Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/244627
SPORTSillum Il-Ħadd 19 ta' Jannar 2014 | illum 29 għal Arsenal u Esperjenza pożittiva ter City; Liverpool għat-tim nazzjonali a minn Aston Villa tal-futsal f'Ġibiltà FTIT tal-jiem ilu, it-tim nazzjonali tal-futsal kien impenjat f 'żewġ logħbiet ta' ħbiberija f 'Ġibiltà fejn fl-ewwel waħda tilef bliskor ta' 4-3 waqt li fit-tieni waħda rebaħ bl-iskor ta' 4-2. F'kummenti li għadda wara l-logħba l-kowċ Kevin Mifsud deher ferm sodisfatt bil-wirjiet li kellu l-istess tim nazzjonali f 'dawn illogħbiet. Dan il-ġurnal tkellem mal-kap tat-tim nazzjonali li jiġi wkoll il-kap tat-tim tal-futsal tal-Hibernians ARSENAL ikkonsolidaw posthom fil-quċċata talklassifika tal-Kampjonat Barclays Premier flIngilterra meta ġewwa darhom fl-Emirates Stadium għelbu lil Fulham bl-iskor ta' 2-0 permezz ta' doppjetta ta' Santiago Cazorla, f 'temp ta' biss ħames minuti. Manchester City ġewwa darhom fl-Etihad Stadium għelbu lil Cardiff City bl-iskor ta' 4-2 bil-gowls għalihom jaslu minn Dzeko, Navas, Toure u Aguero waqt li ż-żewġ gowls ta' Cardiff City waslu minn Noone u Campbell. Liverpool ġewwa darhom f 'Anfield ġew miżmuma fi dro ta' 2-2 minn Aston Villa bil-gowls għar-Reds jaslu minn Sturridge u minn penalty tal-captain Steven Gerrard waqt li Weimann u s-solitu Benteke kienu l-iskorers għal Aston Villa. Newcastle United barra minn darhom għelbu lil West Ham United bl-iskor ta' 3-1 bil-gowls għalihom jaslu minn doppjetta ta' Cabaye u Loic Remy waqt li l-uniku gowl għal West Ham United wasal minn awto-gowl tal-plejer talMagpies, Mike Williamson. Crystal Palace għelbu lil Stoke City bl-iskor minimu ta' 1-0 bil-gowl waħdieni tagħhom jiġi skurjat minn Jason Puncheon fil-51 minuta. Bl-istess skor intemmet il-logħba bejn Norwich City u Hull City, b'Norwich City jirbħu t-tliet punti prezzjużi permezz tal-gowl ta' Ryan Bennett fis-87 minuta waqt li Hull City temmew il-logħba b'għaxar plejers hekk kif tkeċċa għalihom il-plejer Tom Huddlestone fid-90 minuta. Sunderland u Southampton temmew il-konfront ta' bejniethom fi draw ta' 2-2 bil-gowls għas-Saints jaslu minn Rodriguez u Lovren waqt li ż-żewġ gowls għal Sunderland ġew skurjati minn Fabio Borini u Adam Johnson. Intant, illum mill-istess kampjonat, ikollna l-logħba ferm importanti min-naħa ta' fuq tal-klassifika bejn Chelsea u Manchester United fi Stamford Bridge liema logħba tibda fil5pm. Fil-Kampjonat Taljan Serie A TIM, Roma ġewwa darhom fl-iStadio Olimpico għelbu lit-tim inferjuri ta' Livorno bl-iskor konvinċenti ta' 3-0 bit-tliet gowls għalihom jaslu minn Destro, Strootman u Ljajic. kif ukoll il-kowċ tat-tim tal-futsal ta' Valletta, Xavier Saliba, fejn talbitu jiddeskrivi din l-esperjezna tat-tim nazzjonali f 'Ġibiltà. Il-kap ferm grintuż tat-tim nazzjonali saħaq li "Kienet esperjenza sabiħa ħafna fejn wara t-telfa tal-Ħamis, din l-esperjenza f 'Ġibiltà dehret li kienet se tkun waħda fallimentari għax nafu li aħna aħjar minnhom bħala tim. Anki meta tlifna konna aħjar minnhom, imma mbagħad wara li rajna l-logħba għal darba darbtejn komplejna ningħaqdu iktar u s-Sibt ksibna rebħa ta' 4-2 ferm importanti għall-isport tagħna! Ħaġa pożittiva ħafna kienet l-għaqda bejnietna irrilevanti li konna plejers ta' Hibernians, Balzan, Luxol u San Ġwann, Pembroke u oħrajn li huma kollha timijiet rivali fil-kampjonat imma lgħabna għan-nazzjon u n-nies tagħna." L-impenji li jmissu t-tim nazzjonali tal-futsal ikunu fil-Logħob ta' Kwalifikazzjoni talKampjonat Ewropew talFutsal f 'Settembru li ġej. It-tim nazzjonali tal-futsal ikollu wirjiet pożittivi f'Ġibiltà YOUR FIRST CLICK OF THE DAY www.maltatoday.com.mt