Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/244627
Il-Ħadd 19 ta' Jannar 2014 | illum 17 Cremona jinħeba u jixref Scicluna Jerome Caruana Cilia jccilia@mediatoday.com.mt FIS-26 ta' Jannar, 2007 Pawlu Cremona kien ikkonsagrat Arċisqof. Ħafna raw din il-ħatra bħala nifs ġdid għall-Knisja Kattolika f 'pajjiżna. Dan wara t-tmexxija ta' Ġużeppi Mercieca, li dam f 'din ilpożizzjoni għal kważi 34 sena, fejn fit-2 ta' Diċembru 2006 ħalla postu wara li laħaq il-limitu ta' età biex ikompli jservi f 'din ilkariga. Niftakar il-fervur li kien hawn f 'pajjiżna dakinhar tal-ħatra tal-Arċisqof Cremona. Bir-raġun, għaliex l-aħħar arċisqof Malti kien ikkonsagrat fid-29 ta' Novembru 1976. Għaldaqstant tfal, anzjani u anke numru sabiħ ta' żgħażagħ irħewla għaċċerimonja tal-Ordinazzjoni Episkopali. It-toroq tal-Belt kienu ppakkjati b'persuni jċapċpu u jifirħu għal ħatra ta' Pawlu Cremona. Iżda kważi 7 snin minn din l-ordinazzjoni, l-Arċisqof Cremona prattikament inħeba. Jista' jagħti l-każ li mhux kompletament tort tiegħu. Kelliem għall-Knisja Kattolika f 'Malta qal li "l-Isqfijiet huma dejjem lesti li jwasslu l-messaġġ tal-Evanġelju u t-tagħlim tal-Knisja permezz tal-mezzi tax-xandir. Dan jiddependi mill-ispazju li jingħataw u mill-istediniet li jkollhom." Dawn l-aħħar xhur u L-Arċisqof Pawlu Cremona speċjalment matul l-aħħar ġimgħat, l-Isqof Awżiljarji Charles J. Scicluna ddomina x-xena lokali, b'uħud jgħidu li ħa post l-Arċisqof Cremona. Kien kontroversjali mhux ħażin. Isqof modern kemm fil-kitba u fl-istil tiegħu, iżda iebes u fidil mat-Tagħlim Kattoliku. Fil-fatt minn mindu beda juża Twitter, hu kiteb tweets fuq diversi temi. "Għandna verament bżonn li npoġġu ċ-ċittadinanza Maltija għall-bejgħ? Iċċittadinanza hi rabta jew xi ħaġa biex tinqeda biha? X'hemm iżjed għall-bejgħ?" Kienu dawn il-kummenti tal-Isqof Scicluna fuq Twitter li qajmu diskussjoni u kontroversja sħiħa. Ħafna staqsew jekk membru tal- Ittri Kleru b'kariga daqshekk importanti għandux jgħaddi kummenti bħal dawn. Min faħħar u qabel mal-Isqof Scicluna, u min qallu li qed jindaħal fejn ma jesgħux. Numru ta' saċerdoti li tkellimt magħhom mhux qed jaqblu mal-fatt li l-Isqof Awżiljarju qed jidher li qed jieħu post l-Arċisqof Cremona. Dawn l-istess saċerdoti mhux qed jaqblu wkoll mat-ton li qed juża l-Isqof Awżiljarju u l-Vigarju Ġenerali ta' Malta. Ħa nagħmilha ċara, ilKnisja Kattolika għandha kull dritt li titkellem u ssemma leħinha. L-Isqof għandu kull dritt li jitkellem kontra l-adozzjoni minn koppji talistess sess. Iżda m'għandux dritt li jimponi dan it-tagħlim fuq ħaddieħor. Hemm bilanċ delikat ħafna li jrid jintlaħaq, b'mod speċjali fl-irwol tal-politiku (u iktar u iktar tal-politiku kattoliku) li jfittex dak li jissejjaħ il-ġid komuni. Jien qed nimmaġina li l-oġġezzjoni li għandu l-Isqof dwar l-Att li jirregola l-Unjoni Ċivili, li qed tiġi proposta