsill. Dawn jikkonsistu minn tliet uffiċjali (ċermen, segretarju ġenerali u teżorier) u erba' membri oħra." Naudi spjega li r-rappreżentanti tas-sidien talmezzi tax-xandir ser ikollhom l-istess drittijiet bħal l-istess drittijiet tal-vot, involviment fl-istitut bħal kunsill kollu. Kunsill jiltaqa' darba fixxahar skont il-ħtieġa u xi jkun hemm fil-pajjiż. Iżda l-editur maniġerjali ta' MediaToday, Saviour Balzan, ma jaqbilx ma' din ilproposta. "Jien ġejt infurmat din il-ġimgħa mill-IĠM dwar invit lis-sidien tad-djar tal-mezzi tax-xandir. Ma naqbilx li sidien ta' kumpaniji ta' mezzi tax-xandir per se, għandhom ikunu nominati fuq il-kunsill tal-IĠM. Bħal ma naqbilx li l-IĠM għandha tkun immexxija minn nies li mhumiex ġurnalisti. Nemmen li sidien ta' kumpaniji ta' mezzi tax-xandir għandhom ikunu konsultati - imma l-problemi tal-ġurnaliżmu f 'Malta hija separata millproblema purament monitarja tas-sidien tal-mezzi taxxandir. Fuq kollox għandha wkoll taħlita ta' sidien ta' kumpaniji ta' mezzi taxxandir. Jien ma naħsibx li hemm klassi waħda, hemm maniġers ta' kumpaniji, segretarji ġenerali ta' partiti, diretturi mingħajr ishma u oħrajn bħali, li huma sidien u ġurnalisti." Għal kuntrarju, isSegretarju Ġenerali talPartit Nazzjonalista Chris Said qal li jaqbel mal-idea tal-IĠM. "Iva naqbel u nemmen li din hi proposta pożittiva. Naqbel li s-sidien tal-kumpaniji rispettivi għandhom jagħżlu ġurnalist sabiex jirrappreżenthom fuq il-kunsill tal-IĠM." Alfred Farrugia, il-persuna responsabbli mill-Union Print qal li ma kienx jaf bil-proposta tal-IĠM. "Ħadd mill-IĠM ma avviċinani sabiex niddiskutu din il-proposta. Sirt naf b'din il-proposta b'kumbinazzjoni, u dan għax iltqajt ma' sid talmezzi tax-xandir u semmieli din il-proposta." Lanqas il-Kap Eżekuttiv talONE Productions Ltd, Jason Micallef ma ġie kkonsultat. "Le ma kontx ikkonsultat u wisq anqas l-istazzjonijiet ONE." "Din il-proposta li qed insir naf biha għall-ewwel darba, tista' tkun pass ieħor fid-direzzjoni t-tajba biex l-istruttura tal-IĠM tkompli tissaħħaħ bil-parteċipazzjoni, u rappreżentanza aktar wiesgħa mill-partijiet kollha tal-mezzi tax-xandir lokali," qal Micallef. "Min-naħa l-oħra, hemm bżonn li din ma tkunx proposta unika iżda waħda minn ħafna oħrajn maħsubin biex l-IĠM ikun jista' jaqdi aħjar il-funzjonijiet tiegħu u allura aktar effettiv mil-lum," temm jgħid Micallef. Malcolm J. Naudi qal li din is-sena l-IĠM qed jiċċelebra l-25 sena mit-twaqqif tiegħu. "Din is-sena hemm numru ta' inizjattivi. Dalwaqt ser ikun hemm konferenza nazzjonali dwar l-etika, malli jkollna data nħabbruha uffiċjalment. Diġà ħabbarna l-Malta Journalism Awards. Imbagħad, lejn l-aħħar tas-sena ser ikollna avveniment sabiex infakkru l-anniversarju tal-Istitut," sostna Naudi ma' din ilgazzetta.