Illum previous editions

Illum 19 January 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/244627

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 35

18 illum | Il-Ħadd 19 ta' Jannar 2014 MEDIASPOT MINN MARIO AZZOPARDI MILL-ĠDID: LOCKERBIE L-ISTAZZJON Al Jazeera xandar dokumentarju investigattiv ibbażat fuq l-evidenza (jew in-nuqqas tagħha) marbuta mal-każ ta' Lockerbie li fih kienet implikata Malta u li wassal biex il-Libjan Al-Meghrahi jeħel tmien snin ħabs flIskozja sakemm inħeles għal raġunijiet umanitarji minħabba li ntlaqat minn kanċer terminali. Skont l-avukati tiegħu, talinqas kien hemm 6 klawżoli li fuqhom Meghrahi seta' nħeles, imma dawn il-klawżoli nżammu sigrieti u d-difensuri legali tiegħu ma ngħatawx aċċess għalihom. Anki l-parata ta' identifikazzjoni kienet vizzjata, ibbażata fuq ixxhieda inkonsistenti ta' Tony Gauci, il-propjetarju tal-ħanut f 'Tas-Sliema li fuq ix-xhieda tiegħu nbena l-każ kollu. Tim ta' investigazzjoni indipendenti, skont Al Jazeera, wara l-każ u l-verdett kien wasal Malta jfittex lil Gauci, imma ma sata' jsibu mkien u nħawi "infurmati" kienu stqarrew li Gauci kien sparixxa minn Malta, probabbilment wara li ngħata rigal ta' żewġ miljun dollaru mis-Servizz Sigriet Amerikan (li fil-bidu kien offra erba' miljuni għal xi "evidenza dwar il-każ"). L-identifikazzjoni ta' Al Meghrahi fil-parata kienet "assurda u kontradottorja", ma taqbel bl-ebda mod maxxhieda oriġinali li kien ta Gauci. Il-programm wera kif DOWNLOAD THE MALTATODAY APP NOW Gauci bidel il-verżjonijiet tiegħu, fosthom dawk bażiċi, bħal xi xtara l-Libjan millħanut tiegħu. "Kollox juri li fil-każ ta' Lockerbie saru atti kbar ta' inġustizzja li implikaw lil Meghrahi u lil-Libja," għadhom isostnu l-investigaturi. Fid-dokumentarju Al Meghrahi, magħdur għallmewt, ħalef quddiem Alla li f 'Malta qatt ma rifes fil-ħanut ta' Tony Gauci f 'Tas-Sliema. Sadanittant, għalkemm kien segwit minn tim ta' investigaturi u ġurnalisti privati, Gauci jidher li evapora. ĊOFF KBIR AĦMAR Ftit qabel il-Milied iżżgħażagħ Nazzjonalisti rabtu ċoff kbir mal-Australia Hall f 'Pembroke, sala tat-teatru ta' natura storika li tfakkar il-battalja ta' Gallipoli. Ilpartit Laburista kien ingħata kuntratt biex jieħu ħsieb il-manteniment u juża l-post, imma minflok, ħallieh jaqa' biċċiet, meta seta' użah għal tant inizjattivi soċjofilantropiċi u/jew kulturali. L-MŻPN "iċċelebra" d-debilitazzjoni tal-binja, minkejja li llum hu stmat li tiswa €10 miljun, b'ċoff ahmar kbir għall-ġranet tal-Milied. Tal-Labour ħadu għalihom u żarmaw iċċoff minnufih. Imma żiedu rimarka sarkastika: biex Malta tiċċelebra l-iskandli tan-Nazzjonalisti inkluż ittgħawwiġ tal-eks PM dwar l-iskandli fil-prokurament taż-żejt u l-ismaniġġjar f 'Mater Dei (kien hemm apparat jiswa eluf kbar li tħallas darbtejn), huma meħtieġa mili sħaħ ta' żigarella ħamra. Tajjeb li l-politika tittieħed fuq ċertu livell ta' żufjett jew sarkarżmu u tkun drammatizzata, sakemm iċ-ċittadini jifhmu li l-umoriżmu politiku m'għandux jittieħed b'mod li jirrendihom mijopiċi jew imbeċilli. M'hemm xejn umoristiku f 'li xi negozjant gwapp tażżejt ikun f 'kuntatt mal-OPM dwar kummissjonijiet u kuntratti, u minn fuq jingħata maħfra presidenzjali. Veru, dejjem tista' tinħoloq farsa fuq l-istil ta' Brecht jew Dario Fo. Imma l-awturi tagħna ma tantx jissugraw. RADJU MARIJA Radju Marija (102.3FM) għalaq tmintax-il sena jxandar kontinwament u l-aħħar bulletin kienu snin ta' "tiġdid", fejn "Alla tassorpriżi" joffri mezz ġdid ta' evanġelizzazzjoni lill-Maltin u Għawdxin. Ġieli sibt ruħi naqbad ma' dan l-istazzjon, imma normalment, ninzerta dejjem ir-rużarju. Mhux għaġeb, għax Radju Marija jittrasmetti r-rużarju sitt darbiet kuljum, jew aktar. Ma nara xejn ġdid u ma nisma' xejn li jipprovokali l-kuxjenza. Wisq inqas ma nassisti għas-"sorpriżi" spiritwali. Il-programmi huma monotoni, probabbilmet indirizzati lill-anzjani li jorbtu