mhijiex li jkun hemm regolamentazzjoni u sitwazzjoni regolarizzata per se, iżda pjuttost il-liġi partikolari li qed tiġi offruta għas-sitwazzjoni Maltija. Liġi li prattikament bid-dikjarar qed iddaħħal iż-żwieġ omosesswali imma taħt l-isem ta' unjoni ċivili. Iktar u iktar liġi li qed iddaħħal l-adozzjoni tat-tfal minn koppji omosesswali, xi ħaġa li ddur kemm iddur magħha, il-Knisja qatt ma tista' tappoġġjaha bħala prinċipju. "Personalment naqbel li jrid ikun hemm qafas ta' liġi. Anki l-Knisja f 'Malta kienet taqbel, għallinqas in prinċipju, li kwalunkwe relazzjoni li jkollha ċerta stabilità tkun leġislata, b'mod speċjali biex jitħarsu d-drittijiet ta' min jista' jkun minn taħt jew żvantaġġat. Iżda jidher li l-oġġezzjoni hija għal dak li qed jiġi offrut għal Malta. L-oġġezzjoni naħseb li qed issir anki għallmod kif qed tiġi mbuttata din il-liġi, mingħajr biżżejjed diskussjoni, anki fuq livell iktar wiesa'," qal saċerdot li tkellem mal-gazzetta ILLUM. "Dwar jekk l-Isqof għandux jitkellem b'ċertu mod jew għandux ifittex mod iktar konċiljattiv u forsi bilanċjat ta' kif jgħid l-affarijiet, dak argument ieħor u jien stess nistqarr li mhux bilfors naqbel mat-ton u l-ħin ta' ċerti affarijiet li qed jintqalu. Pereżempju dik il-famuża pastorali dwar l-IVF. Jew inkella l-omelija tal-Isqof Scicluna nhar il-Milied li għadda," kompla dan issaċerdot b'ton kemxejn diżappuntanti. Din il-ġimgħa l-Isqof Scicluna ħareġ bl-idea sabiex id-deputati Parlamentari jingħataw free vote u jivvutaw fis-sigriet dwar il-liġi talUnjoni Ċivili. Naqbel malewwel punt. Nemmen li f 'dan il-każ, id-deputati tagħna għandhom ikunu liberi li jivvutaw kif jaħsbu li hu ta' ġid għall-pajjiżna. Iżda ċertament, il-fatt li l-Isqof iridhom jivvutaw fis-sigriet ma jagħmilx sens. L-ewwel nett, f 'demokrazija rappreżentattiva, il-vot ta' Membru tal-Kamra tarRappreżentanti qiegħed jirrappreżenta lil dawk li eleġġuh. Għaldaqstant, ilkostitwenti għandhom kull dritt ikunu jafu x'ivvota filParlament. Barra minn hekk, deputat għandu jkun kburi bil-vot tiegħu: sew jekk huwa favur u anke jekk kontra l-liġi tal-Unjoni Ċivili. Deputat m'għandux għalfejn jibża' juri x'ivvota. Għaldaqstant, dan il-vot m'għandux ikun wieħed sigriet. Fis-6 ta' Ottubru, 2012, Charles J. Scicluna ġie nominat Isqof Awżiljarju għad-Djoċesi ta' Malta, Isqof Titulari ta' San Leone, mill-Papa Benedittu XVI. Ġie ordnat Isqof fil-KonKatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta, nhar l-24 ta' Novembru, 2012. Fl-1 ta' Diċembru, tal-istess sena, l-Isqof Scicluna ġie maħtur mill-Papa Emeritus Benedittu XVI biex ikun membru tal-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi għal perjodu ta' ħames snin li jistgħu jiġu mġedda. L-ittri jridu jkunu ffirmati u mhux itwal minn 400 kelma. Indirizzaw l-ittri tagħkom: Lill-Editur Illum, MediaToday, Vjal ir-Riħan, San Ġwann jew email illum@mediatoday.com.mt Risposta dwar it-tiżjin tal-Milied MARIO CALLEJA SINDKU TA' MARSASKALA NIRREFERI għall-artiklu fil-ġurnal tiegħek rigward id-dawl tal-Milied f'Wied il-Għajn bl-isem Marsaskala u l-festi tal-Milied, tal-Ħadd 12 ta' Jannar 2014. Għall-aħħar darba u ser niddikjara dan is-suġġett magħluq, għax dalwaqt jasal Milied ieħor u nibqgħu għaddejjin biha. Issa dak li kellu jwassal dan il-persuna b'isem fittizju fuq il-ġurnali kollha għamlu u ngħidlu ċar u tond illi jiena m'affetwani xejn u ser nerġa' ngħid għall-aħħar darba li dak li gara ma kienx it-tort tagħna. Dan David Pace donnu diġà qed jagħti l-impressjoni lill-qarrejja tiegħek li jekk issena d-dieħla ser nagħmel dawl tal-Milied, ser nagħmluh għax qed jgħidilna hu. Iva nerga' ntenni li għal dawn l-aħħar tliet snin il-Wasteserv kien jieħu ħsieb iżejjen Wied il-Għajn. X'ġara b'daqshekk? Xi ħaġa ħażina li l-Kunsill f'dawn l-aħħar tliet snin franka madwar €18,000 biex seta' jużahom x'imkien ieħor? Żball wieħed ġara, u żgur mhux ser noqgħod nitgħajjar ma' kollegi tiegħi u noqgħod ngħid minn fejn ġie l-iżball. Iva ċ-ċermen il-ġdid talWasteserv ma kellux intenzjoni li jagħmel xi ħsara lili personali, il-membri tal-Kunsill jew aktar u aktar il-popolin ta' Marsaskala. Jidher ċar illi kif iċċermen ħa l-inkarigu f'idejh sab defiċit. B'hekk ma setax jinħareġ tender biex isir it-tiżjin talMilied. Żbaljat ukoll meta jgħid li l-WasteServ żejjen in-naħa tiegħu biss. Żbaljat bil-kbir għax l-uniku post li hemm imżejjen hija dar privata. Li ġara kien li l-Kunsill, ġie avżat fl-aħħar ta' Novembru. Issa jekk dan l-bravu ta' taparsi David Pace, biex mingħalih jimpressjona, kien kapaċi li f'ġimgħa joħroġ sejħa, jaġġudikaha u jżejjen kien ikun tajjeb li flok qagħad jikteb u jitfa' t-tajn, jiġi l-Kunsill u jagħtina l-parir tiegħu. Sur David Pace nassigurak li t-tim li hemm fil-Kunsill Lokali mhux ser tkissru inti. L-intenzjoni tagħna hija waħda, dik li nkattru iżjed ġid filkomunità. Jekk veru trid tkun ta' għajnuna ikxef wiċċek u ejja bilproposti konkreti tiegħek. Kun af li t-tmexxija ta' dan il-Kunsill hija serja u l-għan tagħna mhux li nkissru iżda li nimxu bl-aktar mod integru u onest. Għidtilna wkoll biex ma nagħmluhiex ta' Inspector Clouseau. X'tippretendi? Qed iżżommna wkoll milli nagħmlu l-indaġini tagħna fuq persuna bħalek li ħlief ħsara mintiex tagħmel? X'tippretendi nħalluk ixxerred aħbarijiet foloz biex tqarraq bil-ġurnali u l-qarrejja tagħhom? Grazzi minn qalbi, nawguralek dak kollu li tixtieq qalbek u niltaqgħu fl-aħħar tas-sena 2014 jekk Alla jrid, u nassigurak li din id-darba nkunu bid-dawl tal-Milied. Kjarifika B'REFERENZA għall-ittra li ġġib l-isem 'Kjarifika millKunsill Lokali Floriana' li dehret fil-ħarġa li għaddiet, irid jingħad li din l-ittra nkitbet fil-kapaċità personali ta' Edward Torpiano (kunsillier) u mhux f 'isem il-Kunsill Lokali Floriana.