l-avviżi tal-imwiet mar-realtà tal-kundizzjoni tagħhom. Imma fuq Radju Marija m'hemmx dinamika, m'hemmx kwalità interattiva. U żgur m'hemmx sens ta' riforma. Mill-banda l-oħra, l-istazzjon uffiċjali tal-Knisja, l-RTK, għandu storja oħra. Il-programmi għandhom dinamika effettiva u d-diskors li jseħħ waqt id-dibattiti hu ta' natura intelligenti. Ovvjament. L-istazzjon għandu l-vantaġġ li jxandar programmi barranin, u dan ukoll jagħti dimensjoni oħra. Kollox ma' kollox, l-RTK hu ġustifikat li jsejjaħ lilu nnifsu "stazzjon b'differenza." YOUR FIRST CLICK OF THE DAY www.maltatoday.com.mt Għal saqajh u TONI ABELA L -argument dwar iċ-ċittadinanza huwa wieħed marbut mal-qalb u mhux malmoħħ. Fi ftit kliem huwa wieħed emozzjonali u mhux razzjonali. Kien għalhekk li fil-Parlament tgħidx kemm inqraw poeżiji patrijottiċi. Iżda finalment x'jagħmilna Maltin? L-ewwel ħaġa li jkollna fiduċja fina nfusna, f 'niesna. Dan ma jfissirx li aħna xenofobiċi u li ma rridux barranin ma' saqajna. Għal kuntrarju mingħajr ilbarranin u l-investiment tagħhom Malta ma tgħix. Iżda lanqas ma jfisser li kull min huwa barrani bilfors dejjem aħjar mill-Maltin. Fejn kien hemm mill-barranin ġieli rnexxejna u ġieli le hekk ukoll kull fejn kien hemm il-Maltin. Iżda sa ftit ilu kien hawn is-sensazzjoni li l-barranin bħal donnhom kellhom aktar mill-Maltin. Id-dikjarazzjoni li tibqa' tidwi f 'widnejn kulħadd hija dik ta' Tonio Fenech fil-kuntest tattmexxija tal-Air Malta. Meta konna qegħdin infittxu lil xi ħadd biex imexxi lil din ilKumpanija b'referenza għall- Il-Flus mhum G ħandi rispett kbir u nħoss affett ġenwin lejn Toni Abela u naqbel bissħiħ ma' dak li kiteb il-ġimgħa l-oħra fil-kolonna tiegħu f 'dan il-ġurnal. Din il-ġimgħa vera tpaxxejt. Normalment, indum naħdem tard l-uffiċċju għax insibu l-aħjar ħin biex intella' ftit xogħol bla interuzzjonijiet ta' telefon u tan-nies. Imma din il-ġimgħa fis-7.15pm kont nieqaf u nixref lejn xi wieħed mill-postijiet fejn kien ser isir xi kunċert tal-Valletta International Baroque Festival: it-Tnejn indaqqet il-quddiesa maġistrali ta' Bach quddiem udjenza li ħonqot il-knisja maestuża ta' San Ġwann, it-Tlieta u l-Erbgħa ndaqqu l-Brandenburg Concertos ta' Bach u mużika ta' Pergolesi u tal-istess Bach fost l-oħrajn fit-Teatru Manoel waqt illi l-Ħamis, indaqqet mużika barokka Franċiża fil-knisja ta' Ġieżu u lbieraħ il-Vespro della Beata Vergine ta' Monteverdi fil-knisja tal-Anglikani. Hija tassew xi ħaġa inkredibbli illi dak illi kiteb Monteverdi erba' mitt sena ilu u Bach u Pergolesi fis-seklu ta' wara għadhom iqanqlu daqshekk emozzjonijiet. L-aktar ħaġa li laqtitni, barra l-livell għoli ta' min qed jieħu sehem f 'dan il-festival, huwa l-kuntest perfett li fih qed isir. Il-Belt Valletta tipprovdi l-ambjent perfett għal festival ta' mużika Barokka. Barra l-mużika stupenda, wieħed ma jistax waqt quddiesa li ddum sagħtejn ma jammirax JOE ELLIS is-sbuħija ta' San Ġwann. U l-istess jista' jingħad għatTeatru Manoel u l-Knisja ta' Ġieżu fis-sempliċità u s-sbuħija tal-arkitettura Barokka tagħhom. Tiskanta kif ambjenti illi tkun imdorri bihom u bilkemm tagħti kashom jieħdu bixra differenti meta jkunu mimlija nies u speċjalment miżgħuda b'barranin illi żaru xtutna minħabba dan ilfestival. Prosit mistħoqq huwa dovut lid-direttur artistiku Kenneth Zammit Tabona. Ilmużika Barokka u l-arkitettura Barokka tal-belt kapitali tagħna jmorru flimkien bħal kisra ħobża tal-Malti, ftit żejt taż-żebbuġa, ġbejna tal-bżar, tadam imqadded u melħa. Minkejja li għadna nitkellmu l-aħħar relikwa lingwistika tal-preżenza Għarbija flEwropa, xejn ma joftomna mill-Ewropej l-oħra għaliex għandna tradizzjonijiet kulturali li jmorru lura bosta sekli illi jakkomunawna mal-kumplament tal-Ewropa. Din hija r-realtà u l-ebda retorika jew propaganda mhi ser tbiddilha. Nagħmlu sew infittxu u nindukraw

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 19 January 